Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm żieda fl-overtime matul is-sena 2000 u bejn l-quarter din is-sena u s-sena l-oħra, fl-Imtarfa home ta' l-anzjani? B'kemm żdied? Kemm żdied għan-nurses? X'inhija r-raġuni għaż-żieda fl-overtime meta żdiedu l-care workers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li bejn is-sena 1999 u s-sena 2000 kien hemm żieda ta' Lm5,663 fl-overtime.
Bejn l-ewwel tlett (3) xhur tas-sena 2000 u l-ewwel tlett (3) xhur ta' din is-sena kien hemm tnaqqis ta' Lm1089.
Fl-istess perjodu ta' dawn it-tlett (3) xhur, l-overtime maħdum min-nurses kien hekk:
Sena 2000 Sena 2001
Lm 932 Lm 794
Dan juri tnaqqis ta' Lm138.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex in-nurses impjegati fl-Imtarfa home ta' l-anzjani ma jeħdux il-break tagħhom fl-istaff room li hemm għalihom apposta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanti li n-nurses jistgħu jagħżlu li jieħdu l-break tagħhom fid-dining room jew fl-istaff room.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi biex issir il-manutenzjoni meħtieġa għax fi block D tal-qasam tad-djar f'Ta' Giorni hemm ġebel li qed jaqa' mill-gallerija tal-blokk u hemm bżonn urġenti tat-tiswija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' — Każi ta' Diskriminazzjoni
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm jenħtieġ żmien biex il-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita' tinvestiga u tinnegozja mad-dipartiment ta' l-edukazzjoni qabel ma l-istess kummissjoni tieħu l-passi neċessarji skond il-liġi opportunitajiet indaqs, fir-rigward ta' każi ta' diskriminazzjoni?
Fil-każ li ma jeżistix żmien stipulat, kemm se tagħti żmien l-istess kummissjoni qabel ma tibda tieħu l-passi neċessarji biex ma tkompliex issir diskriminazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Liġi Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilita') għaddiet mill-Parlament f'Jannar 2000 u daħlet fis-seħħ f'Ottubru 2000. Minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi l-Kummissjoni bdiet tibni l-istrutturi nterni u l-proċeduri meħtieġa. Il-Kummissjoni bdiet tħejji gwida, li għadha mhix finali, dwar il-proċedura li ser timxi biha. Hu mistenni li din il-gwida tkun ippubblikata sa Ottubru 2001.
Il-Liġi Opportunitajiet Indaqs, tobbliga lill-Kummissjoni li tieħu diversi miżuri, kemm meta jsir xi ilment minn persuna b'diżabilita', kif ukoll meta tkun bdiet investigazzjonijiet hi nnifisha. Dawn il-miżuri huma elenkati fir-regolamenti A.L.13 ta' 2001. Dawn jinkludu:
a) li tinforma l-persuna kontra min qed isir l-ilment li qed isir investigazzjoni;
b) tiġbor l-informazzjoni kollha meħtieġa;
c) tagħmel dak kollu meħtieġ biex tirrisolvi l-kwistjoni bonarjament;
d) tirreferi l-kwistjoni għall-arbitraġġ;
e) tressaq il-każ quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Ċivili.
Il-Kummissjoni tibda dan il-proċess immedjatament li tirċievi ilment jew meta jidhirlha li hemm każ x'jiġi investigat.
Ma hemm l-ebda żmien stipulat kemm idum kull stadju ta' din il-proċedura għax dan jiddependi mill-każ li jkun qed jiġi nvestigat. Il-Kummissjoni temmen li hi tkun qed "tieħu l-passi neċessarji skond il-Liġi Opportunitajiet Indaqs" malli tibda tinvestiga l-każ. Il-Kummissjoni hi kommessa li tkompli taħdem sakemm il-każ ikun riżolt fl-aħjar interessi tal-persuni konċernati u fl-iqsar żmien possibbli. Pero' l-fattur taż-żmien hu biss wieħed mill-fatturi li għandu jingħata importanza f'dan il-proċess.
