Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #18834 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont numru 940708570 li jammonta għal Lm511 għal konsum ta' dawl u ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-konsum tad-dawl tal-kont li għalih qed issir riferenza, għall-perjodu bejn is-27 ta' Novembru, 1997 u s-6 ta' Settembru, 1999, kien qed jiġi ikkalkulat fuq stima. Peress li kien inbidel l-arloġġ, il-qari għat-tnejn u għoxrin xahar imsemmija ġie rivedut u l-kont żdied b'Lm400.45c. L-aħħar kont li ħareġ fuq l-arloġġ it-tajjeb għall-perjodu bejn is-6 ta' Settembru 1999 u l-20 ta' Jannar 2000 ammonta għal Lm11 ilma (Lm12.23 u tnaqqas Lm1.23 rebate) u Lm100.25 dawl (Lm105.80 u tnaqqas Lm5.55 rebate). B'hekk l-ammont dovut sar Lm511.70c.
Leg 9 PQ #18835 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Ilmenti

Question

Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi tal-mistoqsija parlamentari numru 17314 dwar il-kont preċedenti No. 900 247 100?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li f'Jannar tal-1997 inħareġ kont li jkopri kunsum ta' 550m3 għall-perjodu bejn Frar 1994 u Ġunju 1996. Dan kien jammonta għal Lm406.49c. Dan il-kont kien ikopri 131 ġurnata u għaldaqstant is-sussidju kollu għall-perjodu ta' konsum bejn Frar 1994 u Ġunju 1996 ma ingħatax. Dan sar peress li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma kienet qed toħroġ kontijiet li jkopru l-kera biss. Il-konsum għal 131 ġurnata ġie inkluż fil-kont li kien hemm pendenti. Wara saret reviżjoni u s-sussidju ta' Lm46.75c li jkopri l-perjodu msemmi ġie mnaqqas. Wara li saru ilmenti, il-meter il-qadim ġie eżaminat u nstab li kien tajjeb. Madanakollu l-meter xorta waħda ġie mibdul. Minkejja dan, l-Advisory Board tal-Korporazzjoni qed jinvestiga l-każ.
Leg 9 PQ #18867 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li għamlu aktar minn Lm1,000 overtime f'xahar wieħed mal-Maltacom? X'tip ta' xogħol u kariga għandhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19375 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

X'inhu x-xogħol mal-Maltapost tal-persuna li isimha qed jinbagħat separatament? Kemm ilha taħdem mal-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-persuna li għaliha qed issir riferenza ġiet impjegata bħala Finance Executive b'effett mit-8 ta' Mejju 2000.
Leg 9 PQ #19377 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

IPSE — Xogħol ta' persuna

Question

Fiex jikkonsisti x-xogħol tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ma' l-IPSE? Kemm ilu jaħdem ma' l-IPSE? Hemm xi arranġament biex waqt il-ħin tax-xogħol joqgħod jistudja u jagħmel l-assignments għall-MBA li qed isegwi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-persuna li għaliha qed issir riferenza bdiet l-impjieg tagħha ma' l-I.P.S.E. bħala Executive Marketing b'effett mill-1 ta' Jannar 2000. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, it-tweġiba hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #19405 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 18447 u 18448.
Leg 9 PQ #19441 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Dawl tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza fuq il-bieb 132, Triq Matty Grima, Bormla peress li kemm-il darba ġiet irrappurtata?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #19514 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Għeluq ta' intrapriżi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 19141?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li tinżamm statistika dwar il-produzzjoni, investiment u impjiegi għal kull settur ta' l-ekonomija, ma tinġabarx informazzjoni dwar intrapriżi individwali li jiftħu jew jagħlqu f'perjodu determinat.
Leg 9 PQ #19339 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wires ta' l-Elettriku

Question

Jista' l-Ministru jara li jinbiddlu l-wires ta' l-elettriku qodma li jinsabu fit-toroq Windsor, Inverness u Clarence Street, Paola.

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni meħtieġa.

Tug Malta — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-kumpannija Tug Malta toħroġ sejħa għal applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda fix-xhur li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Kumpanija toħroġ sejħiet għall-applikazzjoni għall-ingaġġ ta' ħaddiema ġodda kull meta tinħoloq vakanza. Tajjeb jingħad li kull darba li jkun hemm il-ħsieb li jsir ingaġġ ta' ħaddiema, l-ewwel issir talba f'dan is-sens lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ.
Leg 9 PQ #19350 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ashurst Morris & Crisp

Question

Kemm tħallset b'kollox id-ditta legali Ashurst Morris & Crisp għax-xogħol ta' konsulenza f'isem J. MALPRO Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu, 2000, id-Ditta Ashurt Morris & Crisp tħallset is-somma ta' 3056 GBP għal servizzi legali.

