Jista' il-Ministru jgħid jekk vetturi kbar bħal char-a-bancs u trakkijiet oħra tax-xogħol jistgħux jipparkjaw?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ipparkjar ta` vetturi bil-mutur huwa permess kif maħsub fir-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur u r-Regolamenti dwar Tractors bil-Mutur. Għall-aktar tagħrif dettaljat ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` mobile phones li hawn fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern u fis-Segretarjat Parlamentari jammonta għal ħdax (11). Dawn il-mobile phones jintużaw mill-Ministru, mis-Segretarju Parlamentari, mill-Heads of Secretariat, Segretarji Privati, Communications Co-ordinators u Policy Co-ordinators. L-ispiża ta` kontijiet fuq dawn il-mobile phones matul l-2003 kienet tammonta għal Lm2,697.61.
Għal dak li jirrigwardja d-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4076, u nżid ngħid illi n-numru ta` mobile phones li dwarhom ingħatat l-informazzjoni fit-Tweġiba msemmija hu ta` 100.
Tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzja — Ħlas ta' sentenza
Question
Jista' il-Ministru jispjega għal liema raġuni għadu ma sarx ħlas abbażi ta' sentenza tat-tribunal għall-investigazzjoni ta' inġustizzja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għalkemm din ilha deċiża minn Settembru 2003?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja uffiċjali tat-test tal-European arrest warrant? Jidhirlu li għandu jaġġunġi ċerti riservi fuq l-istess?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-Council Framework Decision tat-13 ta` Ġunju 2002 (2002/584/JHA).
Ir-riservi huma dawk previsti fid-Deċiżjoni innifisha.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali tal-pulizija sabiex jiġu mħarsa ċ-ċentri ta' l-immigrazzjoni f'Ta' Kandja u Ħal Far, kif ukoll tal-General Head Quarters, fid-depot tal-pulizija fil-Floriana għas-snin 2002 u 2003? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża ta' l-ikel, phonecards u ħwejjeġ li ngħataw lid-detenuti f'dawn is-snin?
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hawn każi ta' rape jew indecent assault is-sena l-oħra? Fejn saru l-każi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena l-oħra l-Pulizija kellha 51 rapport ta` reati ta` natura sesswali fuq individwi. Il-lokalitajiet li ġie indikat li seħħew fihom huma B`Kara, B`Bugia, Bormla, Fgura, Floriana, Għajnsielem, Ħamrun, Lija, Marsa, M`Scala, M`Xlokk, Mellieħa, Mġarr, Mosta, Msida, Pembroke, Qormi, Rabat, San Ġiljan, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, Santa Venera, Sliema, Valletta u Żejtun.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mietu persuni traġikament is-sena l-oħra? X'eta kellhom u x'kienet il-kawża tal-mewta tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 l-imwiet traġiċi irrapurtati lill-Pulizija kienu kif ġej:
Inċidenti tat-Traffiku 17
Suwiċidju 18
Inċidenti fatali oħrajn 28
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-pulizija identifikatx fejn inqatlu l-palettuni li skond il-bird life inqatlu ġewwa r-riserva ta' l-għadira? Jekk inqatlu barra r-riserva, jista' jgħid jekk il-pulizija hijiex tieħu passi kontra minn illibella l-kaċċaturi kollha ta' Malta u jekk sarx frame up?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għad m`humiex konklużi. Jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi tagħrif dwar dan il-każ, inħeġġu sabiex jgħaddih lill-Pulizija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Kummissarju tal-Pulizija irċeviex ittra li jien poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra waqt id-dibattitu ta' l-appropjazzjoni is-sena li għaddiet? Jekk iva għaliex ma irċivejtx acknowledgment u x'passi ħa il-Kummissarju fuq il-kontenut ta' l-ittra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija investigaw il-kontenut ta` l-ittra ta` l-Onorevoli Interpellant fejn irriżultalhom li dak li allegatament sar skond dik l-ittra, sar fl-ambitu li huwa regolat taħt l-Att tax-Xandir (Kap. 350) u jaqa` taħt il-ġurisdizzjoni ta` l-Awtorita` tax-Xandir. Għaldaqstant il-Kummissarju tal-Pulizija ser jirreferi l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-Awtorita` tax-Xandir. Infurmat ukoll illi b`referenza għal dak li ntqal fl-istess ittra dwar xi kummenti li għamel is-Supretendent Calleja matul il-programm, għandu jiġi preċiżat illi l-istess Supretendent kien qed jirreferi għal atti ta` vilipendju magħmula taħt il-Kodiċi Kriminali (Cap 9) u barra mill-ambitu irregolat mill-Att dwar ix-Xandir.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 3646, jista' il-Ministru issa jwieġeb il-mistoqsija bid dettalji li qegħdin jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garage imsemmi mill-Onorevoli Interpellant għadu mikri kif ilu mikri sa mill-1992 u dan lil istess persuna. Is-sejħa għal offerti għal kiri kienet ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-10 ta` Jannar 1992.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura mill-uffiċċju tal-passaporti xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta` flus miġbura mill-Uffiċċju tal-Passaporti xahar b`xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Servizz ta' mobile phones
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imħallsa xahar b'xahar, matul is-sena 2003 għas-servizz ta' mobile phones fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekastru tiegħu? Min huma dawk il-persuni li għandhom l-użu ta' mobile phone uffiċjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 3966 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' x'passi ħa l-gvern s'issa biex l-aġenzija tal-kontroll tal-fruntieri u li se tibda taħdem sena oħra tiġi stabbilita f'Malta peress li pajjiżi oħra, fosthom il-Polonja, diġa' bdew il-pressjoni tagħhom mal-Presidenza Irlandiża biex jieħdu huma din l-aġenzija?
