Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fiż-Żurrieq għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta ħarġet dawn it-tenders għal xogħlijiet f’toroq fil-lokalita’ taż-Żurrieq:
Triq Fra Ġanmari Zammit u Triq Torri
Dan filwaqt li Transport Malta qed tippjana biex tkompli xogħol fi Triq Espeditu Deguara, u dan wara li nqata’ każ fil-Qorti.
Transport Malta qiegħda ukoll tippjana biex toħroġ tenders għall-kostruzzjoni ta’ triq il-Minġel u triq ġdida fi Triq San Mikiel. Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjin sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il talba kien hemm matul l-aħħar 24 xahar minn individwi, kumpaniji jew organizzazzjonijiet tal-Gvern biex ikunu jistgħu jiġu organizzati jew jinbnew yacht marinas f’xi partijiet tal-portijiet li jiffurmaw San Pawl il-Baħar mis-Salina sal-Mistra? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm hu mistenni li jiġu organizzati rmiġġijiet f’dawn il-postijiet li ġew hekk approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Proposti simili jiġu mressqa għall-attenzjoni tal-Awtorita’ diversi drabi iżda kull proċess formali jibda mal-ħruġ ta’ espressjoni pubblika t’interess u mill-applikazzjoni li ssir lill-MEPA.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’xogħol fadal isir fil-proġett ta’ konservazzjoni tas-salini? Meta sar l-aħħar xogħol fl-istess proġett u minn min sar? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol fuq il-kanali proprja tkompliex matul dan il-perjodu u jekk hu l-każ, x’xogħol sar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li fadal isiru fil-proġett ta’ konservazzjoni tas-salini f'inħawi ta' San Pawl il-Baħar huma t-tlestija tar-restawr tal-bur mielaħ u x-xagħri (kuntratt CT3182/2013), t-tlestija ta’ t-triq interna fis-salini, il-bini ta’ pont ġdid fl-entratura (kuntratt CT3184/2014) u r-restawr tas-Sukkurs. Ix-xogħlijiet tar-restawr tal-bur mielaħ u x-xagħri, u t-triq interna fis-salini qegħdin ssiru bħalissa minn Camray Company Limited u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura rispettivament. Ix-xogħol fuq is-Sukkurs għadu ma bedix.
Il-Mellieħa – xogħol fuq it-triq minn ħdejn il-tatrina tax-Xemxija sal- Belleview
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15321, billi fit-tweġiba qed jingħad li hu mifhum li hemm xi pjanijiet ta’ trinek min-naħa tagħhom, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema entitajiet jidher li għandhom dawn il-pjanijiet u meta hu mistenni li jwettqu x-xogħol meħtieġ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta hi nfurmata li hemm diversi entitajiet fostom Enemalta u WSC li għandhom xogħlijiet ippjanati f’dawn it-toroq msemmija. Transport Malta għad m’għandhiex visibilta’ ta’ meta u kif se jsir dan ix-xogħol mill-entitajiet rispettivi.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15206, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess rapport li ssemma fir-risposta? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta ikkunsidratx li ttawwal l-istess breakwater?
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq illi se jiġu asfaltati matul Marzu 2015? Jista’ jgħid jekk sarx eżerċizzju illi jevalwa l-kondizzjoni tat-toroq u jekk l-istess rapport jelenkax liema huma dawk it-toroq illi għandhom jiġu asfaltati minnufih, u jekk iva, liema huma? Jekk kemm-il darba sar tali rapport, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-roll out plan ta’ kif, meta u fejn se jsir l-asfaltar?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15201 fejn fiha ġew elenkati lista ta’ toroq residenzjali li fuqhom għaddejjin xogħlijiet bħalissa. Rigward toroq arterjali u distributorji, il-field officers flimkien mall-periti, kontinwament jirrevedu l-istat tan-netwerk. Ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni huma mbagħad assenjati skont l-urġenza u d-disponibbilta’ ta’ fondi. F’dan ir-rigward, Transport Malta kontinwament tirrevedi u taġġorna l-pjanijiet tagħha skont kif is-sitwazzjoni tkun qed tevolvi.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il road safety audit hemm għaddejjin bħalissa (u ċjoè fid-data illi qed issir din il-mistoqsija parlamentari) u minn min qegħdin isiru?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, Road Safety Audits isiru fuq disinji ġodda ta’ toroq arterjali u distributorji skont id-Direttiva tal-Unjoni Ewropeja. Ninsab infurmat, illi l-aħħar road safety audit li sar kien tal-proġett tal-inkroċju tal-Addolorata, Marsa/Paola.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vehicle activated sign dwar limitu ta’ veloċità tas-sewqan u ta’ kisriet fit-toroq u roundabouts ġew installati minn Jannar 2014 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2014 sal-lum ġew installati dawn il-vehicle activated signs: 9 dwar limitu ta’ veloċita’ tas-sewqan, 3 ta’ kisriet fit-toroq u 4 ta’ roundabouts.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk ir-rotot illi ġew identifikati biex fihom jitwaħħlu t-tabelli “Irkib taż-Żwiemel” u kemm-il sinjal se jitwaħħal? Kemm twaħħlu sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Sa meta hemm il-ħsieb illi jitlesta l-proċess?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li fil-preżent, qed jerġgħu jiġu ddettaljati r-rotot fl-isfond ta’ xogħol iehor li qed isir, fosthom il-qafas regolatorju rigward l-liċenzjar u l-irkib ta’ żwiemel fit-toroq tagħna.