Legislature:
Category:
Reset
Active:

Open top buses

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi 9404, jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fix-xhur jew ġimgħat li għaddew ġew Malta minn pajjiż jew pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea open top buses u operaw f'Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma rċeviet l-ebda informazzjoni matul din l-aħħar sena li f’Malta daħlu xi open top buses minn xi pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn xi pajjiż terz ieħor. Informazzjoni li rċeviet kienet dwar xi coaches double-deckers (li ma kinux open top buses) li daħlu Malta b’turisti. Jien infurmat ukoll li vetturi ta’ intrapriżi stabbiliti fi Stat ta’ l-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jipprovdu servizz okkażjonali bħala parti minn servizz internazzjonali m’għandhomx bżonn ta’ awtorizzazzjoni meta jmorru fi jew jgħaddu minn Stat ieħor membru. Għaldaqstant ma tistax tinżamm informazzjoni dwar l-għadd ta’ vetturi bħal dawn li jistgħu jidħlu fi Stat Membru minn xi Stat Membru ieħor.

Open top buses

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari preċedenti tiegħi 9404, jista' il-Ministru ġentilment jikkonferma li fix-xhur jew ġimgħat li għaddew ġew Malta minn pajjiż jew pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea open top buses u operaw f'Malta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ma rċeviet l-ebda informazzjoni matul din l-aħħar sena li f’Malta daħlu xi open top buses minn xi pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea jew minn xi pajjiż terz ieħor. Informazzjoni li rċeviet kienet dwar xi coaches double-deckers (li ma kinux open top buses) li daħlu Malta b’turisti. Jien infurmat ukoll li vetturi ta’ intrapriżi stabbiliti fi Stat ta’ l-Unjoni Ewropea li jkunu qegħdin jipprovdu servizz okkażjonali bħala parti minn servizz internazzjonali m’għandhomx bżonn ta’ awtorizzazzjoni meta jmorru fi jew jgħaddu minn Stat ieħor membru. Għaldaqstant ma tistax tinżamm informazzjoni dwar l-għadd ta’ vetturi bħal dawn li jistgħu fi Stat Membru minn xi Stat Membru ieħor.

Wied il-Għajn — Triq it-Tiben

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk fil-lista ta' toroq li se jsiru f'Wied il-Għajn hux se ssir Triq it-Tiben? Jekk le għaliex meta din ilha iffurmata u abitata ħafna aktar minn ċerti toroq oħra li se jsiru, jew li diġa' saru, jew li qed isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #11607 Sitting 252 2005-04-11 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Qormi — Triq l-Iskultur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra
Leg 10 PQ #11607 Sitting 252 2005-04-11 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Qormi — Triq l-Iskultur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Wied il-Qlejgħa — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni fuq mistoqsijiet parlamentari 10801, 10276, 7932 u 9765, li fihom il-Ministru kien ta informazzjoni lil dan il-parlament li hu kien qed jistenna informazzjoni minn nies tad-dipartimenti konċernati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Karozzini — Liċenzji

Question

B'riferenza għal mistoqsijiet parlamentari oħrajn li jien għamilt dwar il-problema tal-liċenzji tal-karozzini, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li għandhom il-karozzin u qed jaħdmu bla liċenzja jingħataw iċ-ċans li jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom? Huwa informat il-Ministru li hemm min għandu liċenzja imma m'għandux la karozzin u wisq anqas żiemel u qed jispiċċa jbigħ il-liċenzja għal eluf ta' liri jew inkella jikriha lil terzi persuni? Biex jinqata' dan l-abbuż, jaqbel il-Ministru li dawk li għandhom karozzin u żiemel u qed jaħdmu bla liċenzja għandhom jingħataw iċ-ċans, imqar għal darba waħda, biex jiġu regolari u liċenzjati? Jista' iwieġeb ġentilment dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

Baħrija — Triq il-Qastan

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmak li qed isir fi Triq il-Qastan, Baħrija ma tkompliex, allavolja t-tender tax-xogħol kien ingħata f'April tas-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra

