Legislature:
Category:
Reset
Active:

Power stations — Produzzjoni ta' enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-potenzjal tal-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika fiż-żewġ power stations eżistenti? X'inhu l-ħsieb tal-gvern u xi projections għandu dwar kemm dan il-potenzjal huwa biżżejjed għall-pajjiżna?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Settur domestiku — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fis-settur domestiku, industrijali u kummerċjali rispettivament? X'kienu r-riżultati ta' dan l-istudju ġdid li sar? Meta sar? Minn min sar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda studju speċifiku dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika. Pero' t-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant kif miġbura mill-"billing" tal-Korporazzjoni.

Qasam domestiku — Enerġija elettrika

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx xi forma ta' studju dwar kif inhu mqassam l-użu ta' l-enerġija elettrika fil-qasam domestiku skond id-diversi bżonnijiet li jkun hemm, eżempju tisħin ta' ilma, fran domestiċi, dwarl, arja kondizzjonata, tisħin tad-djar fix-xitwa, eċċ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Malta Enterprise — Korsijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema courses saru u/jew qed isiru jew se jsiru mill-Malta Enterprise flimkien mal-ETC, MCAST u l-Universita?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena infurmat li l-Malta Enterprise qegħda torganizza/organizzat dawn il-'courses': 1. Ma' l-ETC Kors ta' 15 il-ġimgħa (75 siegħa) għall-'Chemical Operators' fis-setturi tal-farmaċewtika u Indistriji relatati. Il-kors sar fis-sjaf 2004. 2. Ma' l-MCAST Kors ta' apprendistat ta' tlett snin li jwassal għall-B.Tech Applied Science. L-ewwel sena hija full time u sentejn oħra part time, meta l-partiċipanti jkunu qed jaħdmu. Il-kors beda f'Ottubru 2004. 3. Ma' l-Universita' L-ME qegħda f'negozzjati avvanzati mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u ma l-Universita' biex isir kors ta' natura 'Post Graduate' fix-Xjenza Applikata li jwassal għall-kwalifika ta' 'Qualified Person' għas-settur farmaċewtiku u setturi oħrajn relatati.

Lanċa li topera għal Kemuna — Sussidju

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10662, peress li matul l-aħħar snin kien qed jiġi ffirmat ftehim bejn il-Gozo Channel Co. Ltd u operatur, jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk il-Gozo Channel Co. Ltd hijiex se tagħmel dan il-ftehim għal din is-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li l-Kumpanija Gozo Channel ser tibqa' tħallas għal servizz ta' lanċa bejn l-Imġarr u Kemmuna, biex jivvjaġġaw Qassis u Pulizija sa' l-aħħar ta' Marzu 2005. Il-kumpanija m'hiex beħsiebha ġġedded iżjed dan l-arranġament.

MIA — Ground crew

Question

Jista' il-Ministru jitlob lill-Air Malta tinvestiga għaliex waqt li jkunu qed jinbidlu x-shifts tal-ground crew, ajruplani jitħallew bil-makni mqabbda jistennew biex ikun hemm xi ħadd jiddiriġihom biex jitilqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interlpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Sussidju fuq Telephone

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11023 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għas-sussidju fuq is-servizz tat-telefon tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha tiġi pproċessata minn Settembru li għadda?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija numru 1130.

Enemalta — Kontijiet tad-Dawl

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 9904 u 10352 u cioe', wara li kienet għalqet it-twissija ta’ l-Enemalta fit-30 ta’ Novembru 2004 dwar ħlasijiet pendenti ta’ kontijiet, jista' jgħid kemm–il dar, każin u għaqda ma baqgħux jingħataw is-servizz tad-dawl? F’liema lokalitajiet kienu? Kemm kien hemm persuni li għamlu arranġamenti ma’ l-Enemalta biex il-kont jitħallas bin-nifs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tlett mija u tnejn u tmenin każi ta' qtugħ tad-dawl li sar wara t-30 ta' Novembru 2004 f'diversi lokalitajiet. Wieħed u tletin reġgħu ingħataw id-dawl wara li kien sar l-qtugħ tad-dawl. Wara t-30 ta' Novembru 2004 saru tmienja u sebgħin kuntratt.

Ċilindri tal-Gass

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ordnati ċilindri tal-gass ġodda? Kemm se jqumu? Minn fejn ġew ordnati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li: - L-Enemalta għamlet ordni ta' 30,000 ċilindu ta' tnax il-kilo compluti bil-valve u elfejn ċilindru tal-ħamsa u għoxrin kilo. - Dawn ser iqumu total ta' EUROS 620 100. Iċ-ċilindri tat-tnas il-kilo ser jiġu jiswew EUROS 559 500 u dawk tal-ħamsa u għoxrin kilo EUROS 60 600. - Dawn inxtraw mill-kumpanija SMPC tat-tajlanjda.

MOBC

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li tneħħa s-CEO ta' l-MOBC? Dan għadu konsulent ewlieni ta' l-Enemalta dwar il-fuels? Jekk le, għaliex?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pożizzjoni ta' Chief Executive Officer fil-Mediterranean Offshore Bunkering Company Ltd ġiet imneħħija. Dan seħħ għaliex l-imsemmija kumpanija m'għadhiex tinnegozja fiż-żjut, u qiegħdha biss tikri t-tankijiet tagħha għall-ħażna. Għaldaqstant ix-xogħol li jwettaq iċ-Chief Executive Officer m'għadx hemm il-ħtieġa tiegħu. Is-Sur Sammut m'għadhux konsulent dwar iż-żjut l-Enemalta għaliex intemm il-perjodu ta' żmien li kien marbut bih.

Ambaxxaturi — Użu ta' VIP Lounge

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10921 u cioe' jista' jgħid jekk meta persuna tispiċċa minn ambaxxatur iżżommx id-dritt li tuża l-VIP Lounge ta' l-ajruport u li tiġi upgraded fuq il-vjaġġi ta' l-Air Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nixtieq ngħid lill-Onorevoli Membru li l-ewwel parti tal-mistoqsija għandu jirreferiha lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Jiena nfurmat li l-Air Malta ma tagħtix 'upgrade' fuq l-vjaġġi tagħha lill-ex Ambaxxaturi.

Malta Enterprise — Price Waterhouse Cooper

Question

Peress li l-Malta Enterprise ħatret chief officer corporate services, li allura hu responsabbli mill-finanzi u amministrazzjoni, jista' il-Ministru jgħid għaliex wara din il-ħatra r-responsabbilta' tal-pagi ta' ċerti gradi għaddiet f'idejn Price Waterhouse Cooper?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li matul din is-sena l-Malta Enterprise naqqset il-ħaddiema tagħha prattikament bin-nofs mill-200 li qabel kellhom l-MDC, l-IPSE U L-METCO għal 100 tal-lum. Barra minnhekk il-Malta Enterprise minn dejjem riedet tiffoka r-riżorsi tagħha fuq il-klijenti u mhux fuq il-proċessi interni. Barra minnhekk, matul din is-sena il-Malta Enterprise kienet għaddejja mill-isfidi li tgħaddi minnhom kull organiżżazzjoni ġdida u għaldaqstant ġie deċiż mill-Bord tad-Diretturi li l-awdituri tal-kumpanija (PWC) jieħdu ħsieb l-iproċessar kollu tas-salarji kollha tal-ħaddiema tal-Malta Enterprise. Dan qed isir għal ħlas li jlaħħaq għal-anqas minn kwart tal-paga ta' ħaddiem fl-amministrazzjoni tal-Malta Enterprise.