Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma s-salarji taċ-chief executive officers ta' l-awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpanniji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Niġbed l-attenzjoni ta’ l-Onorevoli interpellant li fid-dekasteru li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern ma hemmx awtoritajiet, fondazzjonijiet, korporazzjonijiet, kummissjonijiet, aġenziji, istituti u kumpaniji li fihom hemm maħtura Chief Executive Officers.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kemm–il persuna taħt l-eta` nstabu f’postijiet ta’ divertiment, barijiet, eċċ? F’liema lokalitajiet? Kemm–il sid tressaq / ser jitressaq il-Qorti? Kemm minnhom tressqu għal aktar minn darba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, il-Pulizija sabet 30 persuna taħt is-sittax-il sena f'postijiet ta' divertiment, ġewwa B'Bugia, Fgura, San Ġiljan u Żurrieq. Infurmat ukoll illi b'riżultat ta' dan inbdew jew ser jinbdew proċeduri kriminali kontra tlettax-il persuna responsabbli minn dawn l-istabbilimenti, li tmienja minnhom diġa` kellhom proċeduri kontra tagħhom.
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kemm–il membru tal-korp spiċċaw mis-servizz għaliex irtiraw minħabba li għalqu l-61 sena, jew għax iritiraw wara li għalqu l-25 sena servizz, jew għax irriżenjaw minn jeddhom, jew għax tkeċċew minħabba xi każ dixxiplinarju?
F”kull każ ta’ liema rank kienu, separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien hemm b’kollox 35 membru li spiċċa mill-Korp tal-Pulizija, kif jidher hawn taħt:
Raġuni
Supretendent
Spettur
Maġġur
Surġent
Kuntistabbli
Irtiraw bl-eta`
2
-
-
-
-
Għalqu 25 sena servizz
-
1
1
5
12
Irtiraw b’raġunijiet ta’ saħħa
-
-
-
-
2
Tkeċċew wara proċeduri PSC
-
-
-
-
1
Irreżinjaw
-
2
-
1
8
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12438, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk meta hemm talba għall-estensjoni tal-kuntratt ta' impjieg minn segretarju eżekuttiv, is-sindku jkollux dritt li jittermina l-istess kuntratt qabel ma jsejjaħ seduta tal-kunsill lokali u jitlob vot? Jekk is-seduta tkun issejħet u tħassret mill-istess sindku li jkun mgħarraf dwar it-talba uffiċjali għall-estensjoni, ikollu dritt l-istess sindku li ħassar il-laqgħa li kellha tiddiskuti l-estensjoni tal-kuntratt, joħroġ l-ittra ta' terminazzjoni tal-kuntratt? Jekk dan id-dritt jeżisti, jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li hemm xi ħaġa perversa f'dan kollu u allura jenħtieġ isiru xi bidliet f'dan ir-rigward?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kunsill jista' ma jiddiskutix it-tiġdid tal-kuntratt li jkun se jiskadi, iżda qed jiġu diskussi proposti sabiex din is-sitwazzjoni tinbidel.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta bdew isiru r-rapporti dwar l-effiċjenza tal-kunsilli lokali? Kemm-il rapport sar u meta sar fil-konfront tal-kunsill lokali ta' Santa Venera minn meta bdew dawn ir-rapporti sa l-aħħar ta' Marzu li għadda? X'kienu l-marki u r-rimarki ġenerali li ngħata dan il-kunsill lokali fuq il-funzjonijiet tiegħu f'kull rapport, rapport rapport, sa l-aħħar ta' Marzu li għadda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li r-rapporti dwar l-effiċenza tal-Kunsilli Lokali bdew isiru mill-1995.
Dan isir fuq numru ta’ punti li huma s-segwenti:- Ġonna Pubbliċi; Toroq, Bankini u Latrini Pubblici. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra nota spjegattiva ta’ kif sar dan tul is-snin.
L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tad-domanda qed tinġabar u tingħata f-seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid liema kunsilli lokali ġew investigati mill-ministeru jew mid-dpartiment għall-gvern lokali mit-twaqqif tal-kunsilli 'l hawn, għaliex saret l-investigazzjoni u x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjoni li saret?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li peress li mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali sal-lum, saru diversi investigazzjonijiet kemm mid-Dipartiment ghall-Gvern Lokali kif ukoll minn entitajiet oħra ikkummissjonati mill-istess Dipartiment, u peress li l-informazzjoni mitluba jeħtiġilha ħafna ħin u riżorsi biex tinġabar, ser tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12298, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ir-raġuni għaliex il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ ma ħallasx il-pagamenti dovuti lid-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni hijiex minħabba li qiegħed jikkontesta xi xogħol li ma sarx skond kif titlob is-sengħa u l-arti, jew inkella minħabba xi raġuni oħra?
