B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2692 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal pompi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal pompi ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2693 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'ussidju lill-bdiewa għall-bini ta' ġwiebi ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta' ġwiebi ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2694 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għall-bini ta' agriculture stores ġodda f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal bini ta' 'agricultural stores' ġodda.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2695 u cioe' jista' il-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta' flus mogħtija f'sussidju lill-bdiewa għal makkinarji bħal tractors f'Malta u Għawdex separatament minn April ta' din is-sena 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' bdiewa li bbenefikaw minn din l-għajnuna?
Jista' jinformani kemm kienu l-flus ivvutati għal dan is-sussidju matul din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li f' dan il-perjodu ma ġewx mogħtija sussidji lill-bdiewa għal makkinarju bħal 'tractors'.
Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol meħtieġ biex titwaqqaf u tibda taħdem il-paying agency? Għaliex waqa' lura x-xogħol fuqha? Kemm huwa stmat li ntilfu fondi mill-Unjoni Ewropea għax din il-paying agency għadha ma bdietx taħdem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li x-xogħol konness mat-twaqqif ta’ l-Aġenzija tal-Pagamenti miexi b’ritmu mgħaġġel. Tant hu hekk li l-akkreditazzjoni proviżorja ta’ din l-Aġenzija hu mistenni fi Frar ta’ sen’ oħra u dan skond kriterji stabbiliti mill-Unjoni Ewropeja.
Tajjeb li nżid li minn mindu tfassal il-Monitoring Report, sar progress kontinwu f’dan ir-rigward u ntbagħtet ittra mis-Segretarju Permanenti lid-Direttur Ġenerali fid-Direttorat ta’ l-Agrikoltura fil-Kummissjoni Ewropeja biex tispjega l-progress li sar kif indkat ukoll fl-Update Progress Report mibghut f’Ottubru ta’ din is-sena liema informazzjoni thalliet barra mill-monitoring report.
Fir-rigward ta’ l-iżvilupp tas-software, ix-xogħol ukoll għaddej b’ritmu mgħaġġel.
F’dan il-kuntest ma nistax nifhem kif l-Onor. Interpellant wasal għall-konklużjoni żbaljata li ser jintilfu xi fondi għax mhix qed taħdem l-Aġenzija tal-Pagamenti meta din ser tibda topera mid-data ta’ l-akkreditazzjoni u meta dawn il-fondi jistghu jintuzaw biss wara d-data tas-shubija.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2366 fejn iċ-ċifra kellha tkun Lm6 miljun, jista' il-Ministru jagħti tweġiba?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nassumi li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għas-sussidji u għajnuna oħra li ngħataw lill-bdiewa u r-raħħala minn Lulju 2002, minn meta beda jitħaddem il-Programm Speċjali għall-Biedja Maltija magħruf bħala SMPPMA.
Minn Lulju 2002 sat-30 ta' Ottubru 2003 dawn il-benefiċċji kienu jlaħħqu Lm5.89m, li minnhom Lm1.04 kienu ndirizzati għar-ristrutturazzjoni fl-oqsma tal-produzzjoni tal-majjal, tal-broilers, tal-bajd u tad-dwieli għall-inbid, kif ukoll fl-impjant tal-ħalib.
Il-kumplament ta’ l-għajnuna kienet indirizzata biex il-bdiewa u r-raħħala jtejbu l-kompettitivita tal-prodotti tagħhom permezz ta’:
(1) tnaqqis fil-prezzijiet ta’ diversi prodotti bħal bajd, majjal, tiġieġ u tadam ipproċessat;
(2) preżentazzjoni aħjar tal-prodotti tagħhom; kif ukoll
(3) pubbliċita u promozzjoni tal-prodotti magħmulin minn tadam ta’ Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ilmenti li rċeva l-ministeru jew id-dipartiment konċernat dwar il-kwota tat-tjur lokali? Meta u x'passi ħa? Kemm minnhom tressqu mill-koperattiva tat-tjur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill Onor. Interpellant li ma teżisthix kwota tat-tjur lokali. Il-kontroll li jsir fid-distribuzzjoni tal-flieles huwa relatat mal- kapacita tar-razzett. Kull ilment li jista jinqala’ għal xi raġuni ta’ xi upgrading jiġi investigat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2365, jista' il-Ministru jinformani għaliex is-segretarju permanenti approva sussidju ta' madwar 700 tunnellata ta' tadam ta' l-ipproċessar meta ma kellux form 'A'?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt fis-seduta Nru. 51 għall-mistoqsijiet parlamentari Nru. 2361 u 2362, waqt li nikkonferma li s-Segretarju Permanenti m’ approva l-ebda ħlas ta’ sussidju fuq tadam għall-ipproċessar qabel ma kien sodisfatt, permezz ta’ ċertifikazzjoni minn awturi mqabbdin apposta, li dan il-ħlas kien korrett u dovut.
