Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5844 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħ'Attard — embankment tal-ferrovija storika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġi restawrat embankment storiku tal-ferrovija li hemm wara l-lukanda Corinthia Palace f'Ħ'Attard peress li jinstab fi stat ta' detorjorazzjoni kbira?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minkejja li m’hemmx xogħol ta’ restawr ippjanat fuq l-imsemmi sit għas-sena 2014, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kultura u Kunsilli Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Aġenziji responsabbli mir-Restawr u mal-Kunsilli Lokali għandu l- ħsieb li jfassal pjan ħolistiku ta’ prijoritajiet ta’ interventi ta’ restawr għas-snin li ġejjin.
Leg 12 PQ #5867 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti — regolamenti tal-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-ristoranti u ħwienet tal-ikel bħal take aways, inkluż ukoll stabbilimenti tal-ikel bħal dawk fil-lukandi, li qegħdin jaderixxu mar-regolamenti tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) fil-ġabra tal-iskart bl-użu tas-servizzi tal-kolletturi privati ġewwa l-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mellieħa u Wied il-Għajn u min huma l-kolletturi privati li qegħdin jiġbru l-iskart organiku u l-iskart riċiklat tal-imsemmija minn dawn il-lokalitajiet? Tista’ tingħata informazzjoni għal kull lokalità separatament matul l-aħħar tliet snin 2010, 2011 u 2012?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istabbilimenti kollha li jipprovdu ikel huma obbligati li jiżguraw li l-iskart (swill) jinġabar biss minn persuni li jkollhom liċenzja għal dak l-iskop mill-awtoritá kompetenti. Billi dan huwa l-obbligu tal-operatur, l-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu (MTA) m’għandhiex l-ismijiet tal-kolletturi privati. Iżda ma’ kull applikazzjoni l-Awtoritá tesiġi li kull stabbiliment li jipprovdi l-ikel għandu jkollu post adatat fejn iżomm l-iskart (swill) u li għandu arranġamenti biex dan jinġabar. Billi fil-liġi m’huwiex rikjest li l-operatur jipprovdi dan id-dokument biex tiġi mġedda il-liċenzja dan ma jiġix mitlub. Madanakollu, dan jibqa’ obbligu tal-operatur li jġedded tali arranġamenti. Dawn l-operaturi huma irregolati wkoll mill-Att dwar Żibel u Skart.
Leg 12 PQ #5868 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qiegħda tiċċekkja l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) li dawn l-entitajiet kummerċjali bħal ristoranti, stabbilimenti tal-ikel u ħwienet fiż-żoni turistiċi qegħdin jagħmlu użu minn kolletturi privati tal-ġabra ta’ skart differenti?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5867.
Leg 12 PQ #5869 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti — regolamenti tal-MTA

Question

Peress li l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) sabet lil xi entitajiet kummerċjali bħal ristoranti li mhux jaderixxu mal-permessi maħruġa li ma jagħmlux użu minn kolletturi privati, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm min inqabad li qed jinjora dawn ir-regolamenti marbuta mal-ħruġ tal-permessi? X’passi ħadet l-Awtorità fil-konfront tagħhom? Qabel jinħarġu l-permessi annwali mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA) qegħdin jintalbu xi rċevuti fiskali li ħallsu għal servizz privat tal-ġbir mis-sidien tar-ristoranti u l-ħwienet kummerċjali li jiġġeneraw ammont konsiderevoli ta’ skart?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5867.
Leg 12 PQ #5870 Sitting 75 2013-11-08 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għat-Turiżmu

ġbir ta’ skart ta’ stabbilimenti

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-lista tar-ristoranti u l-ħwienet kummerċjali li mhux qed jagħmlu użu minn servizz privat tal-ġabra tal-iskart fil-lokalità ta’ San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, il-Mellieħa u Wied il-Għajn?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5867.
Leg 12 PQ #4751 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Studenti li ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċifri tan-numri ta’ studenti li ġew Malta sabiex jitgħallmu l-Ingliż, xahar b’xahar għas-sena 2012 u Jannar sa Awwissu 2013? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn l-istudenti meta mqabbel man-numru ta’ turisti li żaru pajjiżna għall-istess perjodu msemmi?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-perjodu Jannar sa Awissu 2013 għadha qed tinġabar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Sadanittant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba għas-sena 2012.
Leg 12 PQ #4752 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità tat-Turiżmu — cruiseliners

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tat-Turiżmu qattx ħallset xi flus lill-aġenziji kemm Maltin kif ukoll barranin li jġibu l-cruiseliners f’Malta jew lill-mother companies tal-cruiseliners sabiex jattiraw aktar żjarat ta’ cruiseliners f’pajjiżna? Lil min tħallsu dawn il-flus, meta u x’kienu l-ammonti? X’miżuri qed jittieħdu min-naħa tal-Awtorità tat-Turiżmu f’isem il-Gvern sabiex inkomplu nattiraw u nressqu dan is-settur turistiku lejn Malta?

