Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pożizzjoni rigward amnestija

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pożizzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali, Kummissarju tal-Pulizija u Victim Support Malta dwar l-amnestija lill-ħabsin li hu ħabbar fil-5 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-po¿izzjoni espressa mill-Avukat Ġenerali u mill-Kummisarju tal-Pulizija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Mal- Victim Support Malta saru diversi laqgħat iżda ma ngħatat qatt pożizzjoni bil-miktub.

Ċittadinanza Maltija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5872, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ screening għaddew minnu dawn iċ-ċittadini ġodda biex ikun assigurat li ma jkunux ta’ theddida għas-sigurtà ta’ kwalunkwe xorta ta’ pajjiżna?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet għall ċittadinanza jiġu ivvettjati mill-forzi tas-sigurta. Ma naħsibx li huwwa opportun li aktar tagħrif fid-dettall ta’ kif isir dan l-ivvettjar għandu jkun ippublikat.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – qbid ta’ droga u mobiles

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rapport ta’ kemm inqabdet droga xahar b’xahar fis-snin 2011, 2012 sa Jannar 2013 fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jindika kemm inqabdu mobiles f’din l-istess faċilità?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Xahar Sena 2011 Sena 2012 Sena 2013 Jannar 4 0 1 Frar 8 2 Marzu 1 2 April 0 6 Mejju 3 2 Ġunju 3 1 Lulju 2 3 Awwissu 1 1 Settembru 0 4 Ottubru 3 2 Novembru 2 8 Diċembru 1 0 Bejn Jannar 2011 u Ottubru 2013 ninforma lil Onorevoli Interpellant li b’kollox inqabdu 97 mobile f’din l-istess Faċilità.

SATU – priġunieri li għandhom problema tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema parir mexa biex ingħalaq is-SATU li kien qiegħed jiġi rrinovat biex ikun jista’ jaqdi l-ħtiġijiet ta’ dawk il-priġunieri li għandhom problema tad-droga u jeħtieġu programm ta’ riabilitazzjoni?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma’ mxejt fuq l-ebda parir biex jingħalaq is-Satu, għas-sempliċi raġuni li s-SATU ma’ ngħalaqx minn dan il-Gvern iżda infetah biex ikun jista’ jospita il-YOURS wara li din is-sezzjoni tal-minuri kienet ilha Kordin sa mill-1998. L-Onorevoli Interpellant, probabli tfixkel għax kien il-Gvern preċedenti li ħalla lis-SATU magħluq għal sena u nofs, ma kienx informat.

San Ġiljan — Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta' San Ġiljan fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2598 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 59 Pulizja u fit-30 ta’ Mejju 55 Pulizija.

Mosta – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2612 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 28 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 28 Pulizija.

Birkirkara – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Birkirkara fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 38 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 37 Pulizija.

Raħal Ġdid – Għassa tal-Pulizija – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Raħal Ġdid fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja: Ninsab infurmat li fit-8 ta’ Marzu kien hemm 29 Pulizija u fit-30 ta’ Mejju kien hemm 28 Pulizija.

Mosta – CID Lock up – pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija addetti fis-CID lock up tal-Mosta fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fit-30 ta’ Mejju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija m’għandu l-ebda lock up ġewwa l-Mosta.

Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija – risposta mill-PSC

Question

B’referenza għal dak li qal il-Ministru waqt is-Seduta tat-3 ta’ Ġunju 2013 waqt il-ħin tad-domandi supplimentari dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija l-ġdid, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-risposta tal-Public Service Commission (PSC) għall-ittra tal-Gvern ta’ April 2013 biex ikun recalled fis-servizz pubbliku l-persuna magħżula għal din il-kariga?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat li l-Public Service Commission (PSC) taqa’ taħt id-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM). Għaldaqstant, l-Onor. Interpellant huwa ġentilment mitlub li jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru konċernat.

Whistleblower Act — Każijiet

Question

B'refernza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6019, mogħtija mill-Prim Ministru, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk uffiċjali li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu (b'mod partikolari l-Kummissjoni tal-Pulizija) fil-fatt irċevewx rapporti dwar ksur ta' provvedimenti tal-istess Whistleblower Act? Jekk iva, kemmkien hemm każijiet li nġibdet l-attenzjoni ta' dawk responsabbli fil-Ministeru tal-Intern dwar il-ksur ta' dawn il-provediment?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija ma kellha l-ebda rapport taħt il-Whistleblower Act. Ta’ min ifakkar li l-Gvern preżenti ta l-għodda legali tal-Whistleblower lill-poplu xahrejn ilu. B’hekk il-Gvern iħeġġeġ biex il-poplu juża din l-għodda issa li l-Whistleblower Act hija parti mil-liġijiet ta’ pajjiżna wara li għal ħafna snin inħasset l-assenza tal-protezzjoni li joffri dan l-istess Att.

