Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-PBS it-trasmissjoni fuq TVM2 tal-Isports Forum li ġie organizzat minn Sport Malta bejn it-22 u t-23 ta’ April 2016? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ mistiedna li ġew intervistati waqt il-programm speċjali li sar fuq l-istess stazzjoni matul din l-istess trasmissjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjez marbuta ma’ dan l-avveniment kienu koperti permezz ta’ ftehim kummerċjali bejn il-PBS u Sport Malta. In-nies li ġew intervistati fl-istudio jew inkella ġie imxandar b’mod dirett l-intervent tiegħu/tagħha matul il-jumejn tal-Forum Nazzjonali huma:
Onor. Luciano Busuttil, Ċermen, SportMalta
Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport
Onor. David Agius, Kelliem għall-Oppozizjoni
Mark Cutajar, Kap Eżekuttiv, SportMalta
Julian Pace Bonello, President Kumitat Olimpiku Malti
Yves Le Lostecque, Kap tad-Dipartiment, Politika tal-Isport u l-Programmi, DG EAC, Kummissjoni Ewropea
Agata Dziarnowska, Uffiċjal tal-Politika tal-Isport u l-Programmi, DG EAC, Kummissjoni Ewropea
Dr John M. Cachia, Kummissarju, Uffiċċju tal-Kummisarju għas-Saħħa Mentali
Dr Jesmond Schembri, Maniġer Customer Care, Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali
David Gatt, Kap tal-Kommunokazzjoni, Maltco
Dr Karen Zammit Southernwood, Kap tat-Taqsima Regolatorja, SportMalta
Dr Charmaine Gauci, Direttur, Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u prevenzjoni tal-Mard, Ministeru tas-Saħħa
Joe Cassar, Head International and Events Department, MFA
Dr Marcello Presilla, Integrity Executive Sports Radar
Marco Mazzi, Rapprezentat ta’ Atleti Internazzjonali
Alvin Grech, Kap Eżekuttiv Gozo Sports Board
Miriam Teuma, Kap Eżekuttiv Aġenzija Żgħażagħ
Renzo Kerr-Cumbo, Senior Sports Lecturer, Istitut għas-servizzi tal-Komunita’, MCAST
Marijke Fleuren, President, Federazzjoni Ewropea tal-Hockey
Mr. Nicola Pietrangeli, Champion Taljan tat-Tennis,
Mr. Dermot Galea, Senior Facility Manager
Mr. Pierre Cassar, Kap Eżekuttiv, Awtorita’ tax-Xandir
Mr. Kevin Azzopardi, Uffiċjal Eżekuttiv tal-Edukazzjoni Fiżika
Mr. Mario Saliba, Segretarju Ġenerali, MESA
Dr Chris Bonett, Awtur tad-Dokument ta’ Konsultazzjoni tal-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi
Mr. Robert Portelli, Kap tal-Programmi, SportMalta
Ms. Vlada Kravchenko, Paralympics Swimmer
Mr. Alfred Effiong, National Football Team Player
Ms. Josephine Grima, National Basketball Team Player
Mr. Karl Izzo, National Waterpolo Coach
Jista’ l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex isiru t-tiswijiet neċessarji fi Triq Bertu Hyzler f’Ħal Qormi peress li hemm parti minnha li qed iżżomm għadajjar tal-ilma bil-konsegwenza li qiegħed jinħoloq inkonvenjent għar-residenti ta’ din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali se jgħaddi dan l-ilment lill-Perit tal-Kunsill sabiex jiġi evalwat, u jimxi skont ir-rakkomandazzjoni tiegħu u skont jekk il-Kunsil ikollux fondi biżżejjed għall-ispejjeż involuti biex isiru tiswijiet neċessarji fi Triq Bertu Hyzler f’Ħal Qormi.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward possibbilità ta’ għajnuna għall-pubblikazzjoni ta’ poeżiji?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Kunsill Malti għall-Arti joffri servizz ta’ brokerage għall-klijenti li permezz tiegħu kull min huwa interessat li jersaq lejn xi fond immexxi mill-Kunsill jew għandu xi mistoqsija dwar is-setturi kulturali u kreattivi, ikun jista’ jagħmel dan.
Il-persuna li dettalji dwaru ingħataw separatament għamlet użu minn dan is-servizz nhar it-28 ta’ Marzu 2016 meta għamlet kuntatt mal-Kunsill Malti għall-Arti permezz tat-telefon u kellmet lil wieħed mill-Creative Brokers.