Response (VELLA, KARMENU)

Bħala parti mix-xogħol tagħha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tagħmel reklamar minn żmien għal żmien sew direttament ma’ kumpaniji ta’ Cruise Liners kif ukoll ma’ operaturi turistiċi oħra f’dan il-qasam. Din il-promozzjoni hija sew tal-Port kif ukoll u iżjed importanti ta’ Malta bħala destinazzjoni biex wieħed jibda jew jispiċċa l-cruise tiegħu u/jew jgħaddi xi ġranet fil-gżejjer Maltin qabel jew wara il-cruise. L-arranġamenti imsemmija ivarjaw u huma ta’ natura kummerċjali. Fil-preżent qiegħed isir xogħol min-naħa tal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Valletta Cruise Port sabiex it-tnaqqis reġistrat din is-sena, bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet li kienu ittieħdu fl-2011 u 2012, jiġi indirizzat b’mod immedjat.
Leg 12 PQ #4992 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili – tneħħija ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabilx mad-deċiżjoni tal-Kabinett illi permezz tagħha ġew terminati żewġ kuntratti ta' żewġ konsulenti fi ħdan id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta, peress illi qal diversi drabi li jrid ikompli jkabbar is-settur tal-avjazzjoni, inkluż ir-Reġistru li huwa amministrat minn Transport Malta? Jekk jaqbel mad-deċiżjoni li ttieħdet, jista’ jgħid kif jista’ jiġġustifika dak li qal u xi pjanijiet konkreti għandu biex il-human resources tekniċi li hemm tant bżonnhom f'dak id-Direttorat jinstabu u ma nitilfux dak li nbena f'dawn l-aħħar snin, inkluż ir-reputazzjoni tal-bandiera? Jista’ jgħid jekk iċ-chairman u l-Bord tad-Diretturi ta' Transport Malta qablux ma’ din id-deċiżjoni jew kenux jafu biha? U jekk fl-affermattiv jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti tal-laqgħa tal-bord?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern preċedenti ta kuntratti ta’ impjieg lil ex-ħaddiema tal-Air Malta li kienu ibbenefikaw minn Early Retirment Schemes jew Voluntary Redundancy Schemes maħruġa fl-aħħar snin minn Air Malta. Skont ċirkulari ‘OPM No 4/2012 - Refund Mechanisms’ maħruġa mill-Uffiċju tal-Prim Ministru fil-11 ta’ Jannar 2012 dan ma kienx permessibli, għaldaqstant f’dan ir-rigward il-Gvern preżenti kellu jieħu azzjoni sabiex jassigura konformita’. Minkejja dan, it-tmiem tal-ingaġġ ma kienx mixtieq u żgur li ma jirriflettix fuq l-abilitajiet ta’ dawk involuti. Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ser jieħu l-passi neċessarji sabiex jimtlew il-postijiet li tħallew vakanti minħabba l-metodu negliġenti użat fil-passat u b’hekk jassigura l-kisba ta’ aktar suċċessi fis-settur tal-avjazzjoni.
Leg 12 PQ #4993 Sitting 74 2013-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili – tneħħija ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġie tterminat il-kuntratt ta' żewġ konsulenti fi ħdan id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili ta' Transport Malta meta dawn il-konsulenti kellhom rwol kruċjali biex jiġi assigurat illi l-istess Direttorat, u allura r-Reġistru Malti, jibqa’ jikber u jgawdi l-fiduċja ta' operaturi privati f'dan is-settur u fuq kollox li jkun konformi mal-istandards rikjesti mill-ICAO u l-EASA?

Response (VELLA, KARMENU)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4992.
Leg 12 PQ #4884 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Iż-Żejtun – xogħlijiet fuq toroq u proġetti infrastrutturali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3888, jista’ l-Ministru jgħid x' xogħol hu ppjanat li jsir fil-lokalità taż-Żejtun fir-rigward ta' toroq u proġetti infrastrutturali mill-Kunsill Lokali fil-ħames snin li ġejjin? Meta hu ppjanat li jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun li x-xogħol relatat ma’ resurfacing ta’ toroq jiddependi mill-baġit li ġej. Għaldaqstant l-Onor. Interpellant jifhem u japprezza li l-kunsill lokali mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5560 Sitting 72 2013-11-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – bini ta’ kumpless sportiv

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5285 mwieġba mill-Ministru tal-Edukazzjoni, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’konsultazzjoni saret dwar dan mall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, jekk saret? Jekk iva, x’kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali dwar dan il-fatt? Jekk ma saritx konsultazzjoni, x’kienet ir-reazzjoni tal-Kunsill Lokali?

Response (VELLA, KARMENU)

Infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-konsultazzjoni dwar il-materja li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, għadha fil-proċess li ssir.
Leg 12 PQ #2268 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — reklamar u public relations

Question

Jista' l-Ministru inkluż is-segretarju parlamentari jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?

