Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħas-Saptan – site plan għall-ħażna tal-fuel

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan li fuqha hemm immarkat is-sit il-ġdid tad-dolphin li tintuża għal ħażna tal-fuel f’Ħas-Saptan?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qed jiġu kkunsidrati numru ta’ siti.

Enemalta – tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-karbonju

Question

B'referenza gġall-mistoqsija parlamentari 9396, jista' l-Ministru jipprovdi l-informazzjoni mitluba?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 9396.

San Pawl il-Baħar – Triq il-Milord — bozza

Question

B'referenza għar-risposti ta' mistoqsijiet parlamentari 7273 u 7510, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu r-raġunijiet li għalihom il-bozza msemmija damet iktar minn tmien xhur biex ġiet approvata? Billi jirriżulta li din l-applikazzjoni ġiet approvata mill-Korporazzjoni Enemalta fl-20 ta' Jannar 2014, jista' jinvestiga għala din l-bozza għadha sal-gurnata tal-lum mhux qed tixgħel? Xi żviluppi kien hemm bejn l-20 ta' Jannar 2014 u llum, dwar l-istess bozza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bozza ġdida fi Triq il-Milord, limiti ta’ San Pawl il-Baħar ingħatatilha l-provvista’ tal-elettriku u nxtegħlet.

Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma — ingaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq l-ingaġġ tal-persuna li ismu qed jingħata separatament, fil-kariga ta' Chief Finance Officer mal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u jekk kinitx ħarġet sejħa pubblika skont il-proċeduri statutorji tal-ingaġġ, taħt l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-post ta’ Chief Finance Officer ħarġet fl-20 ta’ Mejju 2009 b’avviż fuq il-ġurnali lokali. L-ETC bagħtet lista ta’ kandidati, peró fl-14 ta’ Ġunju il-post vakanti reġa’ ġie ppublikat fil-gazzetti lokali. Fost seba’ applikanti kien hemm dik tas-Sur Stephen Attard fejn f’dak iż-żmien kien impjegat mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma bħala Chief Internal Auditor. L-intervista saret fit-18 t’Awwissu 2009, iżda fil-file ma hemmx rekord ta’ min kienu l-membri tal-bord u lanqas kif kienu allokati l-punti.

Ċentru ta’ Detenzjoni – faċilitajiet tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet tas-saħħa li hemm f’kull ċentru tad-detenzjoni tal-immigranti irregolari f’pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob biex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru kkonċernat.

Open Centres – faċilitajiet tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet tas-saħħa li hemm f’kull Open Centre tal-immigranti f’pajjiżna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob biex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru kkonċernat.

Sptar Mater Dei – faċilitajiet speċjali għall-immigranti irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx faċilitajiet speċjali fl-Isptar Mater Dei intiżi għall-immigranti irregolari jew immigranti li ġejjin minn Open Centres?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fl-Isptar Mater Dei ma ssir ebda differenza bejn il-pazjent, jekk huwiex immigrant jew le. Madanakollu, minħabba ċirkostanzi partikolari, jingħata servizz ta’ cultural mediatorsbiex ikunu jistgħu jiffaċilitaw il-konsultazzjoni bejn l-immigrant u l-professjonisti tas-saħħa.

Konsum ta’ ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiġi kkonsmat ilma kuljum, f'Malta u f'Għawdex? Kif inhu stmat li jiġi kkonsmat dan l-ilma, skont il-kategoriji differenti ta’ konsumaturi (konsum domestiku, fabbriki, lukandi, agrikultura eċċ)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Bordijiet tal-għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-pożizzjonijiet vakanti ħarġu fi ħdan id-diversi awtoritajiet/dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal liema pożizzjonijiet ħarġu dawn l-applikazzjonijiet? Jista’ jgħid kemm-il bord tal-għażla nħatar biex jiġu mimlija dawn il-pożizzjonijiet? Jista’ jgħid minn min kienu ffurmati dawn il-bordijiet tal-għażla? Jista’ jgħid min kienu ċ-chairman u l-membri ta' dawn il-bordijiet? Il-membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn fost uffiċjali pubbliċi jew minn barra s-servizz pubbliku? Jekk xi membri ta' dawn il-bordijiet inħatru minn barra s-servizz pubbliku, fuq liema kriterji saret din il-ħatra? Jista’ jgħid xi kwalifiki għandu kull membru ta' kull bord tal-għażla? X'rimunerazzjoni għandu kull membru tal-bord tal-għażla? Kemm ħa flus f'rimunerazzjonijiet kull membru ta' kull bord għal kull bord li ġie maħtur fih? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-persuni li nħatru għal kull pożizzjoni vakanti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9545.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid għal kull każ, x’kien ix-xoghol, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu 2004/2013, il-Korporazzjoni Enemalta xtrat mingħand il-kumpanija msemmija total ta’ €5,200 (ħamest elef u mitejn Ewro) f’xiri ta’ spares għal-laboratorju. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma xtrat b’kemm jiswew €7997 (sebat elef, disa’ mija, sebgħa u disgħin Ewro) f’xiri ta’ strumenti għal-laboratorju. Il-Ministeru tal-Enerġija, l-MRA u ARMS LTD ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpanija kkonċernata.

