Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2009 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 9168 u 7771 u jinforma lill-Kamra bil-lista dettaljata ta’ kemm il-Ministeru awtorizza li jinxtraw karozzi ġodda tul l-aħħar sena u kemm-il kuntratt ġdid għall-kirjiet ta' vetturi sar tul l-istess sena mill-Gvern u kemm kien hemm każijiet ta' xiri u kiri ta' vetturi li ma kienx awtorizzat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt jew xogħol ħadu l-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità, dipartiment, awtorità u simili li jaqgħu fi ħdanu, mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt/xogħol u f’kull każ inħarġu sejħiet għall-offerti pubbliċi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi għamel użu mis-servizzi tal-kumpaniji imsemmija fi tlett okkazjonijiet bi spiza medja ta’ €330 kull darba. F’kull każ ġew segwiti r-regoli finanzjarji tas-servizz pubbliku.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet, anki ta’ Segretarju) ? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux permezz ta’ direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata ebda xogħol lill-individwu kkonċernat mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-allowance li qed tingħata lill-first time buyers fuq xiri tad-djar tapplikax ukoll għall-persuni li jkunu ngħataw donation ta' proprjetà mill-ġenituri tagħhom anke f'każ li d-donation ma tkunx residenza?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-Avviż Legali 393 tal-2013 l-allowance li qed tingħata lill-first time buyers ma tapplikax għall-persuni li qabel ix-xiri tad-dar ikunu ngħataw donation ta’ propprjetà mill-ġenituri tagħhom anke f’każi fejn id-donation ma tkunx residenza peress li donation hija akkwist inter vivos.
Ministeru għall-Finanzi — reklamar u public relations
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2274 u jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u dipartiment li hi jew hu fi ħdan dan il-Ministeru, fuq reklamar jew public relations mill-11 ta' Marzu 2013 'il hawn? F'liema media sar dan ir-reklamar u permezz ta' liema aġenzija jew kumpanija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema ta' ħlas b'lura tal-VAT?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha ingħataw separatament ġiet ikkuntattjata mid-Dipartiment tal-VAT u nfurmatna li l-każ gie risolt.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm diretturi ġenerali, diretturi u assistenti diretturi li rriżenjaw jew tneħħew fil-Ministeru u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata tal-lum? Jista’ jindika r-raġuni għar-riżenja tagħhom u l-pożizzjoni li kienu jokkupaw?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali u l-MFSA.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7771 u jinfroma lill-Kamra bil-lista dettaljata kemm il-Ministeru awtorizza li jinxtraw karozzi ġodda tul l-aħħar sena u kemmil-kuntratt ġdid għall-kirjiet ta' vetturi tul l-istess sena mill-Gvern u kemm kien hemm każijiet ta' xiri u kiri ta' vetturi li ma kienx awtorizzat?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministru għall-Finanzi — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8727 u jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Tax Guidelines for Highly Qualified Person Rules — Avviż Legali
Question
Fir-rigward tal-Avviż Legali 106 tal-2011 - Subsidiary Legislation 123.126 (Highly Qualified Persons Rules), jista' l-Ministru jagħti spejgazzjoni dwar emenda 16 tal-2014 li daħlet fis-seħħ f'dan l-Avviż Legali f'Jannar li għadda? Peress li dan l-Avviż Legali jirregola l-kriterji ta' persuni bi kwalifiċi għolja sabiex dawn jiġu kkunsidrati eliġibbli li jibbenefikaw minn rata ta' taxxa imnaqqsa għall-15%, jista' jgħid fir-rigward tal-emenda 16 tal-2014, x'inhuma dawn il-kriterji? Dwar l-istess emenda, jista' jgħid xi studji saru u kemm qed jiproġetta li jidħlu applikazzjonijiet kull sena? Kemm daħlu applikazzjonijiet s'issa bis-saħħa ta' din l-emenda u f'isem min? Jista' jagħti spjega dwar kif din l-emenda tinkwadra mal-iskop oriġinali li għalih kien iddaħħal dan l-avviż legali hekk kif spjegat fl-introduzzjoni tat-Tax Guideline for Highly Qualified Person Rules u kif din se tkompli tgħin jintlaħaq l-għan imsemmi fl-istess introduzzjoni ta' dawn il-guidelines?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn żmien għal żmien il-Highly Qualified Persons Rules ġew emendati biex iddaħħlu setturi ġodda tal-ekonomija u kategoriji ġodda ta’ persuni b’livell għoli ta’ kwalifiki fis-settur li jistgħu jikkwalifikaw għall-inċentiv mogħti minnhom, jiġifieri ta’ taxxa ta’ 15%. L-iskop tar-regoli kien u għadu dak li fejn hemm xi nuqqasijiet ta’ nies kwalifikati f’ċertu setturi, ikunu jistgħu jiġu mħajra barranin biex jiġu jaħdmu Malta għal perijodu li ma jaqbiżx il-ħames snin, sabiex sadinattant jiġu ttrenjati Maltin f’dawn l-oqsma. L-oqsma msemmija fil-LN huma s-servizzi finanzjarji, il-gaming u s-settur tat-traspost u tal-avjazzjoni. L-emenda ta’ Jannar (AL 16 tal-2014) kienet fil-fatt fis-settur tal-avjazzjoni billi ddaħħal pożizzjoni oħra ta’ CEO f’entitajiet li għandhom liċenzja ta’ aerodrome. Saru konsultazzjonijiet dwar dan mas-setturi konċernati, jiġifieri Transport Malta u l-MFSA.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8453 u jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Settembru 1998 u Dicembru 2010, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Fil-każ tat-Treasury, FIAU, Lotto, Contracts, Customs, NSO, IRD, Stock Exchange, MFSA, EPD u Commisioner for Revenue, ir-risposta hija fin-negattiv.
