Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm studenti f'din is-sena akkademika fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn? Kemm hemm bniet u kemm hemm subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta' studenti f'din is-sena akkademika fl-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn huwa ta' 643 li minnhom 328 huma subien u 315 bniet.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra dwar kemm hemm studenti f'din is-sena akkademika fl-Iskola Primarja u sekondarja ż-Żejtun? Kemm huma bniet u kemm huma subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f'din is-sena akkademika t-total ta' studenti fl-iskejjel primarji u s-sekondarja tal-bniet taż-Żejtun huwa kif ġej:-
Skola Primarja 'A':- 219 subien u 222 bniet - Total 441
Skola Primarja 'B':- 106 subien u 118 bniet - Total 224
Skola Sekondarja:- 697 bniet
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm studenti f'din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji tal-Fgura? Kemm huma bniet u kemm huma subien?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Intepellant illi t-total ta' studenti f'din is-sena akkademika fl-iskejjel primarji tal-Fgura huwa kif ġej:-
Skola Primarja 'A':- 271 subien u 228 bniet - Total 499
Skola Primarja 'B':- 162 subien u 146 bniet - Total 308
Peress li f’mistoqsija parlamentari 2177 il-Ministru wieġeb li l-Gvern preżenti kien kommess li jkompli bl-iskema ta’ ingaġġ ta' persuni b'diżabilità mal-kunsilli lokali u anke kommess li l-istess skema tiġi estiża għall-għaqdiet volontarji u entitajiet governattivi biex jinħolqu madwar 150 impjieg ieħor għal persuni b'diżabilità fil-komunità, 50 minnhom f'Għawdex , u peress li f’mistoqsija parlamentari 6590 il-Ministru kien qal li f'Għawdex kienu ġew ippustjati sitt persuni b'diżabilità taħt din l-iskema, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li jiġu ppustjati l-44 l-oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li peress li l-politika dwar persuni b'diżabilità taqa' taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7107, jista' l-Ministru jelenka kull laqgħa li hu kellu ma' kull prinċipal u kap tal-kulleġġi u f'liema minn dawn il-forahumakollha qalulu li jridu l-co-ed fil-kulleġġi tagħhom? Jista' jelenka ukoll il-laqgħat li kull prinċipal kellu mal-għalliema tiegħu/tagħha qabel wasal għal din id-deċiżjoni/rikjesta?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Matul is-sena skolastika li għaddiet kif ukoll din is-sena kelli diversi laqgħat kemm mal-prinċipali u l-kapijiet kollha kif ukoll ma' prinċipali ndividwali li urew l-impenn li l-ko-edukazzjoni sekondarja tiddaħħal f'kull kulleġġ ta' Malta u Għawdex.
National Anti Doping Organisation – fondi allokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm tnaqqis fil-fondi allokati għan-NADO (National Anti Doping Organisation) meta mqabbel mas-snin preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-budget allokat għan-NADO mhux se jonqos meta mqabbel mas-sena preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jonqsu t-testijiet tal-Anti Doping fuq l-atleti Maltin kemm fuq dawk out of competition kif ukoll dawk in competition?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li mhux ser jonqsu l-ebda testijiet tal-Anti Doping fuq l-atleti Maltin.
Università — mature students - stipendju u smart cards
Question
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-mature students tal-Università ta' Malta għadhom mingħajr risposta dwar jekk humiex se jingħataw stipendju u smart card hekk kif kważi għaddiet sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet waslu għand il-Maintenance Grants Board fil-Milied, minkejja li s-sena skolastika kienet ilha li bdiet minn Ottubru. Kien l-SMG Board li ħa l-inkarigu jorganizza u jivvettja dawn l-applikazzjonijiet. Xogħol li suppost sar mill-uffiċjali inkarigati fl-uffiċċju tal-Istudents Maintenance Grants tal-Universita` ta’ Malta u tal-MCAST. Ħafna minn dawn l-applikazzjonijiet diġa ġew deċiżi u r-risposti ntbagħtu lill-Uffiċċju tal-Istipendji sew ġewwa l-Universita` kif ukoll ġewwa l-MCAST, biex jiġu trasmessi lill-istudenti.
