Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19571 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Uffiċini wżati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19090?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: PERJODU AMMONT minn Lulju 1992 sa Novembru 1993 Lm69,025 minn Diċembru 1993 sa Novembru 1994 Lm63,259 minn Diċembru 1994 sa Novembru 1995 Lm69,103 minn Diċembru 1995 sa Novembru 1996 Lm69,103 minn Diċembru 1996 sa Novembru 1997 Lm73,454 minn Diċembru 1997 sa Novembru 1998 Lm75,354
Leg 9 PQ #19617 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19380?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fir-rigward ta' Triq Vjola u Triq Patri Wistin Born, il-Korporazzjoni Enemalta ma għandhiex talbiet pendenti biex jitwaħħlu lampi ġodda. Dwar Triq Lampuka saret talba għal lampi ġodda mill-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn u dwar Triq l-Għassies hemm l-approvazzjoni biex jitwaħħlu lampi ġodda.
Leg 9 PQ #19621 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coin Telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti biex daħħlu l-coin telephone fid-djar tagħhom minn April sa Settembru 2000? Kemm kienu dawk l-abbonati li kellu jiġi sospiż is-servizz tagħhom għax ma ħallsux il-kont minn April sa Settembru 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19622 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tat-telephone għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' bejn April, Mejju, Ġunju, Lulju, Awissu u Settembru 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19623 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' April sa Settembru 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19623 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm households li nqatgħalhom is-servizz tad-dawl għax ma waslux biex iħallsu l-kontijiet tagħhom fix-xhur ta' April sa Settembru 2000? Jista' jgħid mil-liema lokal ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabaru tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19424 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Żieda ta' Xogħol

Question

Iż-żieda fix-xogħol fit-Tarzna mistennija li tkun riflessa biss fit-turnover jew huwa maħsub li din tkun riflessa wkoll f'performance aħjar finanzjarja ta' l-azjenda innifisha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iż-żieda fit-turnover timplika titjib fil-qagħda finanzjarja tat-Tarzna fil-perjodu konċernat, pero' għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel stima ta' l-impatt globali li dan ser ikollu fuq il-qagħda finanzjarja tat-Tarzna fis-sena li qiegħdin fiha.
Leg 9 PQ #19426 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Expo 2000 — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi mistennija tkun in-nefqa totali ta' pajjiżna fuq Expo 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa stmat li n-nefqa totali tkun taħt il-miljun lira. Naturalment wieħed ikun jista' jitkllem dwar ammont eżatt wara li dan l-avveniment jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta' Ottubru.

Qormi — Triq Amleto Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm diffikultajiet ta' ilma ħiereġ minn taħt l-art fi Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi? Jekk jikkonferma dan, x'qiegħed isir jew x'se jsir biex din id-diffikulta' tingħeleb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ġiet infurmata biex tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa fit-triq imsemmija u jekk ikun meħtieġ isiru t-tiswijiet neċessarji.
Leg 9 PQ #19466 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Paola — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Paola matul is-sena u fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19468 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu bozoz ġodda fil-lokalita' ta' Tarxien fis-sena 2000 u fejn twaħħlu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19523 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla — Triq R. Taylor

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata l-attenzjoni sabiex arblu tad-dawl li hemm fi Triq R. Taylor, Bormla kantuniera ma' Triq Hanover ma jibqax imil peress li qed joħloq ħsara lir-residenza fil-faċċata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arblu li għalih qed issir riferenza ma jirriżultax li qed jagħmel ħsara fil-bini kif ingħad fil-mistoqsija. Qegħdin isiru arranġamenti ma' entita' oħra biex dan l-arblu issirlu l-manutenzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #19590 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Domestic supply

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li għandha tieħu l-Enemalta Corporation mid-domestic supply ta' l-elettriku u mill-commercial supply? Kemm hemm residenzi li huma lura fil-ħlas u kemm huma l-istabbilimenti kummerċjali li huma lura fil-ħlas? Jikkonsidrax il-Ministru li l-Enemalta tintroduċi l-użu ta' meters li jistgħu jintużaw biss bis-sistema ta' cards għal dawk li ripetutament iżommu lura fil-ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Air Malta PLC