Barra minn hekk il-Kummissjoni hi konxja li dan il-proċess jinvolvi wkoll bidla fil-mentalita'. Il-Kummissjoni, fejn tara li hemm rieda tajba, hi disposta li tgħati żmien raġonevoli biex tinstab soluzzjoni bonarja. Dan għaliex ftehim x'aktarx ikollu effett aktar pożittiv u dejjiemi milli deċiżjoni imposta fuq il-partijiet. Naturalment x'inhu żmien raġonevoli jiddependi mill-każ li jkun qed jiġi eżaminat. Il-Liġi għandha tiġi utiliżżata b'mod intelliġenti u flessibbli.
Hu mportanti wkoll li jingħad li passi legali taħt din il-Liġi jistgħu jittieħdu anke mill-individwu li jħoss li qed issir diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu.
Peress li numru ta' persuni b'disabilita' u persuni li jużaw iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat jilmentaw mill-inkonvenjent u l-problema tal-parking, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga kif jista' jtaffi ftit is-sitwazzjoni ta' dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward il-problema tal-parking għaċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat għall-persuni b'diżabilita', fil-fatt hemm Reserved Parking għall-persuni b'diżabilita' li għandhom il-Blue Sticker. Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ġiet infurmata li hemm il-ħsieb li tintalab biex isir parking space ieħor għall-persuni b'diżabilita'. Il-Kummissjoni ukoll ser tikteb kemm il-Kunsill Lokali tal-lokal kif ukoll lill-Pulizija tal-lokal biex jassiguraw li dan l-ispazju jiġi utiliżżat b'mod tajjeb.
Il-Kummissjoni minn żmien għal żmien tagħmel appelli biex dawn il-postijiet jintużaw kif suppost. Il-Kummissjoni kitbet lill-Kummissarju tal-Pulizija u lid- Dipartiment tal-Kunsilli Lokali biex il-pulizija u l-gwardjani lokali jaraw li dawn l-ispazji ma jiġux abbużati. Il-Kummissjoni ukoll ser tagħmel kampanja mal-Kunsilli Lokali kollha biex dawn l-ispazji jiżdiedu f'kull lokalita' skond il-ħtieġa.
Hu importanti li l-pubbliku jikkopera billi:
a) l-użu tal-Blue Sticker isir minn min verament għandu problemi ta' mobilita'; u
b) persuni li ma għandhomx l-Blue Sticker ma jużawx dawn l-ispazji riservati għall-persuni b'diżabilita'.
Peress li numru ta' persuni b'disabilita' fir-Rabat jilmentaw mill-inkonvenjent u l-problema tal-parking, jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga kif jista' jtaffi ftit is-sitwazzjoni bil-għan li dawn il-persuni jkollhom aktar aċċessibbilta'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26342 f'din l-istess Seduta.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta se tingħata s-servizz ta' homehelp ta' erba' sigħat fil-ġimgħa li kienet tingħata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija kellha s-servizz tal-Home-Help sa minn Frar 1992 u baqa' jingħata sat 28 ta' Marzu 2001.
Ta' min jgħid li f'dawn id-disa' (9) snin, hija kellha 13 il-Assistenta Soċjali Każwali. Il-maġġoranza tagħhom telquha għax hi kienet teżiġi wisq xogħol minnhom u dawn ma felħux jibqgħu magħha.
Il-persuna msemmija tgħix f'dar fejn jgħixu erba' minn-nies.
S'issa d-Dipartiment għadu jfittex biex il-persuna msemmija tkun moqdija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni fuq ir-relief jew xi benefiċji imnaqqas għax kellhom aktar min karozza waħda is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżamm l-ebda statistika mid-Dipartiment dwar in-numru ta' persuni fuq ir-relief jew xi benefiċċju mnaqqas għax kellhom aktar minn karozza waħda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid separatament kemm-il pubblikazjoni ġiet maħruġa mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 1999, 2000 u 2001?
Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet ir-raġuni tal-pubblikazzjoni, liema kienet u kemm-il kopja ġiet stampata?
Jista' jgħid f'kull każ min stampa u għamel l-artwork u colour sepations?