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, jista’ l-Ministru jelenka l-proġetti illi saru biex titjieb is-saħħa u s-sigurtà fit-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, diġa ġew elenkati numru ta’ miżuri sabiex jitjiebu s-saħħa u sigurta’ fit-toroq u tiżdied l-effiċjenza tas-sistema tat-traffiku. Transport Malta tibqa’ mpenjata sabiex b’mod kontinwu timplimenta miżuri simili f’lokalijiet differenti wara li tiddentifika l-ħtiġijiet li jkun hemm bżonn u dan skont l-linji gwida mniżżla fl-istess strateġija għas-sigurtà fit-toroq.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jitpoġġew bagi fil-baħar biex jiġu identifikati areas fejn hemm wrecks fl-ibħra Maltin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li normalment dawn il-bagi jitpoġġew fejn ikun hemm wreckage ta’ periklu għan-navigazzjoni. Fil-mument ma jidhirx li hemm il-ħtieġa li jiżdiedu aktar bagi.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali f'Marsaxlokk għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa f’Marsaxlokk qed isir xogħol fi triq il-Wilġa. Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq li ser isiru sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ta’ Transport Malta fir-rigward tal-cameras li hemm stallati fit-toroq Maltin li minnhom wieħed jista’ jagħmel monitoring tat-traffiku tal-vetturi fit-toroq tagħna? Jista’ jgħid jekk inħarġitx liċenzja biex setgħu jiġu stallati dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-awtorità li ħarġet din il-liċenzja? Jista’ jgħid jekk hemmx policy li tirregola l-operat ta’ dawn il-cameras? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy li tirregola dawn il-cameras? Jista’ jgħid min hi l-kumpanija li timmaniġġa dawn il-cameras? Jista’ jgħid jekk hemmx xi forma ta’ kuntratt jew ftehim bejn il-kumpanija inkwestjoni u Transport Malta u jekk fl-affermattiv, jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt jew ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-cameras li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma nstallati mill-Kumitati Reġjonali. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu liċenzja li jopera bħala parker? Jekk fl-affermattiv, fejn hu l-parking li din il-persuna tieħu ħsieb u f’liema ġranet u minn x’ħin sa x’ħin dan l-individwu mistenni jkun fil-parking indikat? Dan l-individwu jirċievi remunerazzjoni għal dan ix-xogħol u jekk fl-affermattiv kemm?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi fid-dettalji li ngħataw separatament mill-Onorevoli Interpellant, in-numru tal-karta tal-identità ma jirreferix għall-individwu ndikat.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – xogħol mogħti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2011 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li ingħata xi xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, mill-Ministeru u mid-dipartimenti, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, entitajiet u korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi 7-seaters, 14-seaters u 18-seaters, separatament għal kull kategorija, fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku fid-data ta’ meta ġiet sottomessa din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi mit-8 ta’ Marzu 2015 ir-rotot kollha tat-trasport pubbliku qed jiġu mħaddma minn karozzi tal-linja tal-operatur tat-trasport pubbliku u għaldaqstant m’għadhomx jintużaw vetturi mikrija tat-tip imsemmija.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14133, jista’ l-Ministru jgħid meta se jkun qed jimporta s-17-il karozza tal-linja oħra li hu rrefera għalihom?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda billi niċċara li huwa l-operatur tat-trasport pubbliku li qed jimporta l-karozzi tal-linja u mhux il-Ministeru tiegħi.
Ninsab infurmat illi l-karozzi tal-linja li kellu jimporta l-operatur tat-trasport pubbliku, wasslu kollha.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14130, jista’ l-Ministru jgħid għala kien hemm bżonn illi jinkrew 7-seaters, 14-seaters u 18-seaters?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi meta ġie biex jiġi estiż b’mod temporanju l-ftehim illi kien hemm bejn l-operatur tat-trasport pubbliku u l-entita’ illi kienet tforni sewwieqa u coaches jew minivans sabiex jipprovdu servizz fuq ċertu rotot tat-trasport pubbliku, ma kienx intlaħaq ftehim. Għaldaqstant, l-operatur tat-trasport pubbliku kellu jirrikorri għal mezzi alternattivi ta’ trasport sabiex jiġi żgurat illi s-servizz jibqa’ jingħata skont l-iskeda.
Infurmat ukoll illi l-aħħar illi ntużaw vetturi tat-tip 7 seaters fuq is-servizz tat-trasport pubbliku kien fid-19 ta’ Frar 2015, filwaqt illi il-vetturi tat-tip 14, 16, 18 u 21 seaters l-aħħar illi ntużaw kien fis-7 ta’ Marzu 2015. Mit-8 ta’ Marzu 2015 ir-rotot kollha tat-trasport pubbliku bdew jiġu mħaddma minn karozzi tal-linja tal-operatur tat-trasport pubbliku.
Autobuses de Leon – diskussjoni fuq kiri ta’ vetturi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi fl-ebda ħin, la l-Ministeru u lanqas Transport Malta ma ddiskutew ma’ Autobuses de Leon il-possibiltà illi din l-istess kumpanija tikri 7-seaters, 14-seaters u 18-seaters biex jipprovdu transport pubbliku?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sarux diskussjonijiet ma’ l-Autobuses de Leon.