Jidher li ma kienu jinżammu l-ebda rekords ta’ x’qed jintalab u x’qed jingħata, u lanqas ma kienet qed tingħata importanza tad-dokumenti meħtiega li suppost jakkumpanjaw l-applikazzjonijiet bit-talbiet rispettivi, li jkunu jistgħu jagħtu stampa ċara finanzjarja ta’ kull individwu, biex tgħin lill-Bord jasal għal deċizjoni ġusta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ftehim li ġie ffirmat mal-Malta Football Association (MFA) fl-aħħar jiem jinkludix fih faċilitajiet li diġà inbeda x-xogħol fuqhom mill-amministrazzjoni preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-faċilitajiet li se jiġu ffinanzjati se jkunu proġetti fejn ix-xogħol fuqhom beda fi żmien l-amministrazzjoni preżenti.
Ftehim bejn il-Gvern preċedenti u l-MFA – somma addizzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-11-il grawnd li għalihom hemm referenza fl-istqarrija maħruġa mid-DOI numru 2823 u jgħid ukoll jekk is-somma indikata mis-segretarju parlamentari fl-istess ftehim hija addizzjonali għal dak li kien miftiehem mill-amministrazzjoni preċedenti jew hija parti mill-istess somma li fuqhom kien hemm qbil bejn l-istess Malta Football Association (MFA) u l-Gvern preċedenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward liema huma l-grawnds imsemmija fil-ftehim, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6808.
Peress li ma kien hemm l-ebda ftehim iffirmat bejn l-MFA u l-Gvern preċedenti, wieħed ma jistax jitkellem fuq somma addizzjonali jew jekk hijiex parti mill-istess somma.
Ftehim bejn il-KMS u Naxxar Lions FC fuq grawnd tal-futbol
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li kien ġie ffirmat bejn il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u Naxxar Lions FC f’Ottubru 2012 b’rabta mal-grawnd tal-futbol fl-istess lokalità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-ftehim mitlub mill-Onor. Interpellant.
B' referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5848, peress li l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li x-xogħol preparatorju fuq il-grawnd tal-futbol ta' Birżebbuġa sar fi żmien dan il-Gvern, jista’ l-Ministru jikkwota d-data ta' meta:
a) ġew ippreparati l-pjanti relatati ma’ dan il-proġett;
b) saret l-applikazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
ċ) ħarġu l-permessi relatati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar;
d) bdew jiġu ppreparati l-istimi relatati max-xogħlijiet neċessarji;
e) ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding mal-Kunsill Malti għal l-Isport biex l-art fejn se jinbena il-grawnd tingħata lill-Fondazzjoni li tmexxi l-klabbs tal-futbol ta' Birżebbuġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsijiet minn a) sa d) lill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura peress li x-xogħol preparatorju sar mill-Ministeru msemmi.
Rigward mistoqsija e), il-Memorandum of Understanding in kwistjoni ġie ffirmat fit-13 ta’ Frar 2013.
KMS – xiri ta’ laptops, tablets, mobiles u gadgets elettroniċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw laptops, tablets, mobile phones u gadgets elettroniċi oħra minn Marzu 2013 sal-lum fil-Kunsill Malti għall-Isport? Jista’ f'kull każ jgħid għal min inxtraw u kemm swew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
KMS – persuni li siefru business class u economy class
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kien is-safar tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) minn Marzu 2013 sal-lum? Min siefer? X'kienet ir-raġuni tas-safar? X kienet in-nefqa f'kull każ? Dawk li siefru Business Class u dawk li siefru Economy Class segwew il-prassi tal-KMS fil-ħames snin li għaddew? Jekk ma segwewx din il-prassi għaliex ġara hekk? F'liema każijiet ma ġietx segwita din il-prassi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6458, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jeskludi ukoll li hemm trattativi ma’ investituri Maltin li jista’ jkollhom ukoll interess barrani?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li f'dan l-istadju mhux qed isiru taħditiet ma' investituri Maltin.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar mal-Malta Football Association (MFA) li għalih saret referenza fl-istqarrija tad-DOI numru 2823?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Il-Ftehim li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — lista ta' direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li d-direct orders li ngħataw mill-Ministeru, inklużi d-dipartimenti u d-direttorati fi ħdanu, matul il-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.