Response (BORG, TONIO)
Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, il-kunsilli lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-kunsill lokali konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ hux qiegħed jopera b'deficit? Jekk iva, x'passi jista' jieħu dwar dan id-dipartiment tal-kunsilli lokali skond il-liġi? U eventwalment x'passi beħsiebu jieħu l-istess dipartiment?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-aħħar Rapport Finanzjarju ta' kull Kwart li jkopri sa Diċembru 2004, ma jirriżultax lil l-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) kellu 'deficit'. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, iżda, għadu qed jistenna l-aħħar Rapport Finanzjarju li jkopri sa Marzu 2005.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12437, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk ġaladarba saret talba mis-segretarju eżekuttiv tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ qabel ma ntemm il-kuntratt ta' l-impjieg u ġaladarba l-kunsill lokali kien se jiltaqa' f'seduta u ma ltaqax għaliex f'laqgħa li kellha tiddiskuti l-istess kuntratt ġiet imħassra mis-sindku, u ġaladarba nofs il-kunsilliera ma ġewx informati li l-kuntratt tas-segretarju eżekuttiv kien se jkun terminat, anke jekk b'mod awtomatiku, jekk dik il-laqgħa tiġi mħassra, għandhiex issir investigazzjoni biex jiġi stabilit jekk kienx hemm irregolaritajiet moħbija fil-kumbinazzjonijiet ta' l-eventwalita' tal-fatti?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda irregolarita' għall-fatt li t-tiġdid tal-kuntratt tas-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali Żebbuġ (Malta) ma ġiex diskuss. Dan peress li sal-lum ma hemm l-ebda obbligu li tali kuntratt jiġi diskuss qabel it-terminazzjoni tiegħu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dik il-persuna li waddbet flixkun tal-plastik bl-ilma lejn l-assistant referee fil-logħba tal-Ħadd 24 ta' April, 2005 bejn Gozo FC u St Georges fil-Gozo stadium? Kemm kien hemm pulizija għassa f'dan il-ground u kemm minnhom kienu mħallsa extra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi waqt il-logħba imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, f'ħin minnhom intefa' flixkun tal-ilma tal-plastik vojt lejn l-assistant referee, pero' dan ma ntlaqatx. Il-Pulizija mill-ewwel interveniet sabiex tidentifika lil min kien waddab dan il-flixkun minn qalb il-folla preżenti. Sfortunatament, s'issa dan baqa' ma ġiex identifikat. Pero' waqt dan l-intervent mill-Pulizija, kien hemm supporter ieħor li beda jinsulenta lill-Pulizija bi kliem oxxen. Dan ġie mneħħi mill-ground u ser jittieħdu proċeduri kriminali kontra tiegħu. Ninsab infurmat ukoll illi għal din il-logħba b'kollox kien hemm 15-il membru tal-Korp tal-Pulizija, li ħamsa minnhom kienu extra duty on payment.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri fil-korp tal-pulizija li matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, irriżenjaw jew ġew boarded out jew tkeċċew?
Xi grad kellhom u kemm kienu rġiel u kemm nisa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher hawn taħt:
RġielNisa
2001604
2002416
20034313
2004755
2005345
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' membri tal-korp li matul dawn l-aħħar ħames snin ingħataw unpaid leave? Liema karigi kienu jokkupaw dawn il-membri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li talbu u ngħataw unpaid leave tul dawn l-aħħar ħames snin kien kif jidher hawn taħt:
Rank
2001
2002
2003
2004
2005*
Spettur
-
-
1
2
-
Surġent
7
2
3
4
1
Kuntistabbli
22
12
18
31
4
*sat-13 ta' Mejju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformana għaliex ma ġewx rekluti fil-korp tal-pulizija membri ġodda skond l-aħħar sejħiet li saru? Fil-fatt meta saru l-aħħar sejħiet għar-reklutaġġ fil-korp tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kors ta' taħriġ għal Kuntistabbli skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet saret fit-13 ta' Lulju 2004, beda fl-Akkademja tal-Pulizija nhar it-Tnejn 9 ta' Mejju 2005.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-atti vandali deplorevoli li saru fuq Bieb il-Bombi u l-Istitut Kattoliku fil-bidu ta' dan ix-xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każi msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhix konkluża.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex proprjeta' fl-Imtarfa (ritratti qed jintbagħtu separatament) li ilha taħt l-amministrazzjoni tal-Gvern Malti sa minn meta ġiet trasferita mill-Gvern Ingliż, baqgħet abbandunata?
