Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28019 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Revision of Paper

Question

Wara l-eżamijiet tal-SEC, MATSEC u Intermediate li saru f'Mejju u Ġunju, kemm il-student talab li issir revision of paper fl-liema suġġett? Kemm min dawn it-talbiet ġew milqugħa u l-marki għollew biex issa jfissru pass? Kemm kien il-marka oriġinali u kemm saret wara r-revision.

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28021 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet tar-Resits

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti minn dawk li jmexxu iċ-Ċentri fejn saru l-eżamijiet tar-resits fuq xi ilmenti u/jew nuqqasijiet? Jista' jelenka in-nuqqasijiet u ilmenti prinċipali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28056 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St. James Cavalier

Question

Jista' l-Ministru jispjega d-deċiżjoni sabiex St. James Cavalier jibda jintuża għall-wiri ta' films bħala cinema kummerċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa minn Lulju li għadda, fiċ-ċinema tal-kavallier ta' San Ġakbu, bdew jintwerew films ta' valur artistiku. Primarjament dawn kienu films maħduma f'pajjiżi Ewropej li f'Malta intwerew ftit jew xejn. Din hi l-istess sistema li tintuża f'Art House Cinemas oħra. Fl-aħħar tlett xhur fl-imsemmi ċinema ntwerew films minn Franza, l-Italja, Spanja u l-Ġermanja u kellna wkoll festivals ta' films Ingliżi u Jugoslavi. Il-prezzijiet tal-biljetti għaċ-ċinema tal-Kavallier ta' San Ġakbru huma orħos minn dawk f'ċinemas oħra f'Malta li jvarjaw bejn Lm1.75c u Lm2.00c. Dan isir biex aktar nies ikunu nkoraġġiti jaraw films li normalment ma jintwerewx f'ċinemas oħra. Min-naħa l-oħra ċ-Ċentru għandu wkoll ifittex li jkun finanzjarment vijabbli.
Leg 9 PQ #28072 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-Universita' tagħti spjegazzjoni pubblika dwar jekk it-tneħħija tal-Malti minn suġġett obbligatorju għall-kors tal-LLD saritx biex taġevola lil min m'għandux il-Malti biex isegwi dan il-kors? Ma taħsibx li hu fl-interess tar-reputazzjoni tagħha li tiċċara din il-kwistjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Universita` tatni assigurazzjoni kategorika li l-emendi li saru biex jitneħħa l-Malti f'livell Avvanzat minn suġġett obbligatorji għall-kors ta' l-LL.D. saru biss għal raġunijiet akkademiċi. L-Universita`, b'ebda mod, ma aġevolat lil xi persuna partikolari b'din l-emenda. Ir-raġunijiet li għalihom saret din l-emenda huma tajjeb spjegati fil-Press Release pubblikata mill-Universita u li kopja tagħha qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-fatt, fid-dawl tad-dibattitu pubbliku li qam fil-pajjiż wara li saru dawn l-emendi, l-Universita` qegħda fil-proċess ta' diskussjoni bil-ħsieb li tiġi riafermata l-importanza tal-profiċenza fil-lingwa Maltija għal kull student Malti li jagħżel li jidħol l-Universita`.
Leg 9 PQ #28074 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw studenti s'issa għall-korsijiet offruti mill-Universita' għas-sena 2001-2002 kors b'kors? Kemm applikaw għall-Junior College?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-korsijiet offruti mill-Universita` għas-sena 2001-2002, kors b'kors, huwa 3948. Lista bl-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta' min jgħid li n-numri mogħtija jinkludu applikazzjonijiet indikati bħala t-tieni jew it-tielet preferenza. In-numru ta' individwi li applikaw hu 3226. Informat ukoll li n-numru ta' applikazzjonijiet għall-Junior College huwa 2008.
Leg 9 PQ #28075 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Universita' għandhiex tagħrif dwar mil-liema qasam edukattiv sekondarju ġejjin l-istudenti tagħha ta' bħalissa? F'dan il-każ kemm hemm minnhom li ġejjin: 1) mill-qasam statali a) sekondarju b) junior lyceum 2) mill-qasam tal-knisja 3) mill-qasam indipendenti