Jista' il-Ministru jgħid jekk jeżistux boreholes wara l-klabb tal-boċċi ta' Ħal Qormi San Ġorġ, fejn illum l-area imsemmija ġiet żviluppata? Jekk hemm, jista' jgħid hux permissibbli li jkun hemm boreholes f'wied?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il proposta u minn liema perit saret għal bini ta' l-estensjoni ta' l-uffiċini tal-MEPA? F'liema stadju waslet l-evalwazzjoni ta' dawn il-proposti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) irceviet erba proposti ta’ estensjoni tal-ufficini tagħha mingħand il-perit David Felice għan-nom tal-Architecture Project, il-perit David Xuereb għan-nom ta’ David Xuereb and Associates, il-perit Frank Muscat għan-nom ta’ Doric Studio u l-perit Stephen Mangion għan-nom ta’ Mangion and Mangion Partners. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-proposti għadha ma gietx mibdija.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-periti li jservu fuq bordijiet tad-DCC tal-MEPA? Kemm hi r-remunerazzjoni ta’ dawn il-periti? Kull meta u fi x’ħin jiltaqgħu dawn il-bordijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Periti li qed iservu fuq il-bordijiet tad-Development Control Commission fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) huma :
Commission A Ms Catherine Galea – Chairperson
Ms Mariella Axisa
Mr Andrew Ellul
Mr Philip Mifsud
Dr Conrad Thake
Commission B Mr Carmel Ellul – Chairman
Mr William Soler
Mr Patrick Calleja
Ms Elena Borg Costanzi
Mr Paul Buhagiar
Commission C Mr Paul Borg – Chairman
Mr Saviour Borg
Mr Joe Bondin
Mr Nobert Gatt
Mr John Ebejer.
Bħala remunerazzjoni dawn il-periti jircievu :
Chairpersons Lm 5,000 p.a.
Membri Lm 3,000 p.a.
Il bordijiet jiltaqgħu :
Commission B tlett darbiet fil-gimgħa
Commission A & C darbtejn fil-gimgħa u fl-aħħar gimgħatejn tax-xahar jiltaqgħu
tlett darbiet fil-gimgħa.
B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur u dikjarazzjonijiet tal-gvern li l-bdiewa se jkunu sussidjati kemm hemm bżonn mill-Gvern Malti u/jew mill-Unjoni Ewropea u li se jkollhom swieq ta' Lm500 miljun, jista' il-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt il-gvern li flus għas-sussidji spiċċaw diġa' u li l-produzzjoni lokali tat-tjur hija limitata biss għal suq ta' 400,000 konsumatur u mhux ta' 500 miljun konsumatur?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fin-nuqqas tiegħu li jattendi il-laqgħat tal-MEUSAC jidher li ma fehmx l-oġġetiv ta' l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) li ġiet addottata biss għal Malta biex tgħin lill-produttur Malti jaġġusta għas-suq ta’ l-Unjoni Ewropeja . Is-sussidji qegħdin hemm biex jgħinu fiż-żmien ta’ aġġustament u mhux biex joħolqu żbilanċ fis-suq ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Għalhekk ma nistax mifhem għal liema sussidji qed jirreferi li ‘spiċċaw’. Fil-każ tat-tjur,is-sussidju kien fuq 7,000 tunnellata, hekk kif stabbilit ma’ l-Unjoni Ewropeja, u ġaladarba ngħata dak is-sussidju, il-Gvern ma jistax jagħti aktar sussidju li jaqbeż dak stipulat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret sabiex ikun magħruf il-livell ta' l-iġjene li qed jinżammu l-kaxxi tad-dugħ?