Bħal ma jiġri f’kull każ, ingħatat spjegazzjoni ddettaljata dwar il-fondi mmexxija mill-Kunsill li jistgħu jkunu ta’ rilevanza għall-artist partikolari – bħal Malta Arts Fund u l-fond Komunitajiet Kreattivi. Minbarra spjegazzjoni fuq it-telefon, tingħata r-referenza tas-sit fejn wieħed jista’ jsib id-dettalji kollha marbuta mal-fondi u l-inizjattivi tal-Kunsill u tiġi offruta laqgħa li matulha tingħata aktar informazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratti ta' servizz li kellu l-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid jekk dawn il-kuntratti ngħatawx wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' April 1999 u u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra
Kunsill Lokali tan-Nadur – bini jew tiswijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tan-Nadur Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsilli Lokali tax-Xagħra, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsilli Lokali tal-Qala, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokalit tax-Xewkija u Ta’Sannat – bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla – bankini u culverts
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra, Ħaż-Żabbar u Bormla kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' bankini u culverts bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni taċ-ċitadinanza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha sentejn tistenna u t-tifel tagħha diġà huwa Malti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa inkarigat biex jikklampja karozzi f’postijiet pubbliċi u privati f'Malta u f'Għawdex? Jista’ jgħid b'liema awtorità jistgħu jagħmlu dan dawn il-kumpaniji/individwi privati? Jista’ jgħid jekk dawn il-kumpaniji għandhomx xi liċenzja speċjali u jekk hemmx xi żoni partikolari li huma clamping zones jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Skont l-Avviż Legali numru 65.13 huma l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Kunsilli Lokali kif ukoll l-Awtorita ta’ Trasport li jistgħu jikklampjaw vetturi minn postijiet pubbliċi, iżda mhux minn siti ndikati li huma privati.
Dan jista jsir kemm f’Malta kif ukoll ġewwa Għawdex.
Sabiex kumpanija privata jew individwi jkunu jistgħu joffru dan is-servizz, dan ikun jista jsir wara sejħa pubblika f’liema sejħa jintalbu numru ta’ kundizzjonijiet fosthom li jingħata servizz effiċjenti kif mitlub mill-awtoritajiet.
Bħala żoni sabiex ikunu jistgħu jiġu klampjati vetturi, dan ikun jista jseħħ biss f’dawk żoni mmarkati apposta b’sinjali ċari bi kliem ‘Tow Zone’ u sinjal ċar li jista jsir it-towing.
Art in Public Spaces Programme 2016-2018 – votazzjoni
Question
B'referenza għall-votazzjoni relatata mal-Proġett Art in Public Spaces Programme 2016-18, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ħadet Heritage Malta sabiex tkun assigurata t-trasparenza f’din l-votazzjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li meta s-sottomissjonijiet tal-imsemmi proġett ġew esebiti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti waqt in-Notte Bianca tal-2015, kien hemm uffiċjali inkarigati sabiex jieħdu ħsieb il-kaxxa tal-votazzjoni, kemm fil-loġġia tal-mużew kif ukoll mal-bank ewlieni tar-reception.
Heritage Malta – Heads u Managers – performance bonus
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-objettivi u l-kriterji kollha li fuqhom se jingħata l-performance bonus lis-CEO, il-Heads u l-Managers ta’ Heritage Malta matul is-sena 2016?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16842, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-miri milħuqa tas-CEO, Heads u Managers u b’liema persentaġġi?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza ghall-miri tal-2015 imniżżla fit-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 16842, minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni ma nħossx li din għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, iżda nistieden lill-On. Interpellant li jkellimni privatament.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma d-diffikultajiet li qegħdin jiffaċċjaw l-istores ta' Heritage Malta u għaliex numru ta' uffiċini, laboratorji, mużewijiet u siti spiċċaw mingħajr affarijiet bażiċi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma tafx bid-diffikultajiet imsemmija. Dan l-aħħar l-Aġenzija kabbret l-istores u daħħlet sistemi ta’ IT ġodda sabiex taħdem b’mod aktar effiċjenti u effettiv fit-tqassim ta’ stock.
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni għaliex fis-7 ta' Jannar 2016, parti mill-iscaffolding tal-Auberge d'Italie kien se jikkrolla fit-Triq il-Merkanti, Valletta? Jista' jgħid x’miżuri ħa tieħu Heritage Malta sabiex tipproteġġi l-persuni li jużaw din iż-żona u din il-binja mit-trabijiet li qed jinħolqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-iscaffolding tal-Berġa tal-Italja fl-ebda mument ma kien fil-periklu li jikkrolla, iżda sarlu intervent ta’ prekawzjoni ulterjuri minħabba l-irjiħat qawwija ta’ dawk il-ġranet. F’kull sit/proġett tagħha Heritage Malta taħdem skont il-liġijiet applikabbli. Dawn jiġu spezzjonati regolarment u fl-ebda mument ma nstab xi nuqqas f’dan ir-rigward.