Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-mument għandhom talbiet pendenti għaċ-ċittadinanza Maltija? Minn liema nazzjonalità huma u kemm ilha pendenti l-aktar applikazzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni Ii bħalissa għandhom applikazzjoni għaċ-Ċittadinanza Maltija pendenti huwa 1,145. Ma tinżamx statistika tan-nazzjonalita ta’ dawn il-persuni. L-aktar applikazzjoni antika saret fl-14 ta’ Dicembru 2005.
Jista' l-Ministru jindika l-pajjiż tal-oriġini ta' dawk il-persuni li ma twildux f'Malta u li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija matul is-snin 2011, 2012, u 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 18-il sena u li għandhom ċittadinanza Maltija? Jista' jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' votanti reġistrati fir-reġistru elettorali ta' Malta u Għawdex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ebda awtorità Maltija qatt ma kellha rekord ta’ kemm hemm persuni li għandhom ċittadinanza Maltija.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija l-Electoral Office.
Elezzjoni Ġenerali – persuni barranin – dritt għal vot
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn barranin li matul is-snin 2011, 2012 u 2013 (sal-ġurnata li titwieġeb din il-misoqsija) ġabu d-dritt li jivvutaw mhux biss għall-elezzjoni tal-kunsilli lokali imma ukoll għal dik tal-elezzjoni ġenerali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-2010, 2011, 2012 u 2013? Jista' jagħti wkoll breakdown ta' kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Liema nazzjonalità rrinunzjaw?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni li ġew mogħtija ċ-ċittadinanza Maltija fis-snin imsemmija minnu huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:
Sena
Total ta' persuni li ngħataw ċittadinanza
Nisa
Rġiel
2010
944
474
470
2011
1081
579
502
2012
1142
649
493
2013
961
500
461
Skond l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) ninforma ukoll li persuni li jingħataw iċ-Ċittadinanza Maltija m’humiex meħtieġa li jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza (jew ċittadinanzi ) tagħhom sabiex jibqgħu iżommu il-Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għandu l-Gvern għall-applikazzjoni ta' uniform residence permit għal persuni barranin residenti f’Malta u li għall-fini tal-ivvjaġġar tagħhom fl-Unjoni Ewropea jeħtieġu dan il-permess għall-fatt li ġejjin minn pajjiżi li mhumiex stati fl-Unjoni Ewropea?
Response (MALLIA, EMANUEL)
In-numru ta’ persuni li huma ċittadini ta’ pajjiż terz (Third Country Nationals) li għandhom applikazzjoni pendenti għall-ħruġ ta’ permess ta’ residenza huwa 3,645.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji minn barra minn Malta fir-reġistru pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin, kull sena separatament, u minn liema pajjiż? Jista' jgħid ukoll jekk xi ħadd mill-partijiet kienx barrani u jekk iva, minn liema pajjiż?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-aħħar mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru Pubbliku ma jżommx statistika dwar in-nazzjonalita tal-partijiet fiż-żwieġ.
Ċittadinanza Maltija – applikazzjonijiet approvati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew approvati/mogħtija ċittadinanza Maltija matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena? Liema ċittadinanza irrinunzjaw? Kemm minnhom kienu ġuvintur u xebbiet, u kemm minnhom kienu miżżewġa?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Matul l-ewwel ħames xhur tal-2013 in-numru ta’ persuni li ġew reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta’ Malta huwa 541 u 74 rispettivament. Minn dawn 192 huma miżżewġin Maltin filwaqt li 275 huma rġiel u 340 huma nisa.
