Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8069 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Università ta’ Pisa – Memorandum of Understanding

Question

B’referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5337 u 6537, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar fuq dan il-ftehim u xi twettaq minnu s’issa?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma sar l-ebda tibdil jew żvillup min dakinhar li ngħataw it-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5337 u 6537.
Leg 12 PQ #8070 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Qasam Mediku – impjieg ta’ professjonisti ġodda

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 4203, 5338 u 6538, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex ma jridx jgħid kemm se jingaġġa impjegati/professjonisti ġodda fil-qasam tas-saħħa kategorija b’kategorija għas-sena 2014?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi l-ingaġġ ta’ impjegati u professjonisti jsir skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku, u kif miftiehem mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Public Administration HR Office fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn l-esiġenzi jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien u huma suġġetti għall-approvazzjonijiet applikabbli.
Leg 12 PQ #8447 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Kura Primarja ma ta’ ebda x’xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Leg 12 PQ #8670 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: ETIENNE GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet moqdija mid-Dipartiment tal-Emerġenza minn nhar is-Sibt 1 ta’ Marzu 2014 fit-8.00am sal-Ħadd 2 ta’ Marzu 2014 8:00am? Jista’ jaqsam il-persuni li nqdew, skont ir-raħal li ġejjin minnu jekk huma ċittadini Maltin u skont il-pajjiż minn fejn oriġinaw jekk huma ċittadini barranin? Kemm mit-total tal-persuni li nqdew fl-emerġenza dakinhar ġew admitted l-Isptar Mater Dei jew sptar ieħor?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tas-sistema cPAS tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ attendenzi fid-Dipartiment tal-Emerġenza minn nhar is-Sibt 1 ta’ Marzu 2014 fit-8.00am sal-Ħadd 2 ta’ Marzu 2014 8:00am jinsab fit-tabella hawn taħt maqsum skont ir-reġjun li l-pazjenti oriġinaw minnu. Minn total ta 269 attendenzi, 73 minnhom ġew admitted l-Isptar Mater Dei jew sptar ieħor. Reġjun Numru ta’ Attendenzi NORTHERN DISTRICT 49 NORTHERN HARBOUR DISTRICT 77 SOUTH EASTERN DISTRICT 35 SOUTHERN HARBOUR DISTRICT 46 WESTERN DISTRICT 33 FOREIGN 21 N/A 8 Total 269
Leg 12 PQ #8696 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Trapjanti tal-Qalb, Kliewi u Eye Cornea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru trapjanti tal-qalb, kliewi u eye cornea f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin? X’inhi r-rata ta’ suċċess ta’ dawn it-trapjanti mqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra? Kemm hi l-Graft Survival Rate ta’ dawk it-trapjanti b’organu jew tissue f’Malta imqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra? Xi kriterji jintużaw meta jintgħażlu pazjenti biex isirilhom trapjant ta’ organu jew tissue bħal età, saħħa, żmien li pazjent ikun ilu jistenna jew kriterja oħra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat lin-numru ta’ trapjanti tal-qalb, kliewi u eye cornea f’Malta f’dawn l-aħħar għaxar snin huwa kif misjub fit-tabella hawn taħt. QALB KLIEWI CORNEA 2004 0 10 10 2005 1 7 17 2006 1 16 22 2007 1 7 9 2008 0 11 12 2009 1 9 21 2010 1 13 9 2011 1 12 14 2012 0 9 6 2013 0 13 9 Rigward ir r-rata ta’ suċċess ta’ dawn it-trapjanti mqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra kif ukoll kemm hi l- Graft Survival Rate ta’ dawk it-trapjanti b’organu jew tissue f’Malta imqabbla ma’ dik ta’ pajjiżi oħra, ninsab infurmat li tali informazzjoni ma tinżammx. Il-kriterji wżati għall-għażla ta’ pazenti għat-trapjant huwa dak ta min imissu fuq waiting list. Pazjenti li għandhom ftit jew ebda aċċess għal terapija, bħal fil-każ ta’ trapjanti tal-kliewi, dawn jinghataw prijorita fuq ħaddieħor. Madanakollu, jeżistu każijiet fejn min ikun ser isirlu trapjant jintgħażel skont l-eta u piż tad-donatur. Dawk il-pazjenti li jsirilhom trapjant jiġu magħżula bl-approvazzjoni tan- nephrologist tagħhom.
Leg 12 PQ #8697 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għas-Saħħa