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` għandha din l-informazzjoni li nġabret mill-applikazzjonijiet ta' studenti li bħalissa qegħdin jattendu l-Universita`. L-applikanti għal korsijiet fl-Universita` jkunu mitluba b'mod volontarju jgħatu informazzjoni dwar l-iskejjel li jkunu attendew qabel l-Universita`. Minn din l-informazzjoni jirriżulta illi l-istudenti preżenti kienu ġejjin minn dawn l-iskejjel: 1. Mill-qasam statali: a) Sekondarju 333 b) Junior Lyceum 1924 2. Mill-qasam tal-Knisja: 1988 3. Mill-qasam Indipendenti: 967 4. Ma speċifikawx 2401
Leg 9 PQ #28076 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-applikaw s'issa studenti għas-sitt istituti tal-MCAST, istitut b'istitut? Kemm ġew aċċettati minnhom istitut b'istitut?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li applikaw għas-sitt istituti tal-MCAST u dawk li ġew aċċettati huwa dan li ġej: Numru ta' Applikanti Numru Aċċettati Istitut ta' l-Inġinerija Elettronika 168 124 Istitut ta' l-Inġinerija Bini u Kostruzzjoni 225 225 Istitut tat-Teknoloġija ta' l-Informatika u Kommunikazzjoni 366 160 Istitut tan- Negozju u Kummerċ 417 394 Istitut ta' l-Arti u Disinn 155 97 Istitut ta' l-Istudji Marittimi 11 14 Total 1342 1014 L-istudenti li ġew aċċettati ġew mitluba biex illum jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom li ser jibdew il-kors magħżul.
Leg 9 PQ #28078 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Matsec

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qagħdu studenti għall-eżamijiet Matsec f'Livelli Intermediate u Avvanzat f'suġġetti differenti mill-istituzzjonijiet post-sekondarji 1) mill-qasam statali 2) mill-qasam tal-knisja 3) mill-qasam indipenti fis-sessjonijiet Mejju u Settembru 2001? X'riżultati nkisbu qasam, qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista bl-informazzjoni dwar kemm qagħdu studenti għall-eżamijiet Matsec f'Livelli Intermedjarju u Avvanzat f'suġġetti differenti mill-istituzzjonijiet post-sekondarji għal Mejju 2001 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #28080 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom studenti Maltin fis-sena akkademika 2000-2001 subien u bniet minn:- 1) ex-oppotunity centres 2) area secondaries 3) junior lyceums 4) tal-Knisja 5) Indipendenti Kemm minnhom qagħdu għall-eżamijiet Sec f'Mejju u Settembru 2001? X'riżultati kisbu fl-istess sessjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti Maltin li temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom fis-sena akkademika 2000-2001 huwa kif ġej: Bniet Subien Ex-opportunity Centres 62 125 Skejjel Sekondarji 514 353 Junior Lyceums 995 554 Skejjel tal-Knisja 589 681 Skejjel Indipendenti 96 197 Peress li t-tagħrif mitlub fit-tieni parti tal-Mistoqsija ma laħaqx wasalli, m'hinix f'pożizzjoni nagħti tweġiba f'dan l-istadju għal din il-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #28202 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Results — Interview

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-istudenti li qegħdin għall-eżami u interview għall-post ta' school secretary skond il-gazzetta tal-gvern ta' Novembru 2000, (Clause 8) u fil-fatt għamlu l-interview fit-26 ta' Marzu 2001, għadhom sal-llum mingħajr risposta dwar ir-rizultat tal-interview tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rakkomandazzjonijiet dwar ir-rapport tal-Bord tas-Selezzjoni u l-ħatriet għall-Post ta' School Secretary saru u hu mistenni li l-ħatriet jiġu konklużi fil-ġejjieni qrib.
Leg 9 PQ #27941 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monitoring Board