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-aħħar saret il-manutensjoni tal-bozoz fi Triq il-Ħelsien, Qormi? Peress li hemm ċerti bozoz f'din it-triq li ilhom xhur sħaħ ma jixegħlu, meta se tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex ix-xogħol meħtieġ isir?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferit lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi investigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #19380 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjoni pendenti sabiex isir xi dawl f'area ġdida magħrufa bħala Tan-Nadur, fi Triq l-Għassies, Triq Lampuka, Triq Vjola u Triq Wistin Borne f'Wied il-Għajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19432 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bozoz Maqtugħin

Question

Jista' l-Ministru jgħid wara kemm żmien (wara rapport minn kunsill lokali) suppost tiġi rranġata xi bozza maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma hemm l-ebda żmien speċifiku meta bozza għandha tiġi rranġata wara li jkun sar rapport lill-Korporazzjoni Enemalta li nqatgħet. Madanakollu ta' min jgħid li l-Korporazzjoni tagħmel l-almu tagħha sabiex kull ħsara tissewwa fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #19433 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Tiswijiet ta' vapuri

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' vapuri u ta' liema nazzjonalita' kienu li daħlu għat-tiswija fit-Tarzna ta' Bormla minn Jannar 2000 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #19434 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Bacir Nru. 1

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi fir-rigward tal-proġett għall-Baċir Numru Wieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-Tarzna ikkummissjonat rapport dwr il-vijabilita ekonomika ta' l-iżvilupp ta' dan il-baċir. Dan ir-rapport qed ikun ippreparat minn kumpanija Ingliża speċjalizzata fir-riġenerazzjoni tal-portijiet. Hu mistenni li dan ir-rapport ikun finalizzat lejn tmiem Ottubru ta' din is-sena. Wara li jeżamina dan ir-rapport, il-Kunsill tat-Tarzna mistenni jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jinbeda dan il-proġett.
Leg 9 PQ #19435 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Monti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu rikjest sabiex persuna tingħata permess għal posta fuq il-Monti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19456 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Airshow — Persuni mistiedna

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien responsabbli sabiex jiġu mistiedna nies għall-airshow li sar il-Ħadd, 24 ta' Settembru, 2000? Fuq liema bażi ġew mistiedna dawn il-persuni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta International Airshow mhijiex attivita' li taqa' taħt il-kontroll tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi jew xi entita' li tifforma parti minn dan il-Ministeru.
Leg 9 PQ #19471 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ditta Borg Bros

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 17005?

Response (BONNICI, JOSEF)

Għall-perjodu bejn l-1 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Jannar 1999, nirreferi lill-Onorevoli INterpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 4583 waqt is-Seduta numru 65. L-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn l-1 ta' Frar 1999 u l-14 ta' Ġunju, 2000 hija kif ġej DIPARTIMENT DATA AMMONT IMĦALLAS Ministeru Marzu 1999 Lm 80 April 1999 Lm 40 Mejju 1999 Lm 173 Diċembru 1999 Lm 34 Marzu 2000 Lm 120 Kummerċ April 1999 Lm 379 Ippjanar Ekonomiku Lulju 1999, Diċembru 1999, Marzu 2000 Lm 77 Statistika Frar 1999 Lm2195 Marzu 1999 Lm 215 Mejju 1999 Lm 60 Ġunju 1999 Lm 850 Settembru 1999 Lm 50 Tajjeb jingħad li x-xogħol konness ma' l-Uffiċju Ċentrali ta' l-Istatistika sar in konnessjoni mat-trasferiment ta' l-istess Uffiċju mill-Berġa ta' l-Italja għal Lascaris.
Leg 9 PQ #19479 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru ta' l-Ekonomija — Kariga ta' Persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kariga tokkupa l-persuna li d-dettalji tagħha qed tintbagħat separatament, fil-ministeru jew f'xi dipartiment jew entita' oħra li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid xi ħlas qiegħed jirċievi u x'kondizzjonijiet oħra għandu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li bħalissa qed tiġi implimentata struttura ġdida għall-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. F'din l-istruttura il-MIMCOL qed tingħata rwol aktar wiesgħa f'dak li għandu x'jaqsam mal-ko-ordinazzjoni tal-ħafna entitajiet parastatali li jagħmlu parti minn dan il-Ministeru. Fost affarijiet oħra, qed tinħass ukoll il-ħtieġa li l-funzjoni tar-relazzjonijiet pubbliċi tiġi ikko-ordinata aħjar. Il-persuna indikata ingħatat kuntratt fuq bażi part-time b'remunerazzjoni ta' Lm3,500 fis-sena sabiex tassisti fil-funzjoni msemmija.