Skond l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Kap 188) persuni li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija m’humiex meħtieġa li jirrinunzjaw iċ-ċittadinanza Maltija (jew ċittadinanzi oħra) li għandhom biex iżommu il-Maltija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie rrapurtat serq mid-djar jew minn fuq individwi tul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jispeċifika mil-liema lokalitajiet sar dan is-serq u kemm-il każ ġie solvut?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat illi l-każijiet ta’ serq minn djar u minn fuq individwi irrapurtati bejn Jannar 2009 u l-aħħar ta’ Ottubru ta’ din is-sena kien kif ġej:
2009
2010
2011
2012
2013
Serq min djar
812
890
952
1004
641
Serq min fuq individwi
130
135
135
193
105
Infurmat ukoll illi t-tagħrif dwar ka¿ijiet ta’ serq solvut bil-mod kif mitlub mill-Onor. Interpellant, mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bin-numru ta’ każijiet ta’ serq irrapurtat bil-lokalitajiet.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li mhumiex Maltin, iżda li joqogħdu f'Malta? Minn liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni li qed joqogħdu Malta, pajjiż pajjiż? X'tip ta' kontroll isir fuq dawk li huma barranin u joqogħdu hawnhekk?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li ġejjin minn pajjiżi terzi li għandhom f'idejhom permess ta' residenza li jawtorizzhom joqgħodu hawn Malta jew dokument t'awtorizzazzjoni li joqogħdu hawn sakemm tiġi proċessata t-talba taghħom għal permess ta' residenza huwa ta’ 13, 819, kif jidher fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal- Kamra.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella oħra fejn hemm informazzjoni dwar in-numru ta' persuni li huma cittadini tal-UE, tal-EEA (European Economic Area) u Żvizzeri u l-membri tal-familja tagħhom li għandhom dokument ta' residenza maħrug mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates, total huwa ta 5, 596. Dokument ta’ residenza jingħata wara li applikaw għal dan id-dokument minħabba li kienu qed jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' muviment ħieles bħala ċittadini tal-UE, tal-EEA jew bħala ċittadini Żvizzeri jew għax huma u qed jakkumpanjaw membri tal-familja ta' dawn iċ-ċittadini.
Ma jsirx kontrolli fuq dawn il-persuni sakemm l-Awtoritajiet pertinenti ma’ jkollhomx raġunijiet biex xi kontrolli jsiru.
Persuni li qalbu l-ID Card minn Malta għal Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-Maltin li qalbu l-karta tal-identità tagħhom minn Malta għal Għawdex f'dawn l-aħħar għaxar snin kull sena separatament?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lil Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ngħataw refugee status sena b'sena fl-aħħar ħames snin? Minn liema pajjiżi kienu ġejjin? Kemm minn dawn il-persuni ngħataw status ieħor li jagħtihom drittijiet ta':
a) residenza; u
b) ċittadinanza?
Taħt liema mekkaniżmi legali?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi nformazzjoni dwar in-numru ta' persuni u l-pajjiz li ġejjin minnu li matul l-aħħar ħames snin (sena b'sena) ngħataw status ta' refuġjat.
Skont il-provvedimenti tal-leġislazzjoni sussidjarja 420.07 regolamenti dwar l-istandards ta’ proċedura fl-eżami ta’ l-applikazzjonijiet għal status ta' rifuġjat. Persuni li jingħataw status ta' refugjat jinħargilhom permess ta' residenza għal tlett snin. Dawn il-persuni jistgħu jieħdu status ieħor ta' residenza f'Malta u jibqgħu iżżommu dik ta' rifuġjat jekk jiżżewġu ċittadini Maltin jew ċittadini tal-Ewropa - ma tinżammx statistika dwar jekk kienx hemm dawn il-każijiet. Kif ukoll jekk jirrizinjaw għal dan l-istatus ta' rifuġjat u jikkwolifikaw għal permess ta' residenza li mhux fil-kuntest tal-ażil - minn dawk imsemmija hawn fuq ma kien hemm ebda persuna f'dan ir-rigward.
Persuna hija eliġibbli li tapplika u tigi registrata għal cittadinanza Maltija wara li jgħaddu ħames snin mid-data taż-żwieg mal-konjugi Maltin u matul dan il-perjodu jkunu għexu dejjem flimkien. Ninsab infurmat li ma saret ebda talba f'dan ir-rigward mill-persuni msemmija aktar 'il fuq.