Question

In vista ta' l-ammont kbir ta' xogħol li jidher li qegħdin jiffaċċjaw ċerti sezzjonijiet ta' l-Air Malta PLC, jista' l-Ministru jgħidilna jekk hemmx il-ħsieb li din il-kumpannija timpjega xi ħaddiema ġodda?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jekk il-kwantita' ta' xogħol li jkollha l-linja nazzjonali ta' l-ajru tirrikjedi li jkun fl-interess tagħha li timpjega ħaddiema ġodda, din mhux ser toqgħod lura milli tagħmel hekk.
Leg 9 PQ #18868 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Overtime tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 18322 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jinvestiga l-ilmenti li wasluli li l-overtime fil-Maltacom qed jingħata lil ċerti ħaddiema u mhux lill-ħaddiema kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li llum kull impjegat tal-Maltacom li jidhirlu li tkun saret xi inġustizzja miegħu fejn jidħol xogħol bis-sahra, għandu l-fakulta' li jressaq l-ilment tiegħu direttament liċ-Chairman tal-Kumpanija.
Leg 9 PQ #18910 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC/Enemalta — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' lmenti dwar irregolaritajiet fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma li tressqu quddiem il-Water Services Corporation u l-Enemalta matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena? Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema fiż-żewġ entitajiet li huma responsabbli mir-reviżjoni ta' dawn il-kontijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wieħed jista' jgħid li matul dawn l-aħħar ħames snin, kemm il-Korporazzjoni Enemalta kif ukoll il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, ma rċevewx ilmenti dwar irregolaritajiet fil-kontijiet. Pjuttost dawn iż-żewġ Korporazzjonijiet irċevew ilmenti ta' kontestazzjoni dwar konsum għoli, dwar it-tariffi applikati, dwar in-numru ta' persuni ta' każijiet simili. Min-naħa ta' l-Enemalta, peress li ħafna mill-ilmenti jsiru verbalment, u peress li fil-maġġoranza tal-każi il-konsumatur jingħata spjegazzjoni adegwata dak il-ħin stess u għalhekk il-każ jingħalaq, ma tinżammx statistika. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma żżomm statistika ta' l-ilmenti li jsiru fl-uffiċċju tal-Belt Valletta biss. Din l-istatistika bdiet tinżamm mill-1997 'l hawn. In-numru ta' ilmenti sena b'sena minn dakinhar sa llum kien dan 1997 14,709 1998 9,803 1999 4,847 2000 (sat-30 ta' Lulju) 6,412 Ta' min jinnota li matul is-sena kurrenti, s'issa ħarġu kontijiet ta' erba' ċikli. Ir-reviżjoni tal-kontijiet issir minn uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala parti mix-xogħol ta' account keeping u ma ssirx minn ħaddiema li jaħdmu fuq reviżjoni biss. Hemm tlieta u għoxrin accounts keepers jaħdmu mal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #18913 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-ammonti f'ċifra ta' flus li suppost daħħlet il-Water Services Corporation abbażi tal-kontijiet li ħarġet matul dawn l-aħħar ħames snin, sena sena? Kemm fil-fatt hija ċ-ċifra għal kull sena separatament li ma tħallsitx lill-Water Services Corporation kawża ta' problemi jew ilmenti li tressqu dwar reviżjoni tal-kontijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #18915 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizz ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet it-tariffa għall-applikazzjoni tas-servizz ġdid ta' l-arloġġ ta' l-ilma li talbet il-Water Services Corporation liċ-ċittadini u negozjanti għas-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? Kemm fil-fatt hija llum din it-tariffa għas-servizz ġdid ta' l-ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba hija kif ġej: 1995 Lm4-il metru għall-kontribuzzjoni tal-faċċata Lm 3.50 kull siegħa għal kull ħaddiem L-ispejjeż tal-materjal użat (pajpijiet, fittings u tarmak) 1996 sa Novembru 1997 Lm4-il metru għall-kontribuzzjoni tal-faċċata Medja ta' Lm7.76c kull metru għat-tħaffir u reinstatement Lm2.30c kull metru għall-plumbing Minn Novembru 1997 sa llum Standard charge ta' Lm70 għal dar sa tul ta' servizz ta' 7 metri Standard charge ta' Lm35 għal flat sa tul ta' servizz ta' 7 metri Lm10 il-metru għal tul iżjed minn 7 metri.
Leg 9 PQ #19526 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qormi — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jordna b'urġenza li l-istreet lighting li hemm fis-central strip fi Triq l-Imdina, Qormi ċioe' bejn il-fabbrika tal-Coca-Cola u l-KIA showroom jiġi rranġat u jinxtegħel biex ma jkomplix iżid mal-periklu eżistenti li hemm diġa' f'din it-triq minħabba l-kostruzzjoni tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħsara li għaliha qed issir riferenza issewwiet.
Leg 9 PQ #19556 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-livell ta' kwalita' ta' l-ilma fi Brighella Street, Sta. Venera huwiex tajjeb għax-xorb?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru t-testijiet meħtieġa.