Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10578 u jgħid jekk sarx użu mill-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal u l-proċess ta’ konsultazzjoni dwarha li kienet tfasslet minn gvern preċedenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10644.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10579 u jgħid x’qed iżżid il-Politika Nazzjonali dwar it-Tfal il-ġdida fuq dik li kienet diġà tfasslet fis-snin li għaddew?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10644
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm huma l-persuni li se jibbenefikaw minn support ta’ LEAP? Kif applikaw jew setgħu japplikaw persuni biex jingħataw għajnuna dawk li kienu interessati? X’xogħol qed jagħmlu dawk li ntgħażlu u ma’ min?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nnforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ttamat li l-proġett LEAP iwassal li permezz ta’ outreach aktar wiesgħa fil-komunita jintlaħqu dawk il-persuni u familji vulnerabbli u jingħataw l-għajnuna neċessarja. Dan qed isir flimkien ma’ diversi Dipartimenti u entitajiet governattivi, N.G.O.’s u ħafna oħrajn.
Il-proċess li ppermetta l-benefiċjarji / entitajiet biex ikunu parti mill LEAP seħħ kif indikat:
Matul l-aħħar xahrejn, e-mails ġew mibgħuta lill-NGOs kollha rreġistrati mal-Kummissjoni għall-Organizzazzjonijiet Volontarji kif ukoll lil Kunsilli Lokali u Parroċċi. Dawn ġew mitluba biex jimlew formoli ta' applikazzjoni biex jieħdu sehem fil-LEAP bħala l-benefiċjarji, li se jospitaw l-apprendisti. Sabiex jiġi żgurat li r-relazzjoni tkun waħda tajba u affidabbli bejn il-benefiċjarju u l-entita, l-entitajiet ġew imħeġġa biex jinnominaw ismu. Wara li dan il-proċess ġie konkluż, saret sejħa għall-benefiċjarji u permezz tal-appoġġ tal-ETC, (mail shots ġew mibgħuta lill-klijenti kollha tagħhom). Dan il-proċess renda aktar minn 350 applikani, li għaldaqstant ippermetta li tintlaħaq il-mira inizjali ta 200 persuna.
Ix-xoġħol li qed jingħataw lill-benefiċjarji huwa determinat mill-entità, li qed tospitahom skond il-proċess ta' tqabbil tal-ħiliet tagħhom. Il-mentors soċjali tal-proġett LEAP ser jgħinu u jakkumpanjaw il-benefiċjarji tul it-tmien xhur tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li qed jieħdu s-servizz ta’ meals on wheels f’din l-aħħar sena? Jista’ jgħid jekk hemmx waiting list?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta' benefiċċjarji li qed jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels fil-preżent huwa 355 .
In-numru ta’ nies li qed jistennew li jingħataw is-servizz hu ta’ 371.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li għadhom jaħdmu wara l-età tal-irtirar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandu f’idejh id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta li hemm 9,935 persuna li qegħdin jirċievu l-pensjoni tal-irtirar, u li għandhom impjieg miftuħ u irreġistrat mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħriġ (ETC).
Pensjonanti – impjieg fil-Qasam tal-Kura tal-Anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pensjonanti li għadhom jaħdmu fil-qasam tal-kura tal-anzjani? Jekk iva, x’inhu l-impjieg tagħhom?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ hawn tlett (3) impjegati li huma pensjonanti li għadhom f’dan il-qasam tax-xogħol. Wieħed (1) minn dawn l-impjegati huwa Enrolled Nurse u t-tnejn (2) l-oħra huma Staff Nurse.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod tal-anzjani mixtrijin fil-privat? Liema huma dawn id-djar u x’inhi l-ispiża?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li hemm 553 sodda mixtrija mil-privat u l-ispiża minn Jannar sa Awwissu 2014 kienet ta’ €4,997,606.55. Dawn is-sodod huma mixtrijin minn dawn id-djar:
§ Casa Arkati
§ Central Home
§ Roseville
§ Villa Messina
§ Dar Saura
§ Casa Serena
§ Holy Family Home
§ Casa Leone
§ Residenza Sant’Anna (ISLA)
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li għalqu l-età tal-pensjoni u li għadhom fl-impjieg kemm mas-settur pubbliku jew ma' xi entità pubblika kif ukoll mas-settur privat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandu f’idejh id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, jirriżulta li hemm 9,935 persuna li qiegħdin jirċievu l-pensjoni tal-irtirar, u li għandhom impjieg miftuh u irreġistrat mal-Korporazzjoni tal-Impjiegi u Taħriġ (ETC).
Inżid ukoll illi, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ma għandux fil-pussess tiegħu l-informazzjoni mitluba rigward is-settur tal-impjieg għaliex mhix neċessarja sabiex tiġi maħduma l-pensjoni kontributorja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ċittadini Maltin u Għawdxin li għandhom mitt sena jew aktar u li jgħixu f'pajjiżna? Jista' jindika l-età u n-numru ta' persuni f'dik l-eta'?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Djar tal-anzjani tal-Gvern — pazjenti trasferiti mill-Isptar Mater Dei
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar ta’ l-anzjani tal-gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Mejju 2014, xahar b’xahar, u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern, bejn Jannar u Mejju 2014, u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar u Mejju 2014, xahar b’xahar, u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm mietu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar u Mejju 2014, xahar b’xahar, u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema pożizzjonijiet ta' deċiżjoni qed tirreferi u xi gradi.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà il-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema pożizzjonijiet ta' deċiżjoni qed tirreferi u xi gradi.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema pożizzjonijiet ta' deċiżjoni qed tirreferi u xi gradi.
Residenza San Vinċenz de Paul – mediċini out of stock
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura x’mediċini jew prodotti kienu out of stock fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura sallum kien hemm total ta’ 131 mediċini jew prodotti li f’xi żmien jew ieħor kienu out of stock fir-Residenza San Vinċenz de Paule. Il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.