Billi l-ispiża biex tiġi restawrata hija enormi, jikkunsidra l-gvern li jikriha lill-privat bis-solitu metodu ta' l-offerti u ovvjament b'kundizzjonijiet li jassiguraw li din tiġi restawrata u titħalla fl-istat oriġinali tagħha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-proprjeta' in kwistjoni kienet ġiet ittrasferita lill-Awtorita' tad-Djar bl-Avviż Legali Numru 199 tad-9 ta' Novembru 1990. L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Wara d-deliberazzjoni tal-Qorti Ewropea għad-drittijiet tal-bniedem tat-22 ta' Frar, 2005 fil-każ tal-Pollakka Maria Hutten-Czapska ta' 74 sena kontra l-Istat, jikkonsidra l-Gvern Malti li issa għadda żmien biżżejjed biex jittieħdu l-passi neċessarji ħalli każi simili lokali jiġu indirizzati?
Billi hemm riskju li l-Gvern Malti jista' jiġi ffaċċjat b'xi kawża simili li eventwalment tittieħed Strasbourg għal deċiżjoni hemmhekk, għandu ħsieb il-gvern li jibda jaħseb biex jipprova jsolvi din il-problema?
Peress li hemm ħafna żgħażagħ taħt l-eta' li huma dilettanti ta' l-isparar fuq plattini, eċċ u jixtiequ ħafna jipprattikaw dan l-isport, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk huwiex maħsub tibdil fil-liġi limitatament għal skopijiet ta' sports, biex dawn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jipprattikaw dan l-isports?
Response (BORG, TONIO)
Dan is-suġġeriment diġa' ġie ikkunsidrat. Nirreferi ukoll għat-Tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 11864.
Billi kienu ħarġu xi tenders għal xi kmamar għall-xiri ta' caravans ta' l-Għadira u ma tefagħhom ħadd, hemm il-ħsieb li dawn jerġgħu joħorġu fil-futur qarib?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda offerti għal bejgħ ta' caravans jew kmamar fl-Għadira.
Permezz tal-Avviżi numri 56, 57 u 58 li dehru fuq il-Gazzetta tal-Gvern tal-24 ta' Marzu 2005, il-Caravan Sites C25, C26 u C27 fl-Għadira ġew offruti għall-kiri. L-offerti għalqu fl-14 ta' April 2005 u kien hemm offerti għal kull Caravan Site. L-offerti għadhom qegħdin jiġu aġġudikati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm kawżi fil-prim'awla tal-qorti ċivili li kienu diferiti għas-sentenzi fuq il-lista ta' nhar il-Ġimgħa 6 ta' Mejju 2005? Quddiem liema mħallef kienu ? Kemm minnhom ġew deċiżi u għal liema ġurnata ġew diferiti dawk li ma ġewx deċiżi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella hawn taħt:-
Ġudikant
Kawżi differiti għas-sentenza nhar is-6 ta' Mejju 2005
Kemm ġew deċiżi
Kemm differiti u għal meta
L-Onor. Imħallef Noel Cuschieri
1
1
-
L-Onor. Imħallef Joseph Azzopardi
5
3
2 (17/06/2005)
(30/06/2005)
L-Onor. Imħallef Giannino Caruana Demajo
3
1
2 (10/06/2005)
(06/12/2005)
L-Onor. Imħallef Gino Camilleri
41
4 (1 ċeduta)
37 (10/06/2005)
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi asfaltata Triq Annibale Preca ġewwa Ħal-Lija, li hija fi stat ħażin ħafna u li mindu ġiet introdotta sistema tal-one way fl-inħawi saret traffikuża ħafna?
Hemm xi ħsieb li r-roundabout li hemm f'tarf Vjal it-Trasfigurazzjoni f'Ħal-Lija tiġi sostitwita b'sistema ta' traffic lights peress li din ir-roundabout aktar tikkrea konfużjoni fit-traffiku milli tgħin?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Triq Annibale Preca taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali Lija. Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Dwar ir-roundabout li hemm f'tarf Vjal it-Trasfigurazzjoni f'Ħal Lija, din fil-fatt tinsab ġewwa Naxxar Road li hija triq arterja u taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Gvern Ċentrali. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant li għal din il-parti tal-mistoqsija jirreferi lill-Ministru konċernat.