Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fis-Siġġiewi? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tas-Siġġiewi matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 31 Pick-pocketing 1 Snatch and grab 1 Theft from bars/hotels 1 Theft from beaches 2 Theft from residence 12 Theft from retail outlets 1 Theft from vehicle 13 Theft of vehicle 9 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm24,158. S`issa tressqu żewġ persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Ħ'Attard? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Ħ`Attard matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 38 Hold up 1 Theft from bars/hotels 3 Theft from factories 1 Theft from residence 14 Theft from retail outlets 5 Theft from vehicle 34 Theft of vehicle 22 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm34,648. S`issa tressqu 10 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Postijiet ta' divertiment — Żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x' inhu l-massimu u l-minimu li tista’ teħel persuna li tħalli tfal taħt l-eta' jiffrekwentaw postijiet ta' divertiment u/jew dawk il-postijiet bħal bars etc? Jista’ jgħid ukoll jekk il-pieni humiex l-istess fil-każ ta' post li jservi alkoħol lil dawn it-tfal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-pieni msemmija mill-Onorevoli Interpellant huma dawk stabbiliti fil-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija (Kap. 10) u r-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-Żamma ta` Bon Ordni fl-Lokalitajiet ta` Divertiment.

Postijiet ta' divertiment — Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ il-Ministru jara li ssir aktar sorveljanza mill-pulizija f' lokalitajiet fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ? Jaf li minkejja twissijiet mis-segretarju parlamentari fil-ministeru tal-finanzi, l-Onor.Vassallo, xorta hemm rapporti ta' bejgħ ta' flixken tax-xorb magħluqa lil tfal taħt l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tagħmel sorveljanza sabiex kemm jista` jkun ma jkunx hemm abbużi kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Bejgħ ta' alkoħol lil żgħażagħ taħt l-eta'

Question

Jista’ il-Ministru jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet biex xi darba jiġu ntrodotti regolamenti aktar ħorox dwar il-bejgħ ta' flixken ta' alkoħol u l-bejgħ ta' alkoħol fi grokkijiet lil tfal taħt l-eta'?

Response (BORG, TONIO)

It-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3091, għadha tgħodd.

Pulizija — Rapporti dwar serq fuq anzjani

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'każi ta' serq ġew irrappurtati li saru fuq anzjani tul is-sena 2003 f'dawn il-lokalitajiet, lokalita' b'lokalita: Mellieħa, Mġarr, San Pawl il-Baħar, Għargħur, Naxxar, Swieqi, Pembroke, San Ġiljan u Tas-Sliema?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każi ta` serq irrapurtati lill-Pulizija minn persuni anzjani matul is-sena l-oħra fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija — Rapporti dwar abbużi ta' tfal

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux qed isiru investigazzjonijiet mill-pulizija in konnessjoni ma' rapporti dwar abbużi ta' tfal minn persuna li t-tagħrif dwarha qed jintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jekk għandu aktar informazzjoni dwar il-każ jgħaddiha lili jew lill-Pulizija.

Qrati — Avukati li jipprovdu servizz fil-qasam ta' l-għajnuna legali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm avukati li qed jipprovdu s-servizz tagħhom fil-qasam ta' l-għajnuna legali? Kemm jitħallsu dawn l-avukati? Suppost li jiċċarġjaw flus lill-klijenti tagħhom minbarra l-ħlas li jieħdu mill-fondi pubbliċi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta` avukati fuq il-lista ta` l-għajnuna legali (sa Jannar 2004) hu ta` 11 f`Malta u 2 f`Æawdex, u jitħallsu Lm500 fis-sena kull wieħed. Dawn ukoll jinħatru bħala kuraturi f`kawżi fejn il-konvenut ikun imsiefer. L-avukati tal-elenku mhux suppost li jieħdu flus mingħand persuni intitolati għal għajnuna legali u li jkunu qed jiġu ippatroċinati minnhom f`dik il-kariga.

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' fondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienu jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (BORG, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mhux applikabbli fil-każ tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.

Æassies fil-Faċilita' Korettiva ta' Kordin

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar wara li saru l-interviews fis-sena 2003 matul x-xahar ta' Awissu 2003 dwar post ta' Æassies fil-Faċilita' Korrettiva ta' Krodin ? Jarax il-Ministru li issa għadda żmien biżżejjed biex jiġi ppublikat l-eżami ta' dawn l-interviews?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li r-riżultati ta` l-interviews ġew mgħoddija lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Qrati — Tneħħija ta' bridge

