Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #8742 Sitting 140 2014-04-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija kkonċernata mill-Ministeru għall-Finanzi. L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #7923 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet - membri nisa

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #8457 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati b'kuntratt indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8333 u jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ tal-Commissioner for Revenue, NSO, Lotto u Customs, ir-risposta hija fin-negattiv. Din l-informazzjoni ma tinkludix lill-MFSA u Central Bank of Malta għaliex tali informazzjoni inagħtat fil-Mistoqsijiet Parlamentari 8338 u 8337 rispettivament.
Leg 12 PQ #8924 Sitting 138 2014-04-07 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas minn fond – każijiet ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8819, 8514 u 8383 u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi huwa responsabbli biss mill-immaniġġjar tal-loan. Billi l-Ministru m’għandux dettalji speċifiċi dwar l-individwi, nitlob lill-Onor. Interpallant biex jipprovdi iktar informazzjoni.
Leg 12 PQ #8453 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #8819 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas minn fond – każijiet ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8514 u 8383 u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #8849 Sitting 136 2014-04-02 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

MDP — proċess ta' privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-proċess ta' privatizazzjoni li għandu l-Gvern dwar xi ażjendi li huma tiegħu, jinkludux ukoll proċess ta' privatizazzjoni tas-sehem tal-Gvern fl-MDP? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda dan il-proċess, u jagħti wkoll tagħrif dwar jekk hemmx xi kundizzjonijiet speċifiċi li hu mistenni li jintlaħqu f'dan ir-rigward?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #8780 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Waste waster — statistika

Question

B'referenza għall-press release maħruġa mill-NSO fil-21 ta' Marzu 2014 World Water Day 2014, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala meta ingħatat l-istatistika dwar Waste water saret referenza biss għall-impjant ta' Sant' Antnin meta għal dawn l-aħħar snin id-drenaġġ kollu f'Malta u Għawdex qed jiġi ttratat fi tlett impjanti ġodda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ill t-tliet impjanti l-ġodda jittrattaw id-drenaġġ li eventwalment jispiċċa ‘l-baħar. Għaldaqstant, ma saritx referenza għalihom għar-raġuni li l-għan tan-news release kien dwar ilma li qed jintuża jew li qed ikun ikkonsmat fl-ekonomija lokali. Sant’Antnin huwa impjant li jittratta l-ilma għal skopijiet agrikoli, fosthom it-tisqija tar-raba mill-bdiewa. Madankollu, xejn ma jeskludi li l-NSO jiġbor ukoll statistika minn dawn it-tliet impjanti fil-futur, bl-iskop li jintefa’ aktar dawl fuq kemm likwidu ikun ttrattat qabel ma jiġi mormi ‘l-baħar.
Leg 12 PQ #8857 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

BICAL — diskussjonijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 975, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi ġodda dwar il-BICAL?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kienx hemm żviluppi ġodda f dan il-każ, għalkemm ninforma wkoll illi l-Gvern qed jaħdem attivament fuq dan il-każ.
Leg 12 PQ #8438 Sitting 133 2014-03-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba li tammonta għal € 24,780.04 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-każ tal-VAT, Treasury, NSO, MFSA, Lotto, Commissioner for Revenue, Inland Revenue, FIAU, EPD, Customs, Contracts u Stock Exchange, ir-risposta hija fin-negattiv. Din l-informazzjoni ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Leg 12 PQ #8466 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — top management positions

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7499, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Jista’ jipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management positions mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #8514 Sitting 132 2014-03-24 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas minn fond – każijiet ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8383 u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #8393 Sitting 131 2014-03-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Ċensiment tal-biedja

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8351 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta hu mistenni li jerġa’ jsir ċensiment tal-biedja f'pajjiżna? Meta sar l-aħħar ċensiment? Jista' jgħid jekk fil-preparazzjoni ta' dan iċ-ċensiment ġdid li jista’ jkun qed isir, hux se jkun hemm tibdil fil-mod kif tinġabar l-informazzjoni, fis-sens li se jkun hemm bidla fid-domandi li kien hemm qabel?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat illi ċ-ċensiment tal-biedja li jmiss mistenni jsir fl-2020. L-aħħar ċensiment sar fl-2010. Il-preparazzjonijiet għaċ-ċensiment li jmiss mistennija jibdew lejn in-nofs tal-2018.
Leg 12 PQ #7538 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – prezzijiet tal-liċenzja ta’ kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti u suġġerimenti meta l-Awtorità ta’ Malta għas-Servizzi Finanzjarji għolliet il-prezzijiet tal-liċenzji ta’ kumpaniji fis-settur finanzjarju u dawk tal-assigurazzjoni? Jista’ jgħid b’kemm hu prevvist li se jiżdied id-dħul tal-Gvern fis-sena 2014 permezz ta’ dawn iż-żidiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta ghas-Servizzi Finanzjarji irċeviet total ta’ disa' (9) ittri b’suggerimenti u osservazzjonijiet fuq ir-reviżjoni tal-prezzijiet tal-liċenzji regolati minnha fis-settur finanzjarju bħala risposta għall-proċess ta’ konsultazzjoni li nħareġ. Erbgħa (4) minn dawn ir-risposti kienu mis-settur tal-assigurazzjoni. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-liċenzji ma tmurx għand il-gvern direttament.
Leg 12 PQ #8337 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – Impjegati b’kuntratti indefiniti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Bank Ċentrali ta’ Malta li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Marzu 2013 l-ebda kuntratt definit ma nqaleb għal wieħed indefinit fil-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Leg 12 PQ #8338 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Impjegati b’kuntratti indefiniti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-MFSA li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #8383 Sitting 130 2014-03-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas minn fond – każijiet ta’ individwi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8177 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar u jara l-każ tal-individwi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li għandhom jieħdu xi flus minn fond?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #8333 Sitting 129 2014-03-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati b'kuntratt indefinit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #7441 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Jista’ jipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ingħataw fil-leġislatura li għaddiet għal mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.
Leg 12 PQ #8305 Sitting 128 2014-03-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Problema ta’ income tax – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ħadmet xi żmien u kellha xi problemi fuq l-income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment diġà għamlu kuntatt mal-persuna ndikata biex id-diffikultà li għandha tiġi mwieġba. Nerġa’ għal darba oħra niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li dwar materja bħal din ma kienx hemm għalfejn issir mistoqsija fil-parlament. Kien ikun biżżejjed kieku l-persuna konċernata marret fit-taqsima tat-Taxpayer Service fi Blokk 4, Floriana, fejn normalment jiġu ttrattati każijiet bħal dawn minn taqsima apposta. Inħeġġeġ biex kwistjonijiet simili jiġu ttrattati bil-mod kif qed nispjega f’din it-tweġiba.