Trapjanti — Tissue Matching

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix il-faċilità ta’ tissue matching li tgħin fl-għażla ta’ pazjenti l-aktar kompatibbli biex isirilhom trapjant?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-faċilita ta’ tissue matching ma teżistix hawn Malta u għalhekk dawn l-analissi issiru barra min Malta. Il-kriterju wżat għall-għażla ta’ pazenti għat-trapjant huwa dak ta min imissu fuq waiting list. Pazjenti li m għandhomx 'access' għal terapija tal-magna tal-kliewi jew l-'access' li għandhom huwa batut, jingħataw prijorita fuq ħaddieħor, liema permess jingħata mil-Renal Committee. Madanakollu, jeżistu każijiet fejn min ikun ser isirlu trapjant jintgħażel skont l-eta u piż tad-donatur. Dawk il-pazjenti li jsirilhom trapjant jiġu magħżula bl-approvazzjoni tan-nephrologist tagħhom.
Leg 12 PQ #8812 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżeriji – Liċenzji pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-applikazzjonijiet imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8618 jidhru fuq il-public domain?Hemm xi raġuni għalfejn mhux l-applikazzjonijiet kollha msemmija jidhru fl-istess domain? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iStandard Operating Procedure li fuqha jiġu pproċessati applikazzjonijiet għal-liċenzji ġodda ta’ spiżeriji, minn meta ssir l-applikazzjoni sa meta jkunu eventwalment approvati? X’inhu ’ -l-massimu ta’ żmienminn meta tibda tiġi pproċessata applikazzjoni sa meta tinfetaħ l-istess spiżerija? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx lokalitajiet fis-seba’, fid-disa’ u fit-tnax-il distrett li jikkwalifikaw għall-spiżeriji ġodda?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab informat li l-applikazzjonijiet li jidhru fuq il-public domain huma dawk ta’: Għarb, Naxxar u Fgura. L-applikazzjonijiet jittellaw fuq il- public domain meta dawn jkunu jistgħu jiġu proċessati, jiġifieri meta d-dokumenti kollha li hemm bżonn (bħal permess tal-MEPA) qabel jista jibda jsir xogħol bħal spezzjonijiet fuq l-applikazzjoni jkunu ġew sottomessi. Ma hemmx Standard Operating Procedures miktuba speċifikament fuq l-iproċessar tal-applikazzjonijiet għall-liċenzji ġodda ta’ spiżeriji. Fil-liġi ma hemmx żmien massimu ta’ meta tibda tiġi proċessata applikazzjoni sa meta tiftaħ l-itess spiżerija. Mid-distretti imsemmija, il-lokalita tan-Naxxar tikwalifika għal spiżerija ġdida.
Leg 12 PQ #8059 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – migration tad-data

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se ssir migration mid-data tal-pazjenti li hemm fil-patient administration system eżistenti għal din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li diġa sar il-migration.
Leg 12 PQ #8060 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – diskussjonjiet ma’ sptarijiet privati

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid x’diskussjonijiet kellu mal-isptarijiet privati minħabba li ngħad li din is-sistema tintegra ma’ dawn l-isptarijiet ukoll?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Nistgħu nipprovdu l-għażla lill-isptarijiet privati. Infatti, is-sistema hija kapaċi tieħu ammont limitat ta’ sptarijiet oħra privati, pubbliċi u lokali.
Leg 12 PQ #8061 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – Ċertifikat ta’ konformità

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid jekk, minħabba s-sensittivita enormi li għandha din is-sistema, talabx lil xi entità awtorevoli u indipendenti biex tiċċertifika li din hija konfermi mal-istandards rikjesti f’dan il-kategorija ta’ sistemi?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Is-sistema tal-PAS hija sistema antika sa mill-1992, ma tiflaħx għal ħafna, u kienet tieqaf mat-3 darbiet f’ġimgħa. Il- Gvern preċedenti qatt ma qabbad ( 3rd parties ) biex jiskrutinizzaw din is-sistema, jew nefaq €80m f’ software li huwa skadut. Is-CPAS hija ferm aktar superjuri mis-sistema tal-PAS ta' qabilha. Is-CPAS ġiet ittestjata u kkonfermata mill-entitajiet kollha fiħdan id-dipartiment tas-saħħa.
Leg 12 PQ #8062 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – Ħlas għal min ħadem fuq is-sistema