Applikazzjonijiet tal-oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-applikazzjonijiet tal-oqbra li saru matul is-snin għadhomx validi? Jista' jgħid jekk hemmx xi timeline għal għotja ta' dawn? Jista jara l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-applikazzjoni msemmija hija dwar iċ-Ċimiterju tal-Addolorata u tinsab fil-lista ta’ stennija għal xiri ta’ qabar f’dan iċ-Ċimiterju.

Kont tad-dawl u l-ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm varjazzjoni kbira fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont dovut mill-klijent huwa riżultat ta’ konsum li ilu ġej mill-2008. Fil-post kien hemm jirrisjedu 7 persuni u għalhekk kien qed isir ċertu ammont ta’ konsum regolari mill-klijent.
Leg 12 PQ #9714 Sitting 162 2014-06-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Ministeru, dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.
Leg 12 PQ #9715 Sitting 162 2014-06-11 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Segretarju Parlamentari għas-Saħħa — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-konsulenzi legali u/jew ħatriet oħra li ngħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u/jew lid-ditta tiegħu mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari dipartimenti u/jew azjendi u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-bidu tal-Leġiżlatura sal-lum? Jista’ jagħti l-ħlas abbinat, meta nħarġet is-sejħa għall-applikazzjoni (jekk kien hemm) u f’kemm minn dawn l-entitajiet hemm il-Union li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll involuta bħala union rikonoxxuta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema ditta qed jirreferi.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — xogħlijiet lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn l-2004 u Marzu 2013? Jista’ jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b’direct order jew tender u kemm kienet l-ispiża għal kull każ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu 2004/2013, il-Korporazzjoni Enemalta xtrat mingħand il-kumpanija msemmija total ta’ €18,592 (tmintax-il elf, ħames mija, tnejn u disgħin Ewro) f’għodda u consumables. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma xtrat b’kemm jiswew €7679 (sebat elef, sitt mija, disgħa u sebgħin Ewro) f’xiri varju ta’ ironmongery u l-MRA nefqet €40 (erbgħin Ewro). Il-Ministeru ta’ l-Enerġija u ARMS LTD ma taw l-ebda xogħlijiet lill-kumpanija kkonċernata.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – Energy Policy Division – Energy Analyst

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-ilenergy analyst hemm fl-Energy Policy Division fi ħdan il-Ministeru tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Tampered Smart Meters

Question

Peress li fl-20 ta’ Frar il-gazzetta “The Times of Malta” ikkwotat lill-Ministru li “consumers who used tampered smart meters are being given a six-week deadline to regularise their position or face the consequence”, jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni resqu ‘l quddiem u kif kienu maqsuma raħal b’raħal?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 428 (erba’ mija, tmienja u għoxrin) klijent minn 67 (sebgħa u sittin) lokalità differenti li laqgħu l-għażla li offriet l-Enemalta u resqu ’l quddiem biex jirregolariżżaw il-pożizzjoni tagħhom.

OHSA – health and safety officer

Question

Jista’ l-Ministru jelenka min kien il-Health and Safety Officer inkarigat mill-proġetti li ġew notifikati lill-OHSA f’din l-aħħar sena bejn Marzu 2013 sa Marzu 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob biex din il-mistoqsija ssir lill-Ministeru kkonċernat.

Pannelli foto-voltajiċi u solar panels

Question

Jista’ l-Ministru jsemmi l-iskemi kollha li ħarġu minn April 2013 s’issa biex jaġevolaw l-użu tal photo-voltaic panels, solar panels u affarjiet ta’ dan it-tip biex in-nies u l-kumpaniji jagħmlu iktar użu mill-enerġija solari?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskemi minn April 2013 s’issa huma hekk : o Għotja fuq Xiri ta’ Sistemi Fotovoltajċi fis-Settur Domestiku o Għotja fuq Xiri ta’ sistemi ta' Solar Water Heaters fis-settur domestiku o Għotja fuq xiri ta’ sistemi għal użu domestiku li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija (Roof insulation u Double Glazing) o Għotja fuq Restawr ta’ Bjar Domestiċi li jintużaw għall-ilma tax-xita.

Enemalta – direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jitħallas u kemm tħallas s'issa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li ngħata direct order mill-Korporazzjoni Enemalta wara Marzu 2013? Fiex jikkonsisti xogħlu? Għaliex intuża d-direct order u mhux sejħa pubblika?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġie appuntat biex jagħmel xogħol ta' awditjar fis-sezzjoni tal-IT tal-Koperazzjoni Enemalta. Huwa tħallas l-ammont ta' €11,800 (ħdax-il elf u tmim mitt ewro). Dan l-engagement kien intern.