ADT — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta bdiet tiġi mqabbda taħdem xogħol ma' l-ADT il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u x'xogħol qed tagħmel?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Żejtun: Triq tal-Barrani — Traffic lights

Question

Peress li bi tweġiba għal mistoqsija parlamentari 9437 tad-29 ta' Novembru 2004 il-Ministru ġie nformat li x-xogħlijiet fil-proġett tat-traffic lights fi Triq il-Barrani, Żejtun kellhom jitlestew fi żmien ħames ġimgħat, u li kienu se jiġu jiswew madwar Lm45,000, jista' il-Ministru ġentilment jispjega għaliex dik is-somma ta' Lm45,000 inqabżet bil-bosta? Ma jidhirlux il-Ministru li l-qabża esaġerata f'somma ta' Lm22,462 hi waħda esaġerata, u jista' jgħid fiex intnefqet id-differenza bejn l-istima u s-somma attwali? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol għall-agrikoltura ta' madwar Lm1,462?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Toroq

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10070, jista' il-Ministru jerġa' jagħti rendikont tat-toroq li saru bejn is-sena 1994 u s-sena 2005, peress li s-snin ta' bejn l-1994 u l-2002 huma nieqsa mil-lista mogħtija fit-tweġiba? Jekk ma jistax jagħmel dan, jista' il-Ministru jispjega għalfejn? Jista' jagħti wkoll lista ta' toroq mogħtija, minflok jispeċifika biss li sar xi industrial estate li jkun ifisser numru ta' toroq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Minn informazzjoni li nġabret mill-Awtorita dwar it-Trasport, it-toroq li saru fil-perjodu imsemmi f’Ħal Qormi jinkludu: Toroq Sena L/A Inc/ Dec Total Triq-Serer 2003 10,317.00 3,629.78 6,687.22 Triq N Baldacchino 2003 11,098.00 425.63 11,523.63 Triq id-Deheb Fin c/w Ix-Xitwa 2003 11,671.00 4,207.01 7,463.99 Triq id-Dragun 2003 7,338.00 1,949.84 9,287.84 Triq 10 ta’ Settembru 2003 7,664.67 -2,148.69 5,515.98 Triq il-Furnar 2005 8,901.00 -1,397.13 7,503.87 Triq Ġuże Muscat Azzopardi 2003 4,640.00 -573.36 4,066.64 Triq il-Poeżija 2003 1,778.00 -519.62 1,258.38 Triq San Ġakkin 2002 27,092.10 -416.98 26,675.12 Mrieħel Industrial Estate 2002 315,411.50 -63,425.03 251,986.50 Tal-Ħandaq Ind. Estate 2002 403,000.00 7,188.02 410,188.00 Triq Pawlu Farrugia c/w Triq il-Wied 2004 19,328.00 -7,579.97 11,748.03 Triq Marju Pace 2004 15,548.10 -2,577.98 12,970.12 Triq Marco Montabello 2005 21,577.00 21,577.00 Triq in-Nassab 2005 26,323.00 26,323.00 Il-lista tat-toroq li ġew asfaltati f’Ħal Qormi fi żminijiet imsemmija ser titpoġġa f'xi seduta. Din il-lista ma tinkludiex toroq li saru mill-Kunsill Lokali f’dan il-perjodu.

