Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25166 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Sibt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2010 sa Diċembru 2015? Jista’ jispeċifika għal liema speċjalizzazzjoni kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qedgha tidher fit-tabella hawn taht: Number of elective operations on Saturdays: 2010 2011 2012 2013 2014 2015 4528 3388 3674 4129 5219 5862
Leg 12 PQ #25167 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd fl-Isptar Mater Dei minn Jannar 2010 sa Diċembru 2015? Jista’ jispeċifika għal liema speċjalizzazzjoni kienu?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qedgha tidher fit-tabella hawn taht: Number of elective operations on Sundays: 2010 2011 2012 2013 2014 2015 482 586 531 530 644 639
Leg 12 PQ #25168 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Interventi tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, kemm saru interventi tal-IVF fl-Isptar Mater Dei kull sena mill-2013 sal-2015, sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi waqt li fl-2013 ma saret ebda procedura ta' IVF/ICSI f'Mater Dei, matul is-sena 2015 saru 176 cikli tal-IVF / ICSI gewwa l-Isptar Mater Dei.
Leg 12 PQ #25252 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Mediċina – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament minħabba li għandu problema fuq mediċina partikolari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jigi segwit.
Leg 12 PQ #25254 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-irkoppa – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward operazzjoni fuq l-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.
Leg 12 PQ #23968 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

E-Health — servizzi miżjuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi żdiedu fil-qasam tal-e-Health fis-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2014 u s-sena 2015 sar xogħol estensiv sabiex is-servizzi e¿istenti fil-qasam tal-eHealth jibqgħu operattivi, dan għaliex is-sistemi kellhom jigu aġġornati għall-ħtiġijiet tal-lum. Uhud mis-servizzi li ¿diedu fis-snin 2014 u 2015 jinkludu: -Servizzi ta’ informazzjoni offruti permezz tal-website tas-Saħħa; -Skema ta’ kunsens sabiex pazjent jaghti aċċess għar-rekords tas-Saħħa lit-tabib tiegħu mill-myHealth -Servizz elettroniku sabiex professjonisti tas-Saħħa jirrappurtaw lill-awtoritajiet tas-Saħħa tilqim li jagħtu lill-pazjenti; -Servizz sabiex professjonisti miċ-Ċentri tas-Saħħa jkunu jistgħu jikkonsultaw l-Entitlement ta’ pazjent għal mediċini permezz tal-iSchedule V (pazjenti li ju¿aw il-POYC); -Servizz ta’ applikazzjonijiet elettroniċi għal-liċenzji maħruġa mill-Healthcare Standards Directorate; -Servizzi ta’ notifikazzjoni permezz tal-email u l-sms lid-donaturi tad-demm; -Servizz ta’ assessjar online tar-riskju ta’ kanċer tas-sider ibba¿at fuq ‘Family History’; -Servizzi ta’ sostenn elettroniku rigward dijanjożi, trattament u follow-ups lill-professjonisti tas-Saħħa fil-qasam tal-Onkoloġija. -Servizzi ta’ sostenn elettroniku rigward programmi ta’ Screening għal kanċer tas-sider, Colorectal u Cervical; -Servizzi ta’ sostenn għal Anticoagulation; -Servizz ta’ informazzjoni rigward saħħa sesswali; -Servizz ta’ e-Portfolio rigward sapport għall-training speċjalizzat għal tobba postgraduate;
Leg 12 PQ #23969 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Boffa — użu

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22433 jista’ l-Ministru jispeċifika x’servizzi se jingħataw mill-Isptar Boffa u meta se jibdew jingħataw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Isptar Sir Paul Boffa qed jilqa fih pazjenti minn Mater Dei li jkunu jinhtiegu kura fit-tul. F’Dicembru tas-sena l-ohra tlestiet l-ewwel fazi fejn sar trangar u tisbieh fis-swali u f’April ta’ din is-sena tlestiet ukoll it-tieni fazi ta’ dan il-progett. B’kollox hemm 51 persuna rikoverati f’Sir Paul Boffa.
Leg 12 PQ #23970 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Raħal Ġdid – proġett ta’ riġenerazzjoni ta’ Schreiber