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 27805 għall-perjodu April-Lulju 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'April 2001, fi tmiem il-perjodu ta' ħidma tal-Bord ta' qabel, ġie maħtur Bord ġdid li beda l-ħidma tiegħu f'Mejju 2001. F'Mejju saret laqgħa għall-kapijiet ta' l-iskejjel ta' l-Ingliż, li għaliha attendew 18-il rappreżentant ta' l-iskejjel. F'din il-laqgħa, s-Sinjura Nadya Aquilina ġiet eletta biex tirrapreżenta lil sħabha fuq il-Bord, skond l-AL 60 ta' l-1996. Il-Bord iltaqa' sitt darbiet li għalihom attendew il-membri kollha u l-ħidma tiegħu kienet tikkonsisti prinċipalment f'dawn l-oqsma: - applikazzjonijiet għal permessi ta' skejjel ġodda. Ġiet maħruġa liċenzja ġdida lil Bell Language Centre, u hemm żewġ liċenzji oħra li waslu biex joħorġu; - permessi lil għalliema, kemm ġodda, kif ukoll tiġdid ta' dawk li ġa kienu qed jgħallmu; - approvazzjoni ta' Diretturi ta' Studju ġodda; - kummenti u rakkomandazzjonijiet lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar ħames talbiet għal ftuħ ta' skejjel ġodda; - azzjoni dwar ilmenti li saru minn ġirien dwar skejjel jew ġenituri ta' familji li jilqgħu l-istudenti. Ġie maħtur sotto-kumitat biex jistudja jekk wasalx iż-żmien li tiġi formulata policy dwar kemm, bir-riżorsi li għandna, nistgħu nibqgħu nagħtu premess lil kull min japplika biex jiftaħ skola ta' l-Ingliż. Qed ukoll jiġi kkunsidrat il-kontenut tal-kors ta' taħriġ għall-għalliema u l-kwalifiki ta' dawk li jmexxu dawn il-korsijiet.
Leg 9 PQ #28007 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasslu l-preparamenti għat-twaqqif ta' kumpanija bejn l-Universita' u l-pixxina għat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumpanija għat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali ser titwaqqaf skond il-Memorandum and Articles tal-1995 wara li sarulu xi emendi. Kien hemm diversi proposti u kontro proposti għall-abbozz ta' ftehim. L-aħħar abbozz, li tlesta wara li saru konsultazzjonijiet man-Nutar tal-Gvern u l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, ġie mgħoddi lill-awtoritajiet ta' l-Universita`.
Leg 9 PQ #28008 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — xogħolijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda mal-Pixxina Nazzjonali sa l-aħħar ta' Awissu 2001? Jekk iva, kemm u x-xogħolijiet qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għall-informazzjoni li tajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26046. Informat li minn dak iż-żmien ġew impjegati dawn il-persuni mal-Pixxina Nazzjonali. Isem Xogħol Full Time: Joseph Tabone Supervisor Frans Gafa' Cleaner Charmaine Aquilina Cleaner Part Time: Michael Micallef Gym Attendant
Leg 9 PQ #28009 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

University Sports Hall — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasslu t-'tenders' għal xogħol fil-University Sports Hall? Jista' jgħid kemm ġew mitfugħa 'tenders' u min kien li ntagħżel? Jista' jgħid ukoll x'kienu l-ispeċifikazzjonijiet mitluba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħarġu diversi tenders għax-xogħol biex titlesta il-University Sports Hall. Dawn it-tenders jinkludu: Structural Steel Roof: B'kollox kien hemm sitt tenders għal dan ix-xogħol. It-tender ġiet allokata lil Pillow Space Frame Ltd li tefa' żewġ offerti. Għadha għaddejja diskussjoni dwar id-disinn li se jiġi użat. Ix-xogħol għandu jitlesta fi żmien 5 xhur minn meta toħroġ l-ordni biex jinbeda. Surface Water Drainage: Intefgħu żewġ tenders. Ix-xogħol ġie mogħti lil Camray Contractors Ltd. Ix-xogħol tlesta f'Mejju u ġie jiswa Lm15,862. Concrete Subfloor: Għal dan ix-xogħol intefgħu 11-il tender. Id-Dipartiment tal-Kuntratti diġa' ħareġ il-'letter of intent' biex jingħata x-xogħol lil Schembri & Sons Ltd li tefgħu l-orħos tender bil-prezz ta' Lm40677. Ix-xogħol mistenni jkun lest fi żmien 6 ġimgħat minn meta toħroġ l-ordni biex jinbeda. Plastering / Rendering Works: Għal din is-sejħa intefgħu 5 tenders. Ix-xogħol ġie mogħti lil Ideal Dwellings Ltd bil-prezz ta' Lm11,247. Ix-xogħol diġa' nbeda u mistenni jkun lest fi żmien 7 ġimgħat. Plumbing / Drainage works (including structural alterations for showers): Intefgħu 3 tenders. Ix-xogħol ingħata lil Camray Contractors Ltd bil-prezz ta' Lm14,600. Ix-xogħol mistenni jibda fl-aħħar ġimgħa ta' Settembru u jkun lest fi żmien 7 ġimgħat. Electrical / Mechanical Services: Id-dokumenti tat-tender għadhom qed jiġu proċessati mill-uffiċjali ta' l-Universita`. Doors and Windows: Id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet ġiet mitluba titfa' offerta għax-xogħol biex isiru l-bibien u t-twieqi. Din l-offerta tammonta għal Lm23,922. Hu maħsub li x-xogħol fuq din l-offerta jingħata lid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fil-ġranet li ġejjin. Kemm ix-xogħol fuq il-bibien kif ukoll fuq it-twieqi mistenni jitlesta fi żmien 12-il ġimgħa minn meta tinħareġ l-ordni biex jinbeda. It-tenders għall-finishes, seating u equipment għadhom qed jiġu preparati. L-ispecifications tat-tenders ta' l-Istructural Steel Roof, Surface Water Drainage, Concrete Subfloor, Rendering / Plastering u Plumbing / Drainage kienu ġew publikati fil-Gazzetta tal-Gvern meta ħarġet is-sejħa għall-offerti.
Leg 9 PQ #28010 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