Persuna hija eliġibbli li tapplika għaċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni wara li tkun ilha tgħix Malta kontinwament għal ħames snin qabel isir l-applikazzjoni. Skont il-provvedimenti tal-Att Dwar ic-Cittadinanza Maltija il-Ministru risponsabbli għall-materji taċ-ċittadinanza għandu d-diskrezzjoni fl-għoti jew ir-rifjut ta talba. Ninsab infurmat li ma saret ebda f'dan ir-rigward mill-persuni msemmija aktar 'il fuq.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi fil-preżent il-proċedura applikata sabiex persuni mhux ċittadini tal-Unjoni Ewropea, iżda li jkollhom tfal minn ċittadini Maltin, ikunu jistgħu jiksbu visa sabiex jibqgħu jgħixu f'Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew tal-istati tal-European Economic Area jew Svizzeri, sabiex jirrisjedu f'Malta, għandhom bżonn permess ta' residenza. L-applikazzjonijiet għal dawn il-permessi jsiru lid-Direttur tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates. Fil-każijiet li qed issemmi l-Onorevoli Interpellant it-talbiet jiġu eżaminati fuq il-mertu tal-każ fejn tingħata kunsiderazzjoni speċjali għaċ-ċirkustanzi msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni barranin li għandhom permess ta' residenza u ta' impjieg f'Malta? Jista' jagħti breakdown skont in-nazzjonalità tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Malta hemm 3,444 persuna barranija li għandha permess ta’ residenza u liċenzja ta’ imjieg. Il-lista ta’ pajjizi minn fejn ġejin dawn il-persuni se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom visa residenzjali f'pajjiżna llum? Kemm minnhom huma mill-Unjoni Ewropea?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, pajjiżi li huma fiż-żona Schengen meta joħorġu Visa, u Malta kif jaf l-Onorevoli Interpellant hija stat taż-żona Schengen, din il-Visa tgħati id-dritt lil persuna moviment liberu fiż-żona Schengen mingħajr ebda kontrolli fuq il-fruntieri ta’ dawn l-istati. Għaldaqstant minħabba dan il-movument ħieles u nuqqas ta’ kontrolli fuq il-fruntieri, mhux possibli li nkunu nafu il-persuni li għandhom din il-Visa f’Malta.
Iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jgawdu minn muviment ħieles f’Malta u m’għandhomx bżonn visa biex joqogħdu hawn. Kull ma għandhom bżonn jirreġistraw ir-residenza tagħhom jekk se joqogħdu hawn għal aktar minn tlett xhur.
Fil-kuntest ta’ din il-Mistoqsija nirriferi lill-Onor Membru ghar-risposta li jiena tajtu għall-Mistoqsija tiegħu Numru 2553.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5787 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li minkejja li fil-Qorti t’Għawdex perjodikament ikun hemm il-bżonn li jinħatru probation officers, peress li dan is-servizz ma jingħatax f’Għawdex, u peress li hemm persuni kwalifikati bħala probation officers, allura ma jaħsibx il-Prim Ministru li wasal iż-żmien li f’Għawdex ukoll ikollna dan is-servizz?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed tiġi studjata din il-possibilità
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' persuni li huma reġistrati bħala ċittadini Maltin? Kemm minn dawn għandhom id-dritt għall-vot? Hawn minnhom li mhumiex reġistrati fuq indirizz f'Malta u jekk fl-affermattiv, kemm hemm minn dawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 2599. L-Onorevoli Interpellant mitlub jirreferi it-tieni parti tal-mistoqsija lil Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra, jekk mis-sena 1993 sal-lum sarux il-ħlasijiet tal-performance bonus lill-uffiċjali għolja tal-Korp tal-Pulizija u dan skont il-ftehim ta' Ġunju 1993? Jekk saru tali ħlasijiet, ta' performance bonus, f'liema perċentwali saru tali ħlasijiet u lil min saru sena b'sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninsab infurmat li mir-records miżmuma jirriżulta illi l-ħlasijiet ta’ Performance Bonus bdew isiru, skont kif ipprovdut mid-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet tal-Korp tal-Pulizija ta’ Ġunju 1993, mill-1995, bl-ewwel pagament ikopri l-perjodu Ġunju 1993 - Diċembru 1994.
Il-bonus ingħata lill-fizzjali kollha fil-grad ta’ Supretendent jew ogħla, skont l-imsemmi Dokument. L-aħħar pagament li sar kien ikopri is-sena 2012. Il-bqija tal-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kunfidenzjali.