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22434, peress li l-proġett tax-Schreiber issemma f’żewġ budgets ta’ dan il-Gvern, jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta se jippubblika l-pjanijiet tiegħu għal dan il-proġett?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment tas-sahha issottometta l-applikazzjoni ghal-fond Ewropej ghal progett tal- Paola Health Hub fis-6 ta’ April ta’ din is-sena
Leg 12 PQ #23971 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Regional Hub ta’ San Ġiljan – proġetti ta’ hubs tas-saħħa

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22435, peress li l-mistoqsija kienet dwar il-hub ta’ San Ġiljan u mhux iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-proġett tar-regional hub ta’ San Ġiljan ġiex imwaqqaf?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn jirrigwardja r-residenti tan- Northern Harbour District ta’ Malta, d-dipartiment tas-sahha ser ikun qed jipprovdi il-kura primarja mill-polikinika tal-Gzira. Ghal dan il-ghan fix-xhur li gejjin ser jithabbru pjanijiet tar-refurbishment estenziv li se jsir fic-centru ezistenti.
Leg 12 PQ #23972 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Każijiet ta’ overdose ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22438 u jgħid kemm-il persuna tilfet ħajjitha kawża ta’ overdose ta’ droga fl-2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar peress li ghadhom ghaddejjin xi investigazzjonijet.
Leg 12 PQ #25081 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Kataretti — stennija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24721, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew biex jagħmlu operazzjoni tal-kataretti u kemm ilhom jistennew biex jagħmlu din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament hemm 1039 pazjenti jistennew biex jaghmlu l-operazzjoni tal-kataretta, illi jirraprezentaw tnaqqis b’ 71% fuq is-sena 2012. Ninfurmaha ukoll illi z-zmien ta’ stennija għall-proċedura tal-kataretti permezz ta’ loppju lokali, niżel minn tliet snin fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti għal madwar erbgħa xhur illum.
Leg 12 PQ #25082 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti li ġew discharged u re-admitted ftit ġranet wara

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24735, 23242 u 24009, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn qed jirrifjuta li jagħti n-numru (mhux persentaġġi) ta’ pazjenti li ġew discharged mill-Isptar Mater Dei biex reġgħu daħlu wara inqas minn ħamest ijiem bejn Jannar 2015 u Jannar 2016 (xahar b’xahar)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-90,128 admissions li kien hemm fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2015, 758 kienu re-admissions igifieri b’figura ta’ anqas minn 1% tat-total.
Leg 12 PQ #25083 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

National Cancer Strategy

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24734, 23243 u 24008, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan li jippubblika t-tieni National Cancer Strategy fis-sena 2016, jew wara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Pjan Nazzjonali tal-Kancer ser jigi ppubblikat aktar tard din is-sena
Leg 12 PQ #25084 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Formularju tal-mediċini — lista ta' mediċini li tneħħew

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24733, jista’ l-Ministru jikkonferma li din hija l-lista kollha ta’ mediċini li tneħħew mill-formolarju peress li skont l-informazzjoni online, fl-ewwel tliet ġimgħat ta’ April 2016 biss, mill-formolarju kienu tneħħew dawn il-mediċini (Betamethasone Sodium Phosphate 0.1% Eye Drops, Prednisolone Sodium Phosphate 0.5% Eye Drops u Pilocarpine Nitrate 2% Eye Drops (Minims), u dan ifisser li skont l-informazzjoni fit-tweġiba tal-Ministru fi tliet snin suppost li tneħħew 14-il mediċina meta fit-tliet ġimgħat tneħħew tlieta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nerga ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm process kontinwu sabiex il-formularju tal-gvern jigi mgedded. Il-lista ta’ 13 il-medicina li qed tirreferi ghaliha hi, kif diga spjegat huma dawk il-medicini li ma kellhomx alternattiva provduta ghar-raguni indikata fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 24733
Leg 12 PQ #25086 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — lista ta' assignments

