Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 25570, 25171, 24740, 24006, 20542 u 20222 u jgħid sena b’sena kemm ingħataw visas mal-wasla fl-ajruport (border visas) lill-barranin għal raġunijiet mediċi minn Marzu 2013 sal-lum? Lil liema nazzjonalità ngħataw? Jista’ jispeċifika n-numru ta’ visas skont in-nazzjonalità?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Bordijiet, Awtoritajiet u Kummissjonijiet tal-Gvern – persuni Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24119, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-NGOs li lilhom ingħataw €791,900 li ssemmew fir-risposta?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – ftehim dwar tliet latrini pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa jew se jieħu dwar il-ftehim tal-PPP li għamel il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta fuq tliet latrini pubbliċi? Jista’ jgħid il-kuntratt huwiex wieħed legalment validu u jekk mhuwiex validu, huwiex jikkonsidra li dan jiġi annullat?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif kont spjegajt fit-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18444 “l-ebda Kunsill Lokali ma daħal għal PPP rigward latrini pubbliċi. L-unika xebħ li jista’ jkun hemm huwa dak tal-Kunsill Lokali Valletta” u li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Peress li l-Kunsilli Lokali għandhom il-fakulta li jidħlu fi ftehim ma’ terzi dwar iż-żamma u l-manutenzjoni ta’ lattrini pubbliċi, id-Dipartiment għadu għaddej bl-investigazzjoni tiegħu sabiex ikunu jista’ jieħu l-aħjar deċiżjoni fiċ-ċirkostanzi kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders fis-snin 2010 u 2011 mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-valur totali tagħhom? Jista’ jagħti d-dettalji tal-ammont ta’ direct orders li ngħataw mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015, hekk kif ipprovduti mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta. Intant il-Kunsill Lokali tal-Belt informa lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali li ma għandux l-informazzjoni għas-snin 2010 u 2011. Id-Dipartiment qiegħed f’kuntatt mal-Kunsill dwar dan.
Reġjun t’Għawdex – fondi tal-Unjoni Ewropea — proġetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-proġetti li saru mir-Reġjun t’Għawdex u li ħadu fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid jekk dawn il-proġetti tlestewx fil-ħin u jekk intilfux xi flus? Jekk intilfu, għal liema raġuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kumitat Reġjonali ta’ Għawdex li r-Reġjun ma għamel l-ebda proġett li jista’ jissejjaħ li hu purament tiegħu. Pero saru żewġ proġetti li fihom ir-Reġjun Għawdex kien biss partner u li qatt ma applika għalihom hu. Dawn huma proġetti li applikaw għalihom il-Ministeru għal Għawdex u l-Ministeru tal-Enerġija. Il-fondi Ewropej taż-żewġ proġetti kienu miksuba u amministrati minnhom. Ir-Reġjun kien involut biss fid-diskussjonijiet prelimari. Peress li r-Reġjun Għawdex qatt ma kien Lead Partner ta’ xi proġett/i li saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea, għaldaqstant mhux f’pożizzjoni li jagħti aktar informazzjoni. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministeri konċernati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23538 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan tax-xogħlijiet li ser ikunu qed isiru fuq il-Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa u meta mistenni jibdew u jintemmu dawn l-istess xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 16739, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex Heritage Malta tinvesti f'defibrillator ġewwa l-Head Office kif ukoll fis-siti u mużewijiet l-iktar frekwentati mill-viżitaturi?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16736, jista' l-Ministru jgħid x’kien l-outcome tad-diskussjoni li Heritage Malta għamlet mal-istakeholders vis-à-vis ir-riġenerazzjoni tal-fortizza ta' Delimara? Jista' jgħid min kien involut f'dawn id-diskussjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirringrazzja lill-Onor Interpellant talli għamel din id-domanda.
Il-fortizza ta’ Delimara hija post ta’ valur imprezzabbli u hija verament ħasra li tinsab fl-istat li tinsab.
Il-verita’ hi li pajjizna għandu ġawhar storiċi mferrxin ma’ kull rokna tal-Gżira u sa ftit ilu kien għad kellna l-iktar Forti imponenti – Sant’Anġlu u Sant’Iermu – fi stat mitluq u abbandunat. Jaqbel miegħhi l-interpellant li fl-aħħar snin ġbidna ħabel wieħed biex iktar siti jiġu restawrati.
Intant il-Gvern jinsab miftuħ għal kull idea u suġġeriment dwar din il-Fortizza.
Jista' l-Ministru jgħid x'budget, ħa talloka Heritage Malta għar-reklamar matul din is-sena? Jista' jgħid kemm minn dawn ħa jiġu allokati speċifikament għall-media soċjali u fuq liema kriterji dawn il-fondi ħa jiġu allokati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-budget allokat għar-reklamar minn Heritage Malta għal din is-sena jammonta għal madwar €30,000, li madwar €2,500 minnhom ikunu ddedikati għal fuq media soċjali. Il-kriterji huma varji, fosthom liema udjenza l-Aġenzija tkun trid tolqot għal liema attività u/jew wirja partikolari. Kull attività tappella għal udjenza differenti (lokali/barranija eċċ) u għalhekk l-użu tal-media soċjali jvarja skont ħafna kriterji, fosthom dawn imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb sabiex Heritage Malta tagħmel open day speċifikament għas-siti magħluqa tagħha? Jekk fin-negattiv, għaliex dan mhux se jsir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb sabiex tkun organizzata open day għas-siti msemmija, prinċiparjament peress li ma għandhomx l-infrastruttura meħtieġa. Barra minn hekk ħafna minnhom iżjed għandhom valur xjentifiku/kulturali milli turistiku/popolari. Dawn is-siti jibqgħu ikunu aċċessibbli b’appuntament jew għal attivitajiet speċifiċi skont il-ħtieġa.
