Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11158 Sitting 181 1999-11-16 Oral · Interim From: CARMELO ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10728, jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti ngaġġati u x'konsulenza qed jagħtu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta aktar tard.
Leg 9 PQ #11117 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Pazjenti

Question

Jista l-Ministru issa jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10715?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-ewwel tlett domandi hija skond it-tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar il-partijiet l-oħra nista` ngħid li safejn wieħed jista jara għadu qiegħed isir abbuż mid-Dipartiment ta` tal-pazjenti f`A & E Department hija approx. 300 li minnhom 35-40% huma każijiet ta` III, li jiġu definiti bħala każijiet li jistgħu jiġu kkurati fil-Health Centres. Id-Dipartiment tas-Saħħa ser jerġa, fiż-żmien qarib, jagħmel serje ta` il-poplu jifhem u jitgħallem minn min għandu jintuża d-Dipartiment ta` l-Emerġenza.
Leg 9 PQ #11137 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Nursing Aide — Appointments

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħerġin l-appointments tan-nursing aide ta' l-Isptar ta' Għawdex u ta' San Vincenz de Paule?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lil-Onor. Interpellant jinidirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.
Leg 9 PQ #11144 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kuntratti ta' tindif ta' l-isptarijiet fl-aħħar tliet snin lill-kuntratturi privati? Min kienu l-kuntratturi u kemm kienu jiswew dawn il-kuntratti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa fuq kuntratti tat-tindif fl-Isptarijiet kienet hekk: General Cleaners 7.3.1996 - 21.9.1997 Lm513,798.47 Salamander Janitor Services 22.9.1997 - 3.11.1999 Lm962,884.20
Leg 9 PQ #11145 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Tindif

Question

Billi jingħad li se ssir koperattiva li tieħu ħsieb it-tindif ta' l-isptarijiet, jista' l-Ministru jgħid jekk inxtarax xi makkinarju jew apparat ieħor tat-tindif? Jekk iva, kemm intnefqu flus u jekk ħarġux tenders għal dan ix-xiri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif jaf l-Onorevoli membru, bħala espert tal-mediċina wasal iż-żmien li t-tindif fl-isptarijiet jibda jsir b'mod professjonali biex jitnaqqas ir-riskju ta' cross infection, u biex nassiguraw iġene adekwata għall-klijenti tagħna. Kif jaf l-Onorevoli membru, bħala espert tal-mediċina, fl-isptarijiet ma' tistax tnaddaf b'sistemi antikwati li jistgħu jxerrdu nfezzjonijiet u li għaldaqstant jipperikolaw is-saħħa tal-individwu. Għal dan il-għan il-Gvern, bħala parti mir-riforma fil-qasam tas-saħħa, qed jintroduċi pjan biex it-tindif fl-isptarijiet isir bl-aktar mod professjonali. Ngħarraf ukoll li biex naċċertaw li flus il-poplu jkunu qegħdin jintużaw bl-aktar mod effiċjenti ttieħdet deċiżjoni li l-kuntratt eżistenti tat-tindif ta' sezzjonijiet fl-Isptar San Luqa mogħti lill-privat jiġi fi tmiemu u s-servizz kollu jibda jingħata mill-ħaddiema ta' l-Isptar. Dan il-programm ta' tindif ser jiġi estiż għall-isptarijiet kollha tal-Gvern. Nifhem li din il-bidla radikali ser toħloq ċertu reżistenza, iżda wasal iż-żmien li kull impjegat tal-Gvern jagħti sehmu u ma jkunx ta' piż fuq it-taxxi tal-poplu Malti. Nifhem li din it-transazzjoni trid issir b'pass meqjus biex tagħti l-frott meħtieġ. Wasal iż-żmien li l-poplu Malti nagħtuh is-serjeta' li jixraqlu u dak li qed iħallas għalih bil-fatti. F'dan ir-rigward irrid infakkar li s-servizz ta' tindif mill-privat qiegħed jiswa lill-poplu madwar Lm600,000 fis-sena. Dan barra l-pagi ta' l-istaff li qiegħed mal-gvern u li l-job description titlob li jagħmlu t-tindif meħtieġ. Rigward it-tindif, dan ma jistax jibqa' jsir bil-moppijiet. Għaldaqstant ħarġu quotations wara konsultazzjoni u l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi sabiex jinxtara apparat industrijali tat-tindif bħal dak li jintuża fl-aqwa sptarijiet barranin. Ġiet aċċettata l-aktar offerta vantaġġjuża. Dan l-apparat sewa ċirka Lm105,000 li n-net capital return fuq din is-somma hija ta' anqas minn ħames (5) xhur.
Leg 9 PQ #11168 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ċimiterju privat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-gvern dwar bini ta' ċimiterju u crematoria mill-privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tal-Gvern fir-rigward ta' bini ta' ċimiterji privati, hi li wara li l-applikant iġib l-approvazzjoni neċessarja mill-Awtorita' ta'l-Ippjanar, issir applikazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa, liema applikazjoni tiġi mbagħad ikkonsidrata skond il-provedimenti tal-liġijiet eżistenti u fuq il-merti tagħha. Fir-rigward ta' krematorju, ma hemm l-ebda provediment fil-liġi fuq dan is-suġġett, filwaqt li l-Gvern għad ma għandu l-ebda applikazzjoni għall-bini ta' krematorju privat.
Leg 9 PQ #11269 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