Response (BORG, TONIO)
Wara konsultazzjoni mal-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin, Malta ser tesprimi l-interess tagħha li aġenzija tal-kontroll tal-fruntieri tiġi stabbilita f`Malta. Peress li hemm diversi pajjiżi oħra li esprimew l-istess xewqa, din il-materja finalment tiġi deċiża mill-ogħla organu ta` l-Unjoni.
B'riferenza għall-problema ta' l-anzjani riferuti f'mistoqsijiet parlamentari 2766 u 3394 u l-fatt li nhar is-6 ta' Jannar 2004 sar ir-rapport lill-pulizija dwar l-inkonvenjent in kwestjoni, jista' il-Ministru jinformani bil-passi li ttieħdu u qed jittieħdu mill-pulizija kontra l-ksur ta' liġi?
Jista' jara li ssir spezzjoni fuq il-fond in kwestjoni bil-għan li jsiru rakkomandazzjonijiet meħtieġa ħalli dan l-inkonvenjent ma jerġax jirrepeti ruħu?
Jista' jara wkoll li għall-futur kemm-il darba l-permessi li jinħarġu mill-pulizija ma jiġux rispettati skond il-liġi, jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex il-mużika tieqaf fil-11.00 p.m. u mhux tkompli sejra sa wara s-1.00 a.m.?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-ġurnata msemmija mill-Onorevoli Interpellant, għal ħabta tal-11.30pm, il-Pulizija tal-Belt irċevew ilment fuq it-telephone, minn persuna li ma identifikatx ruħha, dwar daqq ta` mużika b`volum għoli fil-post imsemmi. Il-Pulizija marret fuq il-post fejn kien konfermat li kien hemm party u kienet qed tindaqq mużika. Fuq ordni tal-Pulizija l-attivita` waqfet. Dwar l-attrezzament f`dan iċ-ċentru, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Barijiet u postijiet oħra ta' divertiment — Tfal taħt is-sittax-il sena
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm instabu tfal taħt l-eta' ta' sittax-il sena meta membri tal-pulizija pajżana għamlu tfittxijiet f'diversi barijiet u postijiet oħra ta' divertiment f'Paceville fi tmiem il-ġimgħa tas-17/18 ta' dan ix-xahar? F'kemm-il post marru? Jista' jgħid jekk il-pulizija ħadux passi kontra s-sidien ta' dawn il-postijiet? Kien hemm sidien li kienu riċedivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi nhar is-Sibt 17 ta` Jannar 2004, waqt li membri tal-Pulizija ta` l-Iskwadra ta` kontra d-Droga, kienu qed jagħmlu xogħol relatat mad-droga ġewwa Paceville, osservaw xi żgħażagħ li kienu jidhru li kienu taħt is-sittax-il sena ġewwa post ta` divertiment. Għalhekk huma proċedew bi spezzjoni ġewwa dan il-post, fejn irriżulta li kien hemm 4 żgħażagħ taħt is-sittax-il sena. B`riżultat ta` dan ser jittieħdu proċeduri quddiem il-Qorti kontra s-sid ta` dan l-istabbiliment. Infurmat ukoll illi sid dan il-ħanut kien diġa` nstab ħati ta` dan ir-reat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura għal riċerki uffiċjali ta' trasferimenti u passivita' xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003? Kemm kien il-ħlas li l-gvern ħallas lill-kuntrattur għas-servizzi ta' riċerki li dan ipprovda lill-gvern?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta` flus għal riċerki uffiċċjali ta` trasferimenti u passivita` u l-ħlas li sar lill-kuntrattur għas-servizzi ta` riċerki provduti għas-snin 2001, 2002 u 2003 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus miġbura mid-dipartiment tal-land registry xahar b'xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta` flus miġbura mid-Dipartiment tar-Reġistru ta` l-Artijiet xahar b`xahar, matul is-snin 2001, 2002 u 2003 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-applikazzjoni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, jista' il-Ministru jgħid kif l-użu ta' l-art in kwestjoni m'hijiex kompatibbli ma' l-iskema in kwestjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern irrifjutat l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għaliex minn spezzjoni li saret f`Ġunju 1999 fuq l-istess biċċa art irriżulta li din ma kinitx qed tinħadem. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-Iskema tal-Qbiela kienet tirrikjedi li l-art riedet tkun qed tinħadem ta` mill-anqas minn Awissu 1998. Barra minn hekk minn spezzjoni oħra li saret f`Settembru 2003 irriżulta li l-art ukoll ma kinitx qed tinħadem.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 fl-Imġarr, Malta?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` l-Imġarr (Malta) matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 14
Pick-pocketing 1
Theft from bars/hotels 11
Theft from beaches 46
Theft from residence 6
Theft from retail outlets 1
Theft from seacraft 2
Theft from vehicle 6
Theft of seacraft 1
Theft of vehicle 4
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm13,814. S`issa għadu ma tressaq ħadd il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serq minn stabilimenti kummerċjali, djar privati, irziezet, karozzi, hold-ups eċċ., rappurtati lill-pulizija matul is-sena 2003 f'Ħad Dingli?
Kemm kien il-valur globali ta' l-oġġetti rappurtati misruqa?
Kemm tressqu persuni l-qorti in konnessjoni ma' dan is-serq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-rekords disponibbli, il-każi ta` serq irrappurtati lill-Pulizija fil-limiti ta` Ħad Dingli matul is-sena 2003 kienu kif ġej:-
General theft 17
Pick-pocketing 1
Theft from residence 3
Theft from vehicle 5
Theft of vehicle 4
Il-valur globali dikjarat ta` dawn il-każi kien ta` Lm3,691. S`issa tressqu 5 persuni il-Qorti in konnessjoni ma` dawn ir-rapporti.