Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Triq Professur J.G. Baldacchino

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11220 u cioe' jgħid meta hemm il-ħsieb li jsir surfacing ta' Triq Professur J.G. Baldacchino f'Ħaż-Żabbar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed thejji program tax-xogħlijiet tat-toroq. Din it-triq hija nkluża f'dan il-program. Dawn it-toroq se jinbnew skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-program.

Ħal Qormi — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' tenders li ħarġu u l-ammont li bih ġew mogħtija, għal toroq li saru bit-tarmac f'Ħal Qormi mill-1994 sal-lum? Jista' jagħti r-rendikont triq bi triq u sena b'sena?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn informazzjoni li nġabret mill-Awtorita dwar it-Trasport, it-toroq li saru fil-perjodu imsemmi f’Ħal Qormi jinkludu: Toroq Sena L/A Inc/ Dec Total Triq-Serer 2003 10,317.00 3,629.78 6,687.22 Triq N Baldacchino 2003 11,098.00 425.63 11,523.63 Triq id-Deheb Fin c/w Ix-Xitwa 2003 11,671.00 4,207.01 7,463.99 Triq id-Dragun 2003 7,338.00 1,949.84 9,287.84 Triq 10 ta’ Settembru 2003 7,664.67 -2,148.69 5,515.98 Triq il-Furnar 2005 8,901.00 -1,397.13 7,503.87 Triq Ġuże Muscat Azzopardi 2003 4,640.00 -573.36 4,066.64 Triq il-Poeżija 2003 1,778.00 -519.62 1,258.38 Triq San Ġakkin 2002 27,092.10 -416.98 26,675.12 Mrieħel Industrial Estate 2002 315,411.50 -63,425.03 251,986.50 Tal-Ħandaq Ind. Estate 2002 403,000.00 7,188.02 410,188.00 Triq Pawlu Farrugia c/w Triq il-Wied 2004 19,328.00 -7,579.97 11,748.03 Triq Marju Pace 2004 15,548.10 -2,577.98 12,970.12 Triq Marco Montabello 2005 21,577.00 21,577.00 Triq in-Nassab 2005 26,323.00 26,323.00 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li ġew asfaltati f’Ħal Qormi fi żminijiet imsemmija. Din il-lista ma tinkludiex toroq li saru mill-Kunsill Lokali f’dan il-perjodu.

Qawra — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li mill-venda tal-Qawra tgħaddi xarabank minn Triq il-Pijunieri, f'Buġibba via Valletta bus terminus u viċi versa peress li dak is-servizz li diġa' jeżisti huwa wisq għoli biex jiġi wżat mill-anzjani?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-Onorevoli Interpellant jista' ikun qiegħed jirreferi għal rotta 449 li hija rotta diretta li titlaq minn Buġibba u tispiċċa il-Belt. Din ir-rotta tgħaddi mill-Coast Road u għaliha il-passiġier iħallas 50 centeżmu. Jiena infurmat ukoll li teżisti r-Rotta 59, illi tibda mill-venda ta’ Buġibba u tgħaddi minn Triq il-Pijunieri għall-Mosta, Naxxar, Birkirkara, Msida u tibqa' sejra lejn il-Belt Valletta. Peress li dan huwa servizz ċirkulari, wara il-Belt Valletta ix-xarabank tgħaddi mid-dawra tal-Qawra kollha, tasal il-venda u tibqa' ħierġa minn Triq il-Pijunieri għall-Belt Valletta kif diġa spjegajt qabel. Din ir-rotta tista' tiġi utilizzata mill-anzjani permezz tal-Karta Anzjan. L-ewwel vjaġġ ta’ din ir-rotta jibda fid-disgħa ta’ filgħodu jispiċċa fis-sebgħa ta' filgħaxija. Kull trip jitlaq kull siegħa.

Evans building

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ministeru m'għandu l-ebda ħsieb li jiżviluppa Evans building, meta din l-istess binja għandha potenzjal kbir ta' żvilupp kummerċjali u/jew residenzjali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Ministeru qed ihejji studji fuq is-sit ta’ Sant’ Iermu u ser ikun hemm proċess ta’ konsultazzjoni. Is-sit ta’ l-Evans Laboratories huwa parti mill-Brief oriġinali u sa issa ma’ kien hemm l-ebda ideja li din titħalla barra mill-proġett.