San Luqa

Question

Peress illi nhar it-Tnejn li għadda diversi pazjenti , fosthom Għawdxin, li marru għal check-up fl-Isptar San Luqa reġgħu ntbagħtu lura bla ma sarilhom xejn minħabba l-eżerċizzju li sar fl-ajruport ta' Malta, liema eżerċizzju kien jinvolvi anke l-isptar ewlieni fuq imsemmi u diversi minn dawn il-pazjenti, minħabba t-testijiet li kellhom isirulhom, kien ilhom sajmin tlett ijiem; li l-Għawdxin ikollhom jieħdu battikata biex jiġu Malta, speċjalment meta jkollhom bżonn tal-kura; li parti kbira ta' dawn il-pazjenti huma ħaddiema u kellhom jieħdu l-leave biex setgħu jattendu għal dawn it-testijiet li baqgħu ma sarulhomx, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-pazjenti humiex se jiġu kkumpensati ta' l-ispejjeż bla bżonn li dawn għamlu u tax-xogħol li tilfu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nhar it-tnejn li għadda sar `Major Disaster Exercise` li involva is-servizz ta` l-Isptar San Luqa. Minħabba s-serjeta li eżerċizzju bħal dan jirrikjedi, u minħabba li l-Isptar irid jimxi skond il-`Major Disaster Plan`, xi servizzi jkollhom bil-fors jew jieqfu jew jiġu proposti. Dan kemm jista jkun jiġi limitat sabiex is-servizz normali ta` l-Isptar jibqa għaddej. Wieħed irid jifhem, li eżerċizzji bħal dawn isiru mingħajr avvis sabiex ikollna prova ta` kemm is-servizzi tagħna ikunu ippreparati jirrispondu għall eventwalita din. Irrid inżid li r-rispons kien posittiv.
Leg 9 PQ #11052 Sitting 179 1999-11-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Skejjel — Indafa fit-tuckshops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet fit-tuckshops ta' l-iskejjel ta' l-Istat biex ikun żgurat li hemm l-indafa u li l-prodotti mibjugħa huma ta' benefiċċju għall-istudenti u skond il-pariri tat-taqsima tas-saħħa? Jekk saru f'din is-sena skolastika, jista' jgħid fejn saru u jekk instabitx xi infrazzjoni? Saru xi spezzjonijiet simili fit-tuckshops ta' l-iskejjel tal-Knisja u tal-Privat?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal kull sena preċedenti, saru spezzjonijiet fit-tuckshops ta' l-iskejjel ta' l-istat biex ikun żgurat li kemm l-indafa kif ukoll li l-prodotti mibjugħa huma ta' benefiċċju għall-istudenti u skond il-pariri tat-taqsima tas-saħħa. L-informazzjoni mitluba li tirrigwarda spezzjonijiet hija murija fit-tabelli li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Kull infrazzjoni misjuba dejjem tiġi rreferuta lid-dipartiment ta' l-Edukazzjoni kif ukoll lill-individwu kkonċernat. Dwar spezzjonijiet simili ġewwa tuckshops ta' skejjel tal-Knisja u tal-Privat, s'issa saru żewġ spezzjonijiet ġewwa skejjel Privati u oħra ġo skola tal-Knisja, matul din is-sena skolastika. Hemm il-ħsieb li tali spezzjonijiet jitkomplew aktar tard.
Leg 9 PQ #9778 Sitting 178 1999-11-10 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Ċimiterju