Question

Jidhirlu l-Ministru li kien erroneju li tneħħiet il-bridge minn bejn il-qrati ordinarji u l-qorti tal-familja? Jidhirlu li dan qed jikkrea mhux biss inkonvenjent imma qed jikkawża umiljazzjoni lill-membri tal-klassi legali u għall-membri ta' l-istess ġudikatura? Jaf li minħabba n-nuqqas ta' bridge bejn iż-żewġ edifiċji, ħafna avukati qed isibuha diffiċli li jlaħħqu max-xogħol tagħhom kif kienu jlaħħqu qabel quddiem il-qorti tal-familja u l-qrati l-oħra, bi preġudizzju għall-klijenti tagħhom? Ma jidhirlux li t-tneħħija tal-bridge tista' tiġi meqjusa bħala forma ta' inkejja żejda jew anke disrispett lejn il-professjoni legali?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pont in kwistjoni tneħħa għax il-Qorti tal-Familja għandha tkun separata u distinta mill-bqija tal-Qorti u dan minħabba n-natura tal-kawżi li jiġu trattati quddiemha. F`ebda każ la kien hemm xi inkejja, vendikazzjoni, umiljazzjoni jew disrispett f`din id-deċiżjoni lil xi klassi legali, għax din anzi tassigura li jkun hemm l-attenzjoni u l-protezzjoni neċessarja għal dawk iċ-ċittadini li jirrikorru f`din il-Qorti. B`danakollu l-Onor. Interpellant qiegħed jiġi nfurmat li avukati u prokuraturi legali ngħataw l-fakulta` li jqassru t-triq billi jgħaddu direttament mir-reġistru għal Triq Santa Luċija. Irrid ngħid ukoll illi dan il-pont tneħħa qabel ma jien sirt Ministru tal-Ġustizzja u għalhekk l-allegazzjoni li dan sar minni b`xi "inkejja" hija inġusta u l-Onorevoli Interpellant imissu jkollu l-kuraġġ li jirtira l-allegazzjoni li għamel fil-konfront tiegħi fil-Parlament.

Dipartiment ta' l-artijiet — Każ dwar xiri ta' proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi konkluża l-proċedura dwar xiri ta' dirett dominju u sussegwenti proprjeta' fl-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-applikanta in kwistjoni diġa` ġiet infurmata bil-prezz li bih tista` tixtri d-dirett dominju, u qiegħda titħejja pjanta tal-fond sabiex l-proprjeta` tiġi reġistrata fir-Reġistru ta` l-Artijiet. Wara dan l-aħħar proċess, l-applikanta tingħata appuntament għall-iffirmar tal-kuntratt tax-xiri.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Burmarrad? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Burmarrad matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 1 Theft from residence 3 Theft from vehicle 3 Theft of vehicle 1 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm1,586. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Mosta? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Mosta matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 64 Pick-pocketing 34 Snatch and grab 3 Theft from bars/hotels 3 Theft from factories 3 Theft from residence 17 Theft from retail outlets 23 Theft from vehicle 62 Theft of vehicle 31 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm38,023. S`issa tressqu 4 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fin-Naxxar? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tan-Naxxar matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 64 Pick-pocketing 2 Theft from bars/hotels 9 Theft from beaches 4 Theft from factories 2 Theft from residence 9 Theft from retail outlets 11 Theft from seacraft 4 Theft from vehicle 52 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 21 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm35,001. S`issa tressqu 12-il persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Mellieħa? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Mellieħa matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 72 Pick-pocketing 2 Snatch and grab 2 Theft from bars/hotels 41 Theft from beaches 89 Theft from residence 22 Theft from retail outlets 7 Theft from seacraft 5 Theft from vehicle 49 Theft of seacraft 5 Theft of vehicle 10 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm54,083. S`issa tressqu 17-il persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fil-Qawra? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti tal-Qawra matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 34 Hold up 2 Pick-pocketing 7 Snatch and grab 7 Theft from bars/hotels 72 Theft from beaches 17 Theft from residence 23 Theft from retail outlets 13 Theft from seacraft 1 Theft from vehicle 63 Theft of seacraft 2 Theft of vehicle 19 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm52,734. S`issa tressqu 9 persuni l-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.

Pulizija — Rapporti dwar każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Buġibba? Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa? Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Buġibba matul is-sena 2003 kienu kif ġej:- General theft 28 Pick-pocketing 9 Snatch and grab 4 Theft from bars/hotels 42 Theft from beaches 17 Theft from residence 7 Theft from retail outlets 6 Theft from vehicle 44 Theft of seacraft 1 Theft of vehicle 21 Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm14,667. S`issa tressqu 25 persuna il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Leg 10 PQ #3991 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment ta' l-artijiet — Tiswija f'garaxx tal-gvern

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se ssir it-tiswija neċessarja fil-garaxx li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament bir-ref no: 771/67?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ma rċeviet l-ebda talba dwar ħsarat fil-proprjeta` li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #4043 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dipartiment ta' l-artijiet — Esproprjazzjoni ta' triq

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3758 dwar il-parti tat-Triq Bieb is-Sultan f'Ħaż-Żabbar, jista' il-Ministru ġentilment jinformani fejn wasal il-proċess ta' esproprjazzjoni imsemmi f'din il-mistoqsija? Jista' jagħtini n-numru tar-riferenza ta' din l-esproprjazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` qiegħed fil-proċess li jiffinalizza l-pjanti neċessarji li jwasslu għall-esproprju ta` l-art in kwistjoni. Ir-riferenza tal-file tat-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern huwa L416/2003.