U.E. — Kunsill Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħalliet il-persuna li isimha qed jintbgħat separatament li għamlet ir-rapport dwar l-U.E. lill-Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ u mill-liema vot tħalliet? Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlet u jekk kienx hemm xi sejħa pubblika jew inkella persuni oħra li ġew avviċinati?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru, il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa kumitat awtonomu. Il-Ministeru ma għandux kontroll fuq l-esperti li jistgħu jiġu nkarigati biex jagħmlu xi studju għall-istess Kunsill. Dwar kemm tħallset il-persuna li ġiet inkarigata tagħmel dan ir-rapport nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27877.
Leg 9 PQ #28011 Sitting 599 2001-09-18 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Kontijiet Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija numru 27308?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont dovut lill-kredituri tal-Pixxina Nazzjonali għal din is-sena fit-30 ta' Ġunju 2001 jammonta għal Lm58,836. Minn dan l-ammont ma hemm ebda kontijiet li ilhom aktar minn sitt xhur. Ma' dawn hemm ukoll pendenzi li jammontaw għal Lm44,226 li ilhom aktar minn sitt xhur. Minn dan l-ammont, Lm42,215 huma dovuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Dan l-ammont jinkludi Lm16,153 għal kontijiet ta' l-ilma matul l-1997 u l-1998. L-ammont dovut mill-Pixxina Nazzjonali jinkludi wkoll Lm6,000 li qed jiġu kkontestati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma.
Leg 9 PQ #27879 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fit-tielet term tas-sena skolastika 2000-2001 kemm ingħataw permessi biex studenti jitilqu mill-iskola: 1) qabel għalqu 16? 2) qabel ma spiċċat is-sena skolastika għalkemm għalqu 16? Kemm kien hemm talbiet mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u Privati? X'kien r-raġunijiet għat-tluq mill-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ngħataw permessi biex jitilqu mill-iskola fit-tielet term tas-sena skolastika 2000-2001 qabel għalqu s-sittax-il sena u qabel ma spiċċat is-sena skolastika għalkemm għalqu s-sittax-il sena huwa kif ġej: Taħt is-sittax-il sena Għalqu s-sittax-il sena Spiċċaw il- Ma spiċċawx il- Spiċċaw il- Ma spiċċawx il- kors skolastiku kors skolastiku kors skolastiku kors skolastiku Skejjel ta' l-Istat 19 198 74 304 Skejjel tal-Knisja 3 45 18 99 Skejjel Indipendenti - 8 - 6 Fil-każijiet kollha r-raġunijiet kienu għal xogħol.
Leg 9 PQ #27881 Sitting 598 2001-09-18 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Maria Teresa Nuzzo

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi meħtieġa biex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li kienet tattendi l-iskola Maria Teresa Nuzzo u li għalqet 16-il sena f'Diċembru li għadda titħalla tibqa' tattendi din l-iskola kif studenti diżabilitati bħalha jitħallew fl-iskejjel speċjali sa mill-inqas meta jagħlqu d-19 sena?

Response (GALEA, LOUIS)

It-talba msemmija qed tiġi studjata fid-dawl ta' l-implikazzjonijiet kollha tal-preċedenti li l-każ jista' joħloq. Ta' min jgħid li għalkemm fl-iskejjel Speċjali t-tfal jinżammu sa meta jagħlqu d-19-il sena, il-policy applikabbli fl-iskejjel l-oħra li ma humiex post-sekondarji, hija mod ieħor.
Leg 9 PQ #27852 Sitting 597 2001-09-17 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Post Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna studenti post sekondarji fl-aħħar sena tal-kors tagħhom fl-istituzzjonijiet edukattivi ta' Malta u Għawdex fl-oqsma ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti fl-aħħar sena tal-kors tagħhom post-sekondarju matul is-sena skolastika 2000-2001 kienu: Skejjel Statali 2737 Skejjel tal-Knisja 296 Skejjel Indipendenti 51 Total 3084