ADT — Qormi

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' dwar it-trasport (ADT) ikkunsidratx il-pożizzjoni tar-residenti meta approvat it-talba tal-kunsill lokali Qormi biex parti minn Triq Valletta issir one way (minn Mill Street sa Cannon Road)? Meta saret it-talba mill-kunsill? Meta ġiet approvata t-talba mill-ADT? Tista' l-ADT tikkunsidra li t-triq issir one way minn Mill Street sa Qormi football ground u tkompli bħala two way mill-istess football ground sa Qormi Road, b'dan il-mod ikun qiegħed xorta jittaffa t-traffic flow mid-direzzjoni ta' Mill Street għal Qormi Road u fl-istess ħin jaġevola lir-residenti fit-talbiet u l-preokkupazzjonijiet tagħhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi t-talba finali, bil-pjanti emendati kif suġġerit mid-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku, saret mill-Kunsill Lokali Qormi fil-11 ta' Ottubru, 2004. Dan sabiex Valletta Road issir one way minn k/m Mill Street sa k/m Cannon Road u din kienet parti minn skema ta' junction upgrading bejn Cannon Road, Valletta Road u Triq Correa li kienet tinkludi wkoll junctions oħra fl-inħawi. Saru laqgħat mal-Kunisll Lokali u, wara spezzjoni dettaljata fuq il-post minn uffiċjali tad-Diretorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku u analiżi tal-pjanti sottomessi mill-Kunsill Lokali, l-approvazzjoni għall-junctionsħarġet fl-1 ta' Diċembru 2004.

Liċenzji tas-Sewqan

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul is-sena 2004 sal-lum xahar b'xahar, kemm kienu l-persuni li għamlu t-test għal-liċenzja u kemm weħlu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-ammont ta' persuni li għamlu it-test tal-liċenzja u kemm weħlu matul is-sena 2004 sa Jannar 2005 xhar b'xhar huwa kif jidher hawn taħt:- STATISTIKA EŻAMI TAS-SEWQAN JAN-DIĊ 2004, JAN 2005 (MALTA U GĦAWDEX) Drivng Tests Carried Out Failed Test 2004 Jannar 514 48 Frar 405 18 Marzu 618 30 April 729 53 Mejju 289 151 Ġunju 340 145 Lulju 405 172 Awissu 521 296 Settembru 463 246 Ottubru 593 377 Novembru 668 485 Diċembru 654 382 TOTAL 6199 2403 2005 Jannar 699 282

Barrakka ta' Fuq — Proġett tal-lift

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar minnu l-proġett tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq? Għandu l-ħsieb il-gvern li jsir dan il-proġett? Kemm hu stmat li jiswa? Meta mistenni terġa' toħroġ sejħa biex isir il-proġett jekk għad hemm il-ħsieb?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li għad li l-ebda konsorzju jew intrapriża ma wriet interess fis-sejħa għall-Lift tal-Barrakka iddatat Frar ta’ 2004 il-proġett għall-sistema ta’ trasport vertikali fil-Belt Valletta għadu fi ħsieb il-Gvern. Dan il-proġett qed jiġi integrat ma’ l-istudju għal trasport iżjed wiesgħa li jaqdi il-ħtiġijiet ta’ Belt moderna.

Proġett connections

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-proġett connections?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-proġett Connections li kien mniehdi fl-1998 b’forma ta’ Call for Submissions kien msejjes fuq l’idea li tinħoloq sistema ta’ Trasport fil-Port il-Kbir sabiex jiffaċilita l-aċċess għall-Proġett Kapitali. Il-konklużjonijiet tal-bord msejjaħ sabiex jistudja il-proposti kien ħareġ bir-rakomandazzjoni li l-ebda proposta ma kienet tissodisfa il-kriterji u il-parametri tad-Development Brief. Il-Kabinett ħa deċiżjoni sabiex dan il-proġett jiġi miżmum u il-Lift tal-Barrakka jiġi żviluppat separatament. Fil-fatt it-tender tal-Lift kien ppublikat.

Tas-Sliema — Chalet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ix-Chalet ta' Tas-Sliema hux se jiġi żviluppat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa l-iżvilupp fuq ix-Chalet ta’ Tas-Sliema għaddej mill-aħħar fażi ta’ deċiżjonijiet fuq il-permess li huwa marbut ma’ l-EIA li ġie kummissjonat mill-MEPA.

Mellieħa — Triq il-Wied ta' Ruman

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata l-linja ta' Triq il-Ġdida fi Triq il-Wied ta' Ruman fil-Mellieħa u din il-linja tiġi ndikata b'mod ċar lir-residenti u lil min qed jibni fl-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi r-responsabilta tal-għoti tal-linja u l-livelli f'toroq residenzjali hi tal-MEPA. Għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.