X'kienu r-riżultati u/jew ir-rakkomandazzjonijiet li saru minn dawn l-ispezzjonijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li meta jinstabu kaxxi maħmuġa fil-pitkalija dawn jintbagħtu lura biex jinħaslu sew fil-Pitkali Crates Centre.
Jista' il-Ministru jgħid x'investiment sar u qed jissokta fil-Pitkalija Ċentrali ta' Ta' Qali minn April 'il hawn? Kemm se jiswa flus u meta se jitlesta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 2718.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati jew ordnati minn barra siġar tal-frott matul din is-sena? Kemm jammontaw l-ispejjeż ta' dawn is-siġar importati u/jew l-ordnijiet tagħhom?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Din is-sena mhux se jiġu ordnati siġar tal-frott minn barra għaliex il-produzzjoni lokali mistennija li tkun biżżejjed sabiex taqdi l-ħtiġijiet.
L-informazzjoni għas-snin 1999 / 2002 hija kif tidher fit-tabella t' hawn taħt:
Sena
Nru ta sigar tal-frott ordnati minn barra
Valur (Lm)
1999
3,850
5,775
2000
6,700
10,300
2001
9,010
13,515
2002
7,120
10,688
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarux manutenzjonijiet mid-dipartiment tal-biedja jew mid-dipartiment ta' l-ambjent fuq imtieħen ta' l-ilma matul din is-sena?
Jista' jinformani bl-istess tagħrif għas-snin 2002, 2001, 2000 u 1999 separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li ma saret l-ebda manutenzjoni mid-Dipartiment tal-Agrikoltura (u d-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar) fuq imtieħen ta' l-ilma matul is-snin 1999 sa 2003.
B'riferenza għas-sussidju fuq il-produzzjoni tat-tjur, kif jispjega l-fatt li l-ministeru beda jħallas is-sussidju fuq il-pizz tat-tjur ħajjin u f'daqqa waħda beda jħallas u/jew se jibda jħallas fuq il-pizz tat-tjur mejta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba li s-somma taħt l-iSpecial Market Policy Programme on Maltese Agriculture (SMPPMA) għas-sussidju tat-tjur ġiet utilizzata qabel it-tnax il-xahar, ġie deċiż li għas-sena li ġejja il-ħlas jibda jsir fuq il-piż mejjet. B’ hekk wieħed jassigura li dan is-sussidju jinfirex fuq aktar produtturi.
Għawdex — Munxar - Xogħol ta' panel beating ġo garaxx bla permess
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex minkejja li fid-19 ta' Awissu, 2003 l-Enforcement Officer tal-MEPA ssiġilla garaxx fi Triq Xlendi, il-Munxar, Għawdex li għal dawn l-aħħar snin kien qed jagħmel xogħol ta' panel beater/sprayer bla permess f'area skedata (Enf. no: 00373/01) u ta' dan anke ġie mmultat, liema multa għadha ma ġietx imħallsa, dan l-istess garaxx għadu sal-lum matul il-ġurnata kollha jagħmel xogħol ta' panel beating?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn meta ġie ssiġillat il-makkinarju konness ma’ xogħol ta’ spraying / panel beating, fid-19 ta’ Awwissu 2003, saru numru ta’ spezzjonijiet. Il-garaxx in kwestjoni nstab magħluq ħlief f’ okkażjoni waħda.
Fil-garaxx instab li l-makkinarju kollu li ġie ssiġillat baqa’ ssiġillat, filwaqt li ma nstab ebda makkinarju ndustrijali ġdid ieħor.
Peress li f’ dan l-istadju m’ hemmx provi biżżejjed li s-sit qed jintuża għal użu kummercjali, l-Awtorita’ ser tibqa’ tgħasses biex jiġi osservat l-ordni li ngħatat fl-Avviż numru ECF 373/01.
Grading tal-prodotti agrikoli Maltin — Esportazzjoni
Question
B' referenza għall-mistoqsija numru 1794, jista' l-Ministru jgħid kif ma jsirx grading tal-prodotti agrikoli Maltin meta dan diġa` qed issir għall-esportazzjoni? Liema huma l-prodotti li qed jiġu graded għal barra? Fejn isir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-patata li tiġi esportata tiġi ‘graded’ fil ‘potato grading station’ f’ Ta’ Qali.
Il-‘grading’ tal-prodott lokali ser jibda jsir meta jitlestew il-‘grading stations’.