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24731 meta wara sena u erba’ xhur jevita li jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 24003, 21471, 15966, 14901 u 13264 u jgħid li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, jista’ l-Ministru jispjega kif kien qed jiġbor l-informazzjoni meta fir-risposta msemmija qed jgħid li ma fehemx il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-klerifika ghall-mistoqsija taghha intalbet sabiex tkun tista’ tingabar l-informazzjoni b’mod aktar specifiku.
Leg 12 PQ #25133 Sitting 383 2016-05-02 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech – ftehim mal-unions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim mal-Unions dwar l-għoti tal-Isptar ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa, u l-Isptar Karen Grech ġiex iffirmat kif kien qal li ser isir aktar minn tliet xhur ilu? Jekk ġie ffirmat, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma ġiex iffirmat jista’ jagħti r-raġuni għaliex, peress li tliet xhur ilu qal li kien hemm qbil fuq kollox mal-Unions kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 24683.
Leg 12 PQ #8065 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba barranin — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati tobba ta’ nazzjonalità barranija, sena b’sena, mill-2008 sal-lum?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li kien hemm total ta’ 96 tabib ta’ nazzjonalità barranija li ġew ingaġġati mis-sena 2008 sas-sena 2014. Dan it-total jinqasam hekk: - 10 li ġew ingaġġati fl-2008; - 8 li ġew ingaġġati fl-2009; - 8 li ġew ingaġġati fl-2010; - 26 li ġew ingaġġati fl-2011; - 36 li ġew ingaġġati fl- 2012; - 8 li ġew ingaġġati fl-2013 u - Ma ġie ingaġġat l-ebda tabib ta’ nazzjonalità barranija fl-2014.
Leg 12 PQ #8066 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera barranin — Jaħdmu fis-servizz tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ infermiera ta’ nazzjonalità barranija li kien hemm jaħdmu fis-servizz tas-saħħa, fil-31 ta’ Jannar 2014? F’kull każ jista’ jagħti d-data meta ġie/t reġistrata mal-kunsill rispettiv f’Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-31 ta’ Jannar 2014, kien hemm total ta’ 204 infermier ta’ nazzjonalità barranija li kienu qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa. Dan it-total jinqasam hekk: - 1 li ġiet irreġistrata fl-1983; - 1 li ġiet irreġistrata fl-2001; - 1 li ġiet irreġistrata fl-2003; - 1 li ġiet irreġistrata fl-2004; - 3 li ġew irreġistrati fl-2007; - 45 li ġew irreġistrati fl-2008; - 14 li ġew irreġistrati fl-2009; - 65 li ġew irreġistrati fl-2010; - 5 li ġew irreġistrati fl-2011; - 7 li ġew irreġistrati fl-2012; - 60 li ġew irreġistrati fl-2013; - 1 li ġiet irreġistrata fl-2014.
Leg 12 PQ #8067 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Tobba barranin — Jaħdmu fis-servizz tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ tobba ta’ nazzjonalità barranija, li kien hemm jaħdmu fis-servizz tas-saħħa, fil-31 ta’ Jannar 2014? F’kull każ jista’ jagħti d-data meta ġie/t reġistrata mal-kunsill rispettiv f’Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li fil-31 ta’ Jannar 2014, kien hemm total ta’ 108 tabib ta’ nazzjonalità barranija li kienu qed jaħdmu fis-servizz tas-saħħa. Dan it-total jinqasam hekk: - 1 li ġiet irreġistrata fl-1984; - 1 li ġiet irreġistrata fl-1991; - 1 li ġiet irreġistrata fl-2005; - 3 li ġew irreġistrati fl-2008; - 6 li ġew irreġistrati fl-2009; - 2 li ġew irreġistrati fl-2010; - 3 li ġew irreġistrati fl-2011; - 22 li ġew irreġistrati fl-2012; - 69 li ġew irreġistrati fl-2013.
Leg 12 PQ #8068 Sitting 135 2014-04-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Università ta’ Pisa – Memorandum of Understanding

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6537, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim proprju, jiġifieri dak iffirmat fil-5 ta’ Settembru 2012?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Kif rikjest mill-Onorevoli Membru qed inpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-mejda tal-kamra.