Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa – nuqqas ta’ xogħol fit-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi fl-immedjat se tieħu Transport Malta sabiex ittaffi l-inkonvenjent li qed isofru residenti ta’ Triq il-Wied Ruman fil-Mellieħa minħabba li x-xogħol li kellu jsir fit-toroq tal-madwar, primarjament fi Triq Għar u Casa, baqa’ ma sarx,?
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali f'Ħal Kirkop għall-perjodu mill-2015 sal-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħarġet it-tender għall-kostruzzjoni tat-toroq madwar Pjazza Żernieq, dan filwaqt li bdiet xogħlijiet fi Triq San Benedittu/Nerik Xerri ġewwa Ħal Safi. Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjin sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fl-Imqabba għall-perjodu mill-2015 sal-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħarġet tender għall-kostruzzjoni ta’ Triq George Martin ġewwa l-Imqabba, dan filwaqt li qed tipprepara t-tenders għal triq ġdida fi Triq il-Katakombi (Triq il-Friefet). Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjin sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa – bini ta’ culverts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq ta’ Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa se jkunu qed jinbnew culverts biex jilqgħu l-ilma tax-xita? Meta se jibda x-xogħol fuq dawn il-culverts?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li se jinbnew culverts għall-ilma tax-xita fi Triq San Ġwakkin, Triq il-Belt Valletta, Triq il-Blata, Triq il-Bard, Triq il-Ħammieri u Triq il-Mitħna f’Ħal Qormi. Filwaqt li se ssir tiswija ta’ culvert fi Triq Wied in-Noqor f’Ħal Luqa.
San Pawl il-Baħar — Triq il-Konverżjoni - problema ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jara l-problema li qed jesperjenzaw residenti li joqogħdu fi Triq il-Konverżjoni f'San Pawl il-Baħar fejn f'partijiet partikolari fit-triq imsemmija, qed iżomm l-ilma b'konsegwenza li dan qed joħloq inkonvenjent lill-istess residenti? Jista' jara dan l-inkonvenjent peress li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar kien infurmat ukoll iżda s'issa l-ebda azzjoni effettiva ma ttieħdet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Madankollu, Transport Malta tgħin skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw promotions fi Transport Malta minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid x’kienu dawn il-promozzjonijiet? Lil min ingħataw u kemm żdiedet il-payroll komplessivament riżultat ta’ dawn il-promotions?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb, li l-bus shelter li kien hemm qrib Pender Gardens terġa’ ssir? Jekk iva, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li terġa’ ssir?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi Transport Malta se tkun qiegħda tikkunsidra illi terġa' tistalla bus shelter qrib Pender Gardens, ġaladarba l-iżvilupp illi qiegħed iseħħ fl-inħawi jkun lest.
Transport Malta — applikazzjonijiet għall-yacht marinas
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema applikazzjonijiet għal yacht marinas ġew approvati minn Transport Malta? Meta ġew approvati u fejn jinsabu? Liema applikazzjonijiet oħra għandhom pendenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif għidt b’risposta għall-mistoqsija parlamentari 15435, kull proċess formali għall-iżvilupp ta’ yacht marinas jibda mal-ħruġ ta’ espressjoni pubblika t’interess u mill-applikazzjoni li ssir lill-MEPA.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq hu mistennija jitlestew f'San Pawl il-Baħar matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa jinsab għaddej ix-xogħol fuq Triq Jean de la Cassiere u fuq parti minn Triq Annetto Caruana. Ninsab infurmat ukoll li matul il-ġranet li ġejjin ser isir xogħol estensiv ta’ resurfacing fi Triq Toni Bajada, Triq Witja, Triq Camilleri u Triq Burmarrad.
Proġett tat-Triq tas-Salini – Triq il-Katakombi – fdalijiet storiċi
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14159, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ dokumenti li qed tipprepara Transport Malta, liema dokumenti huma rikjesti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u meta hemm il-ħsieb li jitlestew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li, fir-rigward tal-permess tal-MEPA ta’ Triq il-Katakombi, Transport Malta ppreparat id-dokumenti li ġejjin:
· Pjanti tad-disinn
·
Construction Management Plan
·
Restoration Method Statement
għall-kappella eżistenti
·
Project Description Statement
· Formola tal-NSO
Dawn id-dokumenti ntbgħatu għall-attenzjoni u approvazzjoni tal-MEPA.
Proġett tat-Triq tas-Salina – bus shelters u bus stops
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14161, fir-rigward tal-Proġett tas-Salini, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il bus shelter u kemm-il bus stop se jkun hemm, u fejn se jkunu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li matul il-proġett, il-bus stops u bus shelters proposti li ser jinbnew u/jew jiġu nstallati wara li x-xogħlijiet jitlestew huma dawn li ġejjin:
i. Viċin il-
junction
tat-
traffic lights
tal-Qawra – (a) 1 x
bus stop
mingħajr
shelter
(b) 1 x
bus stop
b’
shelter
inkluż
ii. Viċin ir-
roundabout
ġdida li tgħaqqad Triq il-Kosta ma’ Triq is-Salini li tagħti lejn t’Alla w Ommu – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
iii. Viċin il-lukanda
Coastline
u s-Salini – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
iv. Viċin l