MUZA – Grand Salon for Costume, Fashion and Film Museum
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Grand Salon for Costume, Fashion and Film Museum se jitmexxa fuq il-kunċett u mudell kuratorjali tal-MUZA?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kunċett u mudell kuratorjali tal-MUZA ġie maħsub prinċiparjament għal dak il-proġett u huwa uniku mhux biss għal Malta i¿da wkoll fuq livell iktar wiesa. In-natura tal-esebiti li hu maħsub li jkun hemm fil-MUZA u fil-Grand Salon for Costume Fashion and Film hija naturalment differenti, għaldaqstant il-kunċett u mudell kuratorjali tal-MUZA mhux neċessarjament applikabbli fl-interità tiegħu għall-Grand Salon.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm persuni impjegati preżentament fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jista’ jindika wkoll il-grad tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali hemm preżentament 55 persuni impjegati maqsuma f’dawn il-gradi
Avukat Ġenerali 1
Assistant Avukat Ġenerali 2
Senior Lawyers 4
Avukati 21
Prokuratur Legali 4
Konsulenti 3
Kap Amminstrazzjoni 1
Assistant Prinċipali 2
Uffiċċjal fi Skala 11 1
Uffiċċjali Ezekuttivi 3
Skrivana 10
Messaġiera 1
General Hands 2
Total 55
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux diskussjonijiet bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali dwar il-mod kif il-kunsilli lokali għandhom ikunu nvoluti fin-nefqa tal-fondi li se jinġabru permezz tal-50 ċenteżmu eko-kontribuzzjoni minn turisti li jżuru Malta, kif ukoll dwar il-mod kif se jintgħażlu x-xogħlijiet li fuqhom se jintefqu l-flus? X’deċiżjonijiet se jittieħdu dwar dan?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għal mistoqsijiet parlamentari numri 24625, 25277, 25615 u 25761.
Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem – Protokoll 12 — ratifikazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-data meta Malta rratifikat il-Protokoll 12 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (dwar protezzjoni minn diskriminazzjoni) u meta se jiġi emendat il-European Convention Act biex jipprovdi għalih?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx uffiċjalment infurmat bis-serqa li seħħet fil-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kif irrapurtata mill-Kunsill f’Diċembru 2015? Jista’ jgħid fiex waslet din l-investigazzjoni mill-pulizija u x’miżuri ħa u qed jieħu l-Kunsill Lokali sabiex ma jkunx hemm sitwazzjoni simili fil-futur? Jista’ jgħid jekk kienx hemm okkażjonijiet oħra fejn naqsu flus mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u jekk iva kienx hemm xi konklużjoni mill-Pulizija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-Kunsill informa lid-Direttur tal-Gvern Lokali bis-serqa msemmija. Il-Kunsill installa sistema ta’ CCTV fl-uffiċċini kollha. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.
Intant kien hemm ukoll persuna impjegata mal-Kunsill li kienet ukoll suspettata dwar serq wara li din il-persuna kienet irrappurtata minn kuntrattur. Il-Pulizija ser tressaq lil din il-persuna l-Qroti. Il- Kunsill informa mill-ewwel lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali bil-każ peress li ttermina l-impjieg tal-persuna. L-investigazzjoni tal-Pulizija, għadha għaddejja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena mill-2011 sal-2015? Jista’ jgħid għaliex immatura dan id-dejn u x’qiegħed jagħmel sabiex jindirizza din il-problema?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjon ghadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Għar Dalam – Heritage Malta — Problemi strutturali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Heritage Malta f'dawn l-aħħar tliet snin sabiex il-problemi strutturali ġewwa Għar Dalam jiġu indirizzati? Jista' jgħid x'miżuri ħa jittieħdu iktar fis-sentejn li jmiss u x'budget hemm allokat għal dan il-għan?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar snin tħejja studju tekniku preliminari li kkonkluda li l-għar m’għandux problemi strutturali iżda jista’ jkun hemm problema bl-ispoil heap tal-iskavi tal-bidu tas-seklu għoxrin li qed tagħmel pressjoni fuq l-art tal-għar. Il-moniteraġġ għadu għaddej. Għadu kmieni sabiex wieħed jistabbilixxi x’budget ikun meħtieġ. Sadanittant qed jitħejja masterplan għall-inħawi b’konsultazzjoni mal-entitajiet kollha kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex Heritage Malta tibda tiftaħ temporanjament jew b'rotazzjoni, is-siti li huma magħluqa u li normalment jinfetħu għall-pubbliku b'appuntament u b'miżata addizzjonali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda ħsieb sabiex is-siti msemmija jinfetħu temporanjament jew b'rotazzjoni, prinċiparjament peress li ma għandhomx l-infrastruttura meħtieġa. Barra minn hekk ħafna minnhom iżjed għandhom valur xjentifiku/kulturali milli turistiku/popolari. Dawn is-siti jibqgħu ikunu aċċessibbli b’appuntament jew għal attivitajiet speċifiċi skont il-ħtieġa.