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-persuni u kumpaniji kollha li ħadmu fuq din is-sistema u jgħid f’kull każ xi tħallsu minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li għas-sistema tal-IT li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Membru, intużaw riżorsi interni biss.
Leg 12 PQ #8063 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera Maltin — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet kollha għall-infermiera li saru mill-2008 sal-lum, u f’kull każ jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-2008 sal-lum ħarġu tmien sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-grad ta' Staff Nurse, u dawn kienu fil-Gazzetta tal-Gvern: tat-23 ta' Settembru 2008 li minnha ġew approvati 227-il persuna; tat-2 ta' Ġunju 2009 li minnha ġew approvati 124-il persuna; tat-2 ta' Frar 2010 (li kienet rolling call miftuħa sal-aħħar ta' Settembru 2011) li minnha ġew approvati 511-il persuna; tal-24 ta' Frar 2012 li minnha ġew approvati 282-il persuna; tat-2 ta' Lulju 2013 li minnha ġew approvati 57-il persuna; tas-6 ta' Awwissu 2013, li għaliha kien hemm kjarifiki maħruġin fis-17 ta' Settembru 2013 u d-19 ta' Novembru 2013 u li minnha ġew approvati 207-il persuna; tal-31 ta' Jannar 2014, li għaliha għadhom qed isiru l-proċeduri tal-għażla; tal-21 ta' Frar 2014, li għaliha għadhom qed isiru l-proċeduri tal-għażla. It-total huwa ta' 1408-il persuna.
Leg 12 PQ #8064 Sitting 134 2014-03-26 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera barranin — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera ta’ nazzjonalità barranija, sena b’sena, mill-2008 sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 179 infermiera ta’ nazzjonalità barranija li ġew ingaġġati mis-sena 2008 sas-sena 2014. Dan it-total jinqasam hekk: - 7 li ġew ingaġġati fl-2008; - 37 li ġew ingaġġati fl-2009; - 9 li ġew ingaġġati fl-2010; - 38 li ġew ingaġġati fl-2011; - 53 li ġew ingaġġati fl- 2012; - 33 li ġew ingaġġati fl-2013 u - 2 li ġew ingaġġati fl-2014.
Leg 12 PQ #8053 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – manutenzjoni

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jispjega kif u min se jkun qiegħed jagħmel il-maintenance and support ta’ din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija Parlamentari numru 8052.
Leg 12 PQ #8054 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – approvazzjoni mill-MITA

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-MITA tatx l-approvazzjoni teknika tagħha għall-implimentazzjoni ta’ din is-sistema? Jekk iva, jista’ jpoġġi din l-approvazzjoni teknika fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-MITA assistiet fin-network, fl-aċċess remot u f’implimentazzjoni.
Leg 12 PQ #8055 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – sigurtà

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid x’verifiki saru u minn min saru biex jiġi assigurat il-livell ta’ sigurtà ta’ din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Il-livell ta’ sigurta huma miżmuma u kkontrollata mill-amministraturi f’MDH ( mhux minn sub- kuntratturi bħal ma’ kienet is-sistema l-antika tal-PAS).
Leg 12 PQ #8056 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT — Esperjenza tal-iżviluppatur tas-sistema

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-esperjenza (f’implimentazzjoni ta’ sistemi simili) ta’ min tqabbad biex jiżviluppa din is-sistema?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Is-sistema ġiet imfassla, żviluppata u mplimentata bi sforz konġunt min diversi professjonisti tal-IT, u oħrajn kliniċi u amministrattivi.
Leg 12 PQ #8057 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT – Konsultazzjoni

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjoni saret mal-Medical Association of Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Saru diversi lagħqat kontinwi mal-oqsma kollha nkorċernati kemm qabel u anke wara ( jiġifieri bħallissa).
Leg 12 PQ #8058 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sistema tal-IT — Integrazzjoni ta’ sistemi

Question

B’referenza għas-sistema tal-IT li dwarha saret konferenza tal-aħbarijiet nhar il-15 ta’ Frar 2014, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sistemi eżistenti li din is-sistema qiegħda tintegra direttament magħhom?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Is-sistema tas-CPAS tintegra direttament is-sistemi l-oħra kollha, prinċipalment l-HC7.
Leg 12 PQ #8597 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Servizz ta’ carer – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema minħabba carer?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija ġiet nieqsa, għaldaqstant dan il-kaz huwa magħluq. Nagħti l-kondoljanzi lill-familjari tagħha.