Question

B'riferenza għat-talbiet tar-residenti tal-Mellieħa sabiex jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-lokal, jista' l-Ministru jinformani x'inhija s-sitwazzjoni wara dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jistudja l-possibilita' li minflok estenzjoni taċ-Ċimiterju eżistenti, jiġi rihabilitat iċ-Ċimiterju tal-Militar fl-istess lokal. Waqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 8366 dwar l-istess suġġett, ninfurmah ukoll li bħalissa d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed jistenna d-deċiżjoni finali tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar abbozz tal-pjan għall-Majjistral ta' Malta li tinkludi wkoll konsultazzjoni dwar dan iċ-Ċimiterju.
Leg 9 PQ #9483 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fiċ-ċentri tas-Saħħa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-27 t`April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 ġew impjegati tmienja (8) ħaddiema ġodda fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Dawn huma Speech Therapists li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm isiru fuq bażi permanenti wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Fil-fatt is-sejħa għall-mili ta` postijiet ta` Speech Therapist ħarġet mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gażżetta tal-Gvern tat-23 ta` Lulju 1999.
Leg 9 PQ #9484 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Polikliniċi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tal-polikliniċi? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-27 t'April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 saru 9 trasferimenti lill-ħaddiema tal-polikliniċi. Minnhom 6 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 9 PQ #9485 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar San Luqa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-27 t'April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 saru 32 trasferiment lill-ħaddiema ta` l-Isptar San Luqa. Minnhom 25 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #9486 Sitting 177 1999-11-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Luqa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-27 t`April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999 ġew imjegati 137 ħaddiema ġodda fl-isptar San Luqa. Minnhom 1 Consultant Anaesthetist. 1 Medical Officer, 1 Nursing Aide u 1 Senior Registrar (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mid-Diviżjoni tas-Saħħa. 50 Houseman ġew impjegati għal perjodu ta` sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta` postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gażżetti tal-Gvern indikata hawn taħt: Gażżetta tal-Gvern Enrolled Nurse 23 28.09.99 Medical laboratory Technologist 15 23.07.99 Speech Therapist 1 23.07.99 Staff Nurse 44 13.07.99
Leg 9 PQ #10935 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Mellieħa — Triq Galileo - Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tas-Sanita' matul Ottubru 1999 wara lmenti ta' fawran tad-drenaġġ fi Triq Galileo fil-Kortin, limiti tal-Mellieħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-triq indikata, Triq G. Galileo, il-Kortin, l/o Mellieħa, hemm problema ta' infiltrazzjoni tad-drenaġġ f'waħda mir-residenzi. Qegħdin jittieħdu l-passi kollha meħtieġa inklużi testijiet biex din il-problema tiġi eliminata. Din hi l-unika problema li teżisti f'din it-triq li tirrigwarda drenaġġ. Minn spezzjonijiet li saru ma rriżultax li hemm l-ebda fawran tad-drenaġġ fit-triq imsemmija.
Leg 9 PQ #11092 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jesgħu karozzi l-faċilitajiet għall-parkeġġ ta' karozzi fl-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm minn dawn il-parkeġġi huma għall-impjegati? Min se imexxi dawn il-parkeġġi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-faċilitajiet għall-parkeġġ ta` jesgħa 2020 karozza. 1162 minnhom huma għall-impjegati. Madanakollu dan huwa in-numru minimu u nkunu f`pożizzjoni li nagħtu aktar dettalji meta joħorġu ir-riżultati tat-Traffic Impact Assessment u jiġu ffinilizati d-diskussjonijiet mall-Planning Authority. Għadu prematur biex wieħed jiddeċiedi dwar it-tmexxija ta` dawn il-parkeġġi.
Leg 9 PQ #11093 Sitting 176 1999-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jiġi jiswa l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dan huwa stadju ta` analiżi u diskussjoni u għalhekk huwa prematur li wieħed jagħti stima ta` kemm ser jiġi jiswa l-Isptar il-Ġdid f`tal-Qroqq.
Leg 9 PQ #11007 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Emerġenza — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1999 wara inċidenti tat-traffiku? Kemm minnhom intbagħtu ġewwa t-taqsima tal-kura intensiva? Kemm minnhom tilfu ħajjithom? Kemm-il pazjent daħal fid-Dipartiment ta' l-Emerġenza sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 wara inċidenti tat-traffiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għadha qed tiġi miġbura, tingħata aktar tard.
Leg 9 PQ #11008 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Tfal mibgħuta barra għal kura

Question

Meta ssir kampanja ta' ġbir ta' fondi biex tfal jintbagħtu għal kura medika barra minn Malta tenħtieġ l-approvazzjoni tal-ministru jew tad-Dipartiment tas-Saħħa? Il-Ministru qatt kellu dubbji serji fuq xi kampanja ta' ġbir ta' fondi u f'dan il-każ x'azzjoni ħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

A Talbiet biex pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta jiġu eżaminati mit-Treatment Abroad Committee (T.A.C.) Jekk jiġi deċiż li għandhom jintbagħtu barra, il-gvern iħallsilhom kollox minbarra l-passaġġ. Dan jitħallas wara li jsir test tal-meżżi. Jekk il-pazjent ikun taħt is-sitt snin u ma jkollux bżonn ta` `medical escort`, il-gvern iħallas ukoll il-passaġġ biss ta` wieħed mill-qraba. B Kampanji għal ġbir ta` fondi għal skop filantropiku jew ta` karita permess relattiv maħruġ speċifikament għal dan il-għan mill-Kummissarju tal-Pulizija. C Meta d-dipartiment kellu dubbju dwar is-serjeta ta` xi ġbir ta` fondi ta` dan it-tip inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #11044 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10803, jista' l-Ministru jgħid minn liema swali jew istituzzjonijiet oħra oriġinaw l-325 anzjani li daħlu Zammit Clapp?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-325 anzjan li daħlu Zammit Clapp ġew minn diversi sptarijiet kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #11045 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10803, jista' l-Ministru jgħid minn liema rħula jew bliet oriġinaw il-273 anzjani li daħlu Zammit Clapp Hospital mill-komunita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-273 anzjan iriġinaw mill-bliet u rħula skond kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.