Jista' il-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda f'pajjiżna fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena? Kemm kienu jimpjegaw ħaddiema f'kull sena u anke din is-sena? Kemm-il fabbrika talbet u għamlet estensjoni fil-bini fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u din is-sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm mistennija jiftħu fabbriki ġodda għal kumplament ta' din is-sena? Kemm mistennija jimpjegaw ħaddiema? F'liema qasam huma dawn il-fabbriki?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna? Jista' jagħti rendikont tal-politika tal-gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-każi fejn households għamlu użu mill-offerta fil-budget tal-gvern preċedenti dwar użu ta' solar water heaters?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti tagħrif dwar liema offerta qed jirreferi ħalli nkun nista' ntih l-informazzjoni mitluba.
Jekk pero' l-Onor. Interpellant qed jirreferi għar-refund li jingħata fuq il-ħlas ta' l-istallazzjoni tal-meter tad-dawl wara li daħħlu s-sistema tas-"solar water heater", in-numru ta' dawk li bbenefikaw kien ta' 124.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern dwar il-monopolju li jeżisti bħalissa f'pajjiżna fil-qasam tas-cellular telephones (mobile phones)?
Kemm iqis il-gvern li dan il-monopolju jservi tajjeb jew ħażin lill-konsumatur kemm fil-kwalita' u anke fir-rati li jitħallsu?
Jaf il-Ministru li dawn ir-rati huma ogħla sew mill-istess rati f'pajjiżi Ewropej?
Kemm hu konformi dan il-monopolju mat-talba tal-gvern preżenti li applika biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' liema kienu l-ibliet u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ fil-provvista ta' l-ilma matul ix-xhar ta' Ottubru?
Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari?
Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazjzoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu s'issa dawk il-familji jew individwi li bbenefikaw mir-refund fuq il-ħlas ta' l-istallazzjoni tal-meter tad-dawl wara li daħlu s-sistema ta' solar water heating fir-residenza tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jinea nfurmat li dawk il-familji jew individwi li bbenefikaw mir-refund fuq il-ħlas ta' l-istallazzjoni tal-meter tad-dawl wara li daħlu s-sistema ta' solar water heating fir-residenza tagħhom kien ta' 124.
Jista' il-Ministru ġentilment jelenka n-numru ta' nies jew fabbriki jew kumpaniji li qed jingħataw skont lura jew refund fuq id-dawl minħabba li fid-djar, fabbriki jew postijiet oħra stallaw sistemi ta' enerġija differenti u qed jitfgħu lura l-elettriku fil-grid tal-korporazzjoni Enemalta?
Kemm huwa dan is-sussidju?
Xi spejjeż oħra relatati ma twaħħil ta' meters ġew mitluba li jħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Enemalta — Sistema ta' enerġija elettrika permezz tar-riħ
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi taħditiet mill-korporazzjoni Enemalta ma investituri li jixtiequ jiżviluppaw sistema ta' enerġija ta' l-elettriku permezz tar-riħ?
Jista' jgħid fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħditiet?
Kien hemm xi forma ta' qbil fuq il-proposta tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanijiet tiegħu għal Ta' Qali Crafts Village? Jista' ipoġġi wkoll fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-kirja?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Wied il-Għajn — Triq Mintba - vultaġġ baxx ta' dawl
Question
Jista' il-Ministru jistħarreġ jekk hemmx xi problemi marbuta ma' vultaġġ baxx jew inkella xi tip ta' problema oħra marbuta mad-dawl fejn tidħol distribuzzjoni tiegħu fi Triq Mintba, Wied il-Għajn, speċjalment qrib l-aħħar sitt idjar fejn jidher li hemm xi wire żgħir li qed jissupplixxi l-elettriku?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-każ qiegħed jiġi nvestigat flimkien ma' każi oħra simili.
Siġġiewi — Ta' l-Għolja - vultaġġ baxx ta' l-elettriku
Question
Jista' il-Ministru jindaga għaliex ir-residenti ta' Ta' l-Għolja, Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi qiegħed ikollhom vultaġġ ta' l-elettriku tant baxx li lanqas jistgħu jixgħelu l-appliances kollha flimkien? Jista' jgħid kif u meta se tiġi riżolta din il-problema?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-problema ta' vultaġġ baxx hija kkawżata minħabba distanza twila mis-substation. Biex tittaffa din il-problema ġie propost feeder ġdid fuq is-sistema ta' vultaġġ baxx li x-xogħol fuqu għandu jinbeda kif jinħareġ il-permess mill-ADT. Hemm ukoll ppjanata substation ġdida li l-proċess fuqha huwa diġa mibdi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-amministrazzjoni preżenti għandix il-ħsieb li l-power station tal-Marsa tingħalaq? Jekk iva, x'inhu t-timeframe ta' din id-deċiżjoni? Jekk le, x'inhuma l-ħsibijiet jew pjanijiet tal-gvern dwar il-futur tal-power station tal-Marsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.