Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied Ħesri — Plot tal-gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8177 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilha u cioe' tista' il-Ministru tgħid x'isir f'każ li persuna tieħu plot tal-gvern u wara għaxar snin tibqa' ma tibnihiex bħalma ġara fil-każ ta' plot f'Wied Ħesri l/o Siġġiewi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta persuna ma tonorax xi waħda mill-kundizzjonijiet ippublikati fl-Avviż relattiv għall-akkwist ta' plot, l-Awtorita' tad-Djar tordna lil dik il-persuna biex tirregolarizza l-pożizzjoni tagħha. F'każ li dan jibqa' ma jsirx l-Awtorita' tieħu l-passi biex jittieħed lura l-plot. Rigward il-plot li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant nitolbu jagħtini aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali, għal aktar investigazzjoni.

Djar — Manutenzjoni

Question

B'riferenza għall-maisonette tal-gvern - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tista' il-Ministru tgħid għaliex baqa' ma sar xejn biex jinbidlu s-soqfa li skond eżamijiet li saru fuqhom irriżulta li huma perikolużi, ma sarux kif suppost u jridu jinbidlu? Possibbli jiġi investigat għaliex il-persuna imsemmija ċemplet diversi drabi lill-construction and maintenance division tad-dipartiment u dejjem aċċertawha li se jċemplulha lura biex jgħidulha meta se jibda x-xogħol biex jinbidlu s-soqfa, iżda qatt ma ċemplu lura? Nista' niġi informat meta se jinbidlu dawn is-soqfa? Tista' il-Ministru ġentilment twieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-konferma li s-saqaf, li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant, irid jinbidel, waslet għand id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fil-11 ta' Ottubru 2004. Dak inhar stess il-kuntrattur ġie mitlub, kemm permezz ta' ittra kif ukoll bil-fomm biex jibdel is-saqaf. Ninsab infurmata wkoll li dan ix-xogħol ma setgħax jinbeda peress li trinka tad-dranaġġ miftuħa li hemm fit-triq timpedixxi li jidħlu l-inġenji meħtieġa. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li minn investigazzjoni li saret irriżulta li kien hemm nuqqas ta' ftehim fis-sens li l-persuna konċernata ġiet infurmata li kienu se jagħtuha preavviż qabel ma jkun ser jibda x-xogħol u hi fehmet li ser iċemplulha biex jgħidulha d-data meta dan kellu jibda. Id-Direttur tad-Dipartiment imsemmi sussegwentement ikkomunika mal-persuna konċernata u assigurha li l-kuntrattur kien aċċetta li jagħmel ix-xogħol u li dan ser isir kif jitlesta x-xogħol tad-dranaġġ.

Ministeru tal-Familja — Konsulenti

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm fis-17 ta' Awissu 2004 kien hemm konsulenti (inkluż periti, tobba, avukati, eċċ) ma' kull dipartiment, kummissjoni, enti statutorja, korporazzjoni li l-gvern, direttament jew indirettament, għandu sehem fiha u li taqa' taħt id-dekasteru tagħha u tindika għal kull wieħed il-ħlas u benefiċċji oħra li jirċievi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed nifhem li b'"konsulenti" L-Onor. Interpellant qed jirreferi wkoll għall-għoti ta' servizzi professjonali. Għalhekk, qed ninkludi din l-informazzjoni fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm tħallas s'issa matul din is-sena f'children's allowance? Kemm-il familja qed tibbenefika? Kemm hu maħsub li se tkun is-somma totali li se titħallas f'din is-sena finanzjarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li koppja anzjana li għandha tifel b'diżabilita' - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi akkomodata f'post f'Raħal Ġdid, ħdejn binthom minħabba li din il-koppja qed tibża li meta tiġi nieqsa binhom ma jkunx kapaċi jfendi għal rasu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'passi ħa d-dipartiment tas-sigurta' soċjali biex jilqa' it-talba tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li mhijiex sodisfatta bir-risposta li ngħatatilha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet nfurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Djar — Każ dwar housing

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba li għamlet persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex tibbenefika minn skema ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li fid-29 ta' Settembru 2004, l-Awtorita' tad-Djar infurmat bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar relief

Question

Tista' il-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment tas-sigurta' soċjali milli joħroġ ir-relief lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar benefiċċju supplimentari

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - inqatgħalha benefiċċju tas-supplimentari?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm familji li jibbenefikaw miċ-children's allowance? Tista' tagħti l-informazzjoni għas-snin 1985, 1986, 1990 u 1995?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 1986 u 1990 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 3703 li ngħatat f'Seduta Nru. 90. Ninsab infurmata li n-numru ta' benefiċjarji fis-snin 1985 u 1995 kien ta' 47,051 u 52,440 rispettivament.

Awtorita' tad-djar — Bejgħ ta' residenzi

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm saru kuntratti ta' bejgħ ta' residenzi mill-awtorita' tad-djar lill-inkwilini bejn l-1998 u din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bejn l-1998 u Awwissu 2004, l-Awtorita' tad-Djar iffirmat 881 kuntratt għall-bejgħ ta' residenzi lill-inkwilini.

Ċentru Detox

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm persuni li għamlu użu mis-servizz tad-Detox din is-sena u x'eta' kellhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorita' tad-djar

Question

Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-familja - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha żewġt itfal b'diżabilita' u li applikat għal waħda mill-iskemi ta' l-awtorita' tad-djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li xogħolijiet mitluba mill-familja li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant m'humiex relatati mad-diżabilita' tat-tfal u għalhekk it-talba ma gietx milqugħa.

Post tal-gvern — Ħlas ta' kera

Question

Tista' il-Ministru tirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7507 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u cioe' tista' tara li titnaqqas il-kera tal-post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ngħata temporanjament lill-familja fejn il-missier ma jaħdimx minħabba kondizzjoni fiżika, peress li l-kera tal-post li kellhom u li suppost se jsirlu xogħol strutturali kien ferm u ferm anqas?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.

Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjonijiet

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm applikanti quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali li huma xebbiet omm jew ġuvintur missier?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' applikazzjonijiet li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għandu minn xebbiet omm u ġuvintur missier hu 494 u 9 rispettivament.

Sigurta' Soċjali

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-ministeru tagħha baqa' ma rrispondiex għat-talba tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - dwar post alternattiv wara li din ilha tistenna risposta għal aktar minn sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm se tkun il-pensjoni tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li ħarġet bord fl-1992 u din is-sena se tagħlaq 61 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li tinħareġ il-pensjoni tal-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li spiċċat mix-xogħol fit-22/9/04 u sal-lum għadha ma rċeviet xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Sta. Luċija — Appartamenti tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tara li d-dawl qrib il-flats Maria Domenici f'Sta. Luċija jinxtegħel għax ilu ma jixgħel għal xhur sħaħ u wkoll tittieħed azzjoni biex l-istess flats ma jibqgħux fl-istat ta' abbandun li jinsabu fih bħalissa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8099 f'Seduta Nru. 174.