Jista' jgħid separatament f'kull każ kemm sar ħlas għall-istampar, artwork, colour separations, posta, distribuzzjoni etc?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabelli li juru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu CSAs ġodda fir-Residenza St. Vincent De Paule dan l-aħħar? Min huma? Mil-liema dipartiment qegħdin jitħallsu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanti għar-risposta għad-Domanda Parlamentari Numru 24833, għandi ninfurmaha li minn dak iż-żmien 'l hawn bdew jaħdmu 3 CSAs ġodda biex jissostitwixxu ħaddiema li rtiraw mix-xogħol minħabba l-eta'. Dawn jitħallsu mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Anzjani.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirreferi għal mistoqsija parlamentari nru. 25786 u nistaqsih għal tagħrif dwar il-kategorijiet kollha ta' ħaddiema li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenza de Paule?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti li tkun aktar ċara u speċifika fil-Mistoqsija tagħha biex inkun f'pożizzjoni li nagħtiha l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li casual assistant ġiet trasferita mis-serenity ward I fir-Residenza San Vinċenza De Paule, għad-dining room ta' l-Impjegati fl-istess residenza? Jaf bil-ġlieda, saħansitra bl-idejn, li nqalgħet bejn l-impjegati amministattivi f'SVPR minħabba dan it-transferiment? X'passi dixxiplinarji ittieħdu kontra min ta' t-trasferiment minn wara dahar l-uffiċjali inkarigati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-raġuni tat-trasferiment tal-Casual Assistant mis-Serenity Ward 1 għad-Dining Room tal-impjegati fir-Residenza San Vinċenz de Paule kienet minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
In-nuqqas ta' komunikazzjoni bejn l-uffiċċjali nvoluti taha lok għal ċertu malintiż bejniethom, li issa ġie ċċarat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Gvern li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule iżda li jitħallsu minn dipartimenti oħra tal-Gvern, bħal per eżempju St Luke's, kategorija, kategorija u dipartiment dipartiment? X'inhija r-raġuni jew raġunijiet għal dan?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' mpjegati li jaħdmu fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule u jitħallsu minn Dipartimenti oħra tal-Gvern jew xi aġenzija oħra hu ta' 9, li minnhom 7 jitħallsu mid-Diviżjoni tas-Saħħa, 1 mit-Tarzna u 1 mid-Dwana.
Ir-raġuni ta' dan ivarja minn xogħol ta' rotazzjoni jew secondment.
Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jixtieq li kieku jkun jista' jiġi kkunsidrat mill-ETC għal xi xogħol ħafif minkejja li sal-lum minħabba l-istatus tiegħu mad-dipartiment mhuwiex reġistrat ma' l-ETC
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata tista' tagħmel użu mis-servizzi li joffru l-Job Centres li f'Malta qegħdin il-Mosta, l-Belt Valletta u Bormla. Barra minn hekk hi tista' tavviċina lis-sezzjoni tas-Supported Employment tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li qiegħda Ħal Far, fejn tingħata attenzjoni dwar id-diffikultajiet tagħha.
Peress li din il-persuna ma tirreġistrax bħala persuna b'diżabilita' li qed tfittex ix-xogħol, ma tistax tibbenefika mill-iskemi apposta li toffri l-Korporazzjoni qabel ma tkun hekk reġistrata.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li ċ-chairperson tal-housing authority se tiġi appuntata chief executive officer ta' l-istess awtorita' fuq bażi full-time?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jiġi aċċertat jekk għandhiex tirċievi aktar f'arretrati dovuti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni li hi qed tirċievi.
B'riferenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari nru. 26227, jista' l-Viċi Prim Mnistru jgħid jekk sarux xi spezzjonijiet biex jiġi żgurat li l-post li qed jintuża bħala mustering room tal-Mellieħa jiġi ventilat kif irrikmandat? X'irriżulta mill-ispezzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Min hu responsabbli mill-post indikat jingħata l-opportunita' u ż-żmien li jirretifika s-sitwazzjoni.
Għandha ssir spezzjoni oħra meta jkun il-waqt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jirreġistraw għax xogħol xahar b'xahar is-sena l-oħra fuq il-part 1 u fuq il-part 2
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.