L-informazzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew il-kampanji pubbliċitarji dwar il-budget bejn is-snin 2004 u 2012, sena b’sena b’mod separat ? Jista’ jagħti break down ta’ kif intefaq kull ammont u fuq xiex saret kull nefqa sena b’sena? Għal kull spiża li saret, jista’ jgħid jekk inħarġitx tender jew jekk ingħatatx b’direct order u lil min ingħata x-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tal-Ministeru, il-Borża ta’ Malta, il-Kuntratti, id-Dwana, l-EPD, it-Taxxi Interni, Lotto, l-MFSA, l-NSO u t-Teżor, ir-risposta hija fin-Negattiv.
L-informzzjoni mitluba ma tinkludix il-Bank Ċentrali.
Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta kien iffirmat il-ftehim jew protokoll mal-Gvern Ċiniż fil-Leġiżlatura preċedenti li permezz tiegħu l-Gvern Ċiniż intrabat li jagħmel xogħol ta’ tisbiħ sostanzjali fil-Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija? X’inhu l-valur tax-xogħol li għandu jsir?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt mal-Gvern Ċiniż kien iffirmat fis-16 ta’ Novembru, 2012. Il-valur tax-xogħol li għandu jsir fil-Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija , hu ta’ 35 miljun RMB (Renminbi Ċiniż), ekwivalenti għal madwar €4.17 miljun. Dawn l-ispejjeż qed jiġu koperti mill-Gvern Ċiniż.
Ministeru għall-Finanzi — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi d-dipartiment tal-VAT talab u ngħata servizz lill- individwu għalkemm l-invoice għal tali servizz ħarġet minn kumpanija privata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-MFSA li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Jista’, għal kull impjegat jgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Jista’ jgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Jista’ jgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ingħataw l-impjieg b’mod indefinit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-4 ta’ Frar 2013, 21 impjegati fi ħdan l-MFSA kellhom il-kuntratt definit tagħhom mibdul għal wieħed indefinit. Sussegwentament, 4 impjegati oħra kellhom il-kuntratt tagħhom ukoll mibdul b’mod simili wara li l-impjieg tagħhom ġie ikkonfermat mat-tmiem tal-perjodu tagħhom tal-‘probation’. L-istatus li kienu mpjegati fih qabel inħarġet l-ittra biex jinqaleb għal-kuntratt definit ma nbidilx. Il-kopji kollha ta’ dawn l-ittri nagħtaw lill-Ministeru tal-Finanzi biex jagħdduhom lill-PAHRO fit-3 ta’ April 2013.
Hija proċedura li l-ittri li għandhom x’jaqsmu ma’ mpjieg jew tibdil fil-kundizzjonijiet jiġu ffirmati mic-Chief Operations Officer b’awtorità mill-Co-crdination Committee u għan-nom tal-MFSA.
L-impjegati li kienu f’din l-iskema kienu fil-gradi kif gej:
1 – Deputy Director
1 – Senior Manager
6 – Manager/Analyst Grade 1
2 – Administrative Assistant
1 – Clerk Grade 2
13 – Clerk Grade 1
1 – Trainee Clerk
Billi jidher li l-Ministeru responsabbli mill-Agrikultura mhux involut fl-iċċekkjar ta' prodotti, pjanti u annimali li jidħlu f'pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' border inspection checks kien hemm li fihom inqabdu prodotti ta' laħam, ħaxix jew pjanti, u ħut, li nstab li ma kenux kif suppost li kienu ddikjarati, f'dawn l-aħħar 12-il xahar? F'kull każ x'passi ttieħdu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull importazzjoni ta’ prodotti ta’ annimali u pjanti minn pajjiżi terzi dejjem tiġi riferuta lill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jiġu rilaxxati mid-Dwana.
Fil-każ ta’annimali u prodotti ta’ annimali dawn jiġu riferuti lill-
Border Inspection Post
(Veterinarju) u fil-każ ta’ pjanti, dawn jiġu riferuti lill-
Plant Health Department
.
Aktar informazzjoni tista’ tintalab mingħand il-Ministeri kkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm prodotti agrikoli li kienu deħlin mis-swieq barranin, kemm dawk Ewropej, kif ukoll minn barra mill-Ewropa, li fil-fatt inżammu mid-dwana? X'tip ta' prodotti nżammu, kemm kien l-ammont f'piż involut u x'sar mill-istess prodotti u dan dejjem matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi prodotti agrikoli minn barra l-Ewropa jiġu riferuti lid-Dipartiment tas-Saħħa u lid-Dipartimenti tal-Plant Health.
Matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, id-Dwana żammet tmintax-il konsenja li waslu Malta bil-posta/
courier/
ajruport u li l-piż tagħhom kien wieħed negliġibli. Dawn il-konsenji kienu jikkonsistu fi pjanti li ma kellhomx iċ-ċertifikati meħtieġa.
Il-prodotti miżmuma ġew distrutti taħt il-ħarsien ta’ l-uffiċjali tad-dwana u dawk tal-
Plant Health.
Ministru għall-Finanzi — PR u media events – nefqa totali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-10 ta' Marzu 2013 sal-lum xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.