Project co-ordinations unit

Question

Jista' il-Ministru jgħid minn min hu kompost il-project co-ordinations unit biex jieħu ħsieb l-iżvilupp urban? X'inhi l-funzjoni ta' dan il-unit? X'responsabbilta' għandu dan il-unit?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsijiet parlamentari fuq l-istess suġġett bin-numru 9491 u 9288.

Cruise passenger terminal

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-cruise passenger terminal? Meta beda x-xogħol? Meta mistenni jitlesta? Kemm mistenni jħaddem nies meta jitlesta l-proġett? Kemm se jiġi jiswa? Min kien l-iżviluppatur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proġett tal-Cruise Passenger Terminal fil-Belt jikkonsisti f’rijabilitazzjoni tal-imħażen ta’ Pinto u trasformazzjoni ta’ dan is-sit sabiex jservi bħala Terminal u servizzi anċillari. Il-proġett jinkludi: Trasformazzjoni u konsolidament tal-Moll L-iżvilupp ta’ Laguna Żvilupp ta’ triq sabiex jiġi faċilitat it-Traffiku Żvilupp ta’ Teminal Ir-restawr ta’ l-imħażen sabiex jintużaw bħala uffiċini u intraprizi kummerċjali Ir-restawr ta’ partijiet mis-swar Ir-restawr tal-Power Station antika ta’ l-Ingliżi. Il-proġett nbeda wara l-iffirmar tal-kuntratt fl-22 ta' Novembru 2001. Il-proġett qed jimxi skond id-dati stabbiliti fil-kuntratt u hemm ħsib li l-ewwel fażi tal-proġett jitlesta sa l-2006. L-iżviluppatur qed jikkalkula li din ż-żona ser tinpjega 600 ħaddiem. Il-proġett mistenni jiġi jiswa mal-15 M Lm. L-iżviluppatur f’dan il-proġett huwa il-VISET Malta plc.

Cottonera waterfront regeneration

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett tal-Cottonera waterfront regeneration? Meta beda x-xogħol? Meta mistenni jitlesta? Kemm ministenni jħaddem nies meta jitlesta dan il-proġett? Kemm se jiġi jiswa? Min hu l-iżviluppatur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #11426 Sitting 249 2005-03-15 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Birgu: Triq il-Kottonera — Ilma tax-Xita

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11061 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' b'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10636 fejn il-Ministru qal li Triq il-Kottonera, Birgu hi responsabbilta' tal-kunsill, jista' jara jekk responsabbilta' ta' triq arterjali hijiex tal-gvern ċentrali jew tal-kunsill?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10638 u cioe' jagħti listi ta' toroq fit-tieni distrett li se jsiru din is-sena 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija numru 10638 li ngħatat fis-seduta tal-bieraħ numru 248.

Commuted parking payment scheme

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet minn kunsilli lokali għal commuted parking payment scheme? Liema kienu dawk il-kunsilli lokali li xtaqu jdaħħlu din is-sistema? Jista' jgħid fiex waslu l-proċeduri meħtieġa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #11454 Sitting 249 2005-03-15 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — Siġġiewi - Vultaġġ baxx

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 11159, jista' il-Ministru jgħid meta l-ADT se toħroġ il-permessi relatati mal-problema ta' vultaġġ baxx f'Ta' l-Għolja, Triq Ġdida, fi Triq it-Tank, Siġġiewi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Minsitru jagħti listi ta' toroq fit-tieni distrett li se jsiru din is-sena 2005?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-Toroq li se jsiru din is-sena 2005 fit-tieni distrett huma :- TOROQ Vittoriosa –Kalkara Id-Direttorat tat-Toroq għandu applikazzjoni mall-MEPA għall-alignment u l-kostruzzjoni tat-triq li tieħu mill-Kalkara għal Vittoriosa Senglea Toroq San Ġuzepp u p/o iż-Żewg Mieni (parti mill-ftehim mall-Kunsill Lokali) Fgura Toroq Xemx u l-Qamar, p/o Merħba u p/o Misk

Marsascala — Triq il-Bajja

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata Triq il-Bajja, kantuniera ma' Triq Santa Marija, ġewwa Marsascala anke minħabba l-fatt li hemm nies li ilhom joqogħdu hemm għal madwar 20 sena kif ukoll minħabba li hija mibnija kollha?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed ihejji programm ta' xogħlijiet meħtieġa. Din il-parti li għad fadal mit-triq ser issir skond il-prijoritajiet li joħorġu minn dan il-programm.

Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10996 u cioe' jgħid mill-bidu tas-sena 2005 kemm-il tender ħarġu mill-ADT biex isiru toroq ġodda, meta ħarġu, f'liema lokalita', meta se jibda jew beda x-xogħol ta' kull triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi mill-bidu tas-sena 2005 dawn huma t-tenders li ħarġu mill-Awtorita' dwar it-Trasport biex isiru toroq ġodda :- Toroq Lokalita Meta Harġu Proċess tat- Tenders Triq l-Aħwa Galea Mosta 14/01/05 Qed tiġi aġġudikata Triq Ferdinand Inglott Attard 14/01/05 Qed tiġi aġġudikata Triq ix-Xwieni Marsa 08/02/05 Ippublikata Civil works at Triq is-Santwarju Żabbar 04/02/05 Ippublikata Triq il-Qalb Imqaddsa Żabbar 04/0205 Ippublikata Access road to Msida Housing Block Msida 04/12/04 Tender għalaq fil-25 ta’ Jannar u qed jiġi aġġudikati EU Tender Tender għal re-construction u upgrading ta’ Triq Ħal Far, 28/01/04 Phase III B’Bugia Tender għal re-construction u upgrading ta’ Triq San Lawrenz, 28/01/04 Rabat, Għawdex

Distrett Nru 2 — Xogħol fit-Toroq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10998 u cioe' jgħid xi proġetti għandu l-ministeru tiegħu, bħal toroq u żvilupp urban, għaz-zona tat-tieni distrett elettorali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqisja parlamentari numru 10638 rigward toroq li ser isiru fit-tieni distrett. Rigward żvilupp urban fit-tieni distrett, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ħaż-Żebbuġ — Bus stop

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk u meta se jsir bus stop/s tal-karozza tal-linja fl-inħawi ta' Tal-Grazzja u Tal-Kandlora ġewwa Ħaż-Żebbuġ u dan billi r-residenti Żebbuġin li jgħixu f'dawn l-inħawi għandhom distanza twila biex jilħqu bil-mixi t-terminus tal-karozza tal-linja fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi preżentament m'hemm l-ebda rotta li takkomoda lir-residenti li joqgħodu fl-inħawi ta' tal-Grazzja u tal-Kandlora, għaldaqstant, m'hemm l-ebda ħtieġa sabiex jitwaħħal bus stop. Jien infurmat ukoll li l-Awtorita' ser tistudja l-esiġenzi tar-residenti tal-lokalitajiet imsemmija sabiex tara jekk jistax jingħata servizz ta' Trasport Pubbliku, f'liema każ jiġu installati il-bus stops adekwati.

San Ġwann — Naxxar Road - Pelican Lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex hemm dak id-dewmien kollu biex il-pelican lights fi Vjal Rihan, Naxxar Road, San Ġwann, jiġu stallati peress li din l-applikazzjoni kienet intbagħtet fuq sena u nofs ilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Is-surveys neċessarji u x-xogħol preliminari għall-installazjoni ta' din il-pelican crossing diġa sar. Din il-crossing hija waħda minn numru kbir ta' talbiet għal dan it-tip ta' stallazjoni. L- Awtorita' dwar it-Trasport għamlet eżerċizzju sabiex tistabilixxi l-prijorita għat-talbiet kollha. Ix-xogħol neċessarju għal pelican crossing li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, ser isir fl-isfond ta' dan il-program ta' prijoritajiet.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11228 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #11423 Sitting 248 2005-03-14 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Kalkara — Manutenzjoni tat-triq

Question

Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għall-club tar-regatta Birgu peress li tinstab fi stat diżastruż u dan hu post frekwentat ħafna fis-sajf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Vetturi — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn vetturi liċenzjati llum? Kemm minn dawn huma vetturi kummerċjali? Kemm minn dawn ġew impurtati ġodda u kemm second hand?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-total ta’ vetturi liċenzjati jammonta għall-271,137. Minnhom hemm 44,575 vettura kummerċjali. Kull sena jiġu rreġistrati medja ta’ madwar 13,500 vettura li minnhom 70% jkunu ġodda filwaqt li 30% jkunu second hand.