Response (VELLA, KARMENU)

Qiegħed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #5405 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Triq Għawdex — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, jieħu l-passi neċessarji biex Triq Għawdex tiġi rranġata qabel ma tkun kawża ta’ xi inċident fatali?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li hekk kif ikun hemm il-fondi disponibbli, issir il-manutenzjoni meħtieġa fit-triq in kwistjoni.
Leg 12 PQ #5456 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – etika dwar korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ċittadin li jsir jaf b’korrispondenzi interni li ntbagħtu dwaru f'kunsill lokali,iżda ma jkunx infurmat bihom b'mod uffiċjali, jistax jitlob li jingħata kopja ta' tali korrispondenza, iktar u iktar meta din il-korrispondenza tkun qiegħda tiġi komunikata mas-segretarju eżekuttiv ta' xi kunsill lokali partikolari? Jekk iva x'inhi l-proċedura li għandha tintuża, biex tali korrispondenza tingħata lil min tkun tikkonċerna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn it-tip ta’ każi għandha tintalab il-gwida tal-Freedom of Information Co-ordinating Unit u tad-Data Protection Office skont il-każ.
Leg 12 PQ #5457 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsilli lokali – etika dwar korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhuma d-drittijiet ta' ċittadin li jsir jaf b’korrispondenzi li jikkonċernaw lilu u li għaddew bejn persuni differenti u segretarju eżekuttiv ta' kunsill lokali iżda hu ma jiġix infurmat dwarhom? Kif jista' ċittadin jingħata kopja ta' tali korrispondenza? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kunsill lokali hux ukoll obbligat li jirreġistra kull korrispondenza li tkun waslet għandu, inkluż e-mails? Kif qed jiġi assigurat li tali korrispondenza qiegħda tiġi rreġistrata?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korrispondenza li tasal bil-posta jew bl-idejn għandha tkun reġistrata. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 5456, għall-bqija tal-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #5458 Sitting 71 2013-11-05 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Kunsill Lokali - laqgħat

Question

Billi skont ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 5301 jirizulta li lanqas il-kunsilliera ma kienu avżati li se ssir laqgħa li hemm referenza għaliha fir-risposta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm laqgħat simili fuq kull tip ta' suġġett jew area matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena li saru mill-kunsill u li għalihom lanqas kien hemm stedina/ talba għall-preżenza ta' kunsilliera lokali? F'kull każ, x'kienu s-suġġetti li ġew diskussi, fejn saru l-laqgħat u min kien mistieden u minn attenda?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ma kienx hemm aktar laqgħat simili fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena.
Leg 12 PQ #5371 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar — Lukandi li se jagħlqu għax-xitwa

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' lukandi li avżaw li se jagħlqu matul il-perijodu tax-xitwa din is-sena fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar x'kategorija ta' lukanda huma dawn il-lukandi li avżaw li se jagħlqu għal perijodu ta' żmien? Meta hu mistenni li jagħlqu dawn il-lukandi u meta hu mistenni li jerġgħu jiftħu mill-ġdid?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn total ta’ disgħa u tletin (39) lukanda, fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, se jkunu sitta (6) li avżaw lill-Awtoritá tat-Turiżmu li ser jagħlqu għal perjodu ta’ żmien. Dan huwa fost l-inqas numru fl-aħħar snin. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra aktar dettalji għall-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #5373 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Interim From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar — bankini

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu l-bankini li ġew estiżi mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar matul din is-sena? Fejn jinsabu u, f’kull każ, kemm kienet l-ispiża involuta? Jista’ jagħti tagħrif dwar kemm bankini ġew mogħtija wiċċ tal-konkos matul din is-sena u fejn jinsabu?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #5404 Sitting 70 2013-11-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji, naturalment permezz tal-Kunsill Lokali, biex Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar, minn fejn il-Pescatore sal-Veċċja, tiġi rranġata billi issa din it-triq tinsab fi stat ħażin ħafna?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi hekk kif ikun hemm il-fondi allokati, il-Kunsill ikun jista’ jagħmel ix-xogħol meħtieġ fit-triq in kwistjoni.
Leg 12 PQ #4548 Sitting 69 2013-10-30 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – riżenja ta’ ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, kemm-il persuna maħtura mill-Ministeru għat-Turiżmu f’kariga uffiċjali jew bord, offriet ir-riżenja tagħha? Min kienu dawn il-persuni? X’kienet ir-raġuni wara r-riżenja tagħhom? Min inħatar minflokhom?

Response (VELLA, KARMENU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum kien hemm żewg persuni li offrew ir-riżenji tagħhom. Uffiċjal tas-Segretarjat, irriżenjat sabiex tavvanza fil-karriera tagħha u l-post għadu vakant, filwaqt li membru fuq il-Bord tal-Airmalta, irriżenjat għal raġunijiet personali. Minflokha inħatret persuna oħra.