Korp tal-Pulizija — Garaxx

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija fil-garaxx tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Marzu 2013, fil-Garaxx tal-Pulizija kien hemm kumpliment ta’ 37 membru tal-Korp, filwaqt li fl-1 ta’ Gunju 2013 kien hemm kumpliment ta’ 40 membru tal-Korp tal-Pulizija

Korp tal-Pulizija — Sezzjoni tat-Trade

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ Pulizija fis-Sezzjoni tat-Trade tal-Pulizija fit-8 ta’ Marzu 2013 u kemm kien fl-1 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi kemm fit-8 ta’ Marzu 2013, kif ukoll fl-1 ta’ Gunju 2013 kien hemm 25 membru tal-Korp tal-Pulizija stazzjonati fit-Taqsimiet tas-Snajja

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjoanli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali irċieva s-servizz mill-kumpanija li dettalji dwarha ingħataw separatament, fis-sena 2009 permezz ta' direct order. Dan is-servizz kien jinkludi ‘consultancy services including creative research, interviews and sript brand origination, design of logo (two sets of approved brand logos), graphic design photography, printing and DVDs’. L-ispi¿a kienet tlaħħaq l-ammont ta' €22,715. Dan ix-xogħol kien relatat mal-proġett tal-European Asylum Support Office.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-process meta l-Awtorita’ ta’ Gestjoni tibda’ toħrog is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.

Roundabout ħdejn l-ajruport – preżenza ta’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex pulizija li kien ikun duty mar-roundabout ta' fejn l-ajruport f' ħinijiet peak tat-traffiku, speċjalment bejn is-6.30am u 9.00am m'għadux ikun stazzjonat hemm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kif diġà kelli l-okkażżjoni ninforma lill-Kamra fi tweġibiet għal mistoqsijiet preċedenti, il-Korp tal-Pulizija qiegħed f’eżercizzju kontinwu biex jagħmel l-aħjar użu tar-riżori tiegħu għal dak li huwa mmanġġjar tat-traffiku waqt ir-rush hours. Għaldaqstant mhux dejjem ikun opportun u fl-aħjar interess għall andament tat-traffiku illi l-pulizija bil-mutur joqgħod statiku fil-post imsemmi mill-Onor. Interpellant, imma jkun aktar produttiv illi jagħmel ir-ronda fl-inħawi u jinterveni kif u meta jkun meħtieġ.

Emenda għal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza

Question

B’referenza għall-emendi għal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza li għadhom kif ġew approvati minn dan il-Parlament u in segwitu ta’ dak li ġie rrappurtat li qal id-Deputat Prim Ministru u ċjoè li se jsiru l-emendi meħtieġa biex l-identità ta’ min se jkun qed jixtri ċ-ċittadinanza ai termini ta’ dawn l-istess emendi ma jibqgħux sigrieta, jista’ l-Ministru jikkonferma li mhu se jkun hemm l-ebda ċittadin li l-identità tiegħu se tibqa’ mistura, inkluż dawk li jilħqu jixtru ċ-ċittadinanza jew jibdew il-proċess tax-xiri qabel isiru u jidħlu fis-seħħ dawn l-emendi li jabrogaw is-segretezza?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Għoti ta’ Ċittadinanza — raġuniijet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi tar-raġunijiet għalfejn ingħatat ċittadinanza (apparti dik miksuba mit-twelid, naturalment) fl-aħħar għaxar snin?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ko-ordinatur tas-sigurtà u difiża bi preparazzjoni għall-presidenza tal-unjoni ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, issa li l-brigadier li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irrifjuta l-kariga, min hu maħsub li jimla l-post ta' ko-ordinatur tas-sigurtà u difiża bi preparazzjoni għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea 2017? Ladarba l-Brigadier mhux interessat fil-kariga, jista’ jgħid jekk jikkontemplax li l-Brigadier jiġi ­re-instated fil-kariga ta’ Kmandant tal-Armata?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru qiegħed jikkonsidra persuni oħra ta’ integrità li jkunu jistgħu jingħataw kuntratt bħala ko-ordinatur tas-sigurtà. Il-Brigadier, wara li għalaq il-25 sena servizz wera hu ix-xewqa tiegħu li jirtira mill-Armata u l-Gvern jirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Bordijiet li ltaqgħu minn Marzu 2013 sa 19 ta’ Novembru 2013: Board of Visitors of the Prisons The Parole Board The Offender Assessment Board The Remission Board (il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi) The Victim-Offender Mediation (il-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u Min Wettaq ir-Reat) Prison Addiction Rehabilitation Management Board Prison Leave Advisory Board Health and Safety Monitoring Board Maintenance of Good Order at Places of Entertainment Police Academy Board Police Board Police Licences Appeals Tribunal Weapons Board Immigration Appeals Board Div I Immigration Appeals Board - Div 2 Trafficking in Human Persons Monitoring Group Refugee Appeals Board – Chamber 1 Refugee Appeals Board – Chamber 2 Refugee Appeals Board – Chamber 3 Refugee Appeals Board – Chamber 4 Refugee Appeals Board – Chamber 5 Malta Film Commission Public Broadcasting Services Limited – Board of Directors Public Broadcasting Services Limited - Editorial Board Bordijiet li għadhom ma’ ltaqgħux sas-19 ta’ Novembru 2013: Prison Appeals Tribunal Civil Protection Scientific Committee Aviation Security Committee Civil Protection Council Explosives Committee Refugee Appeals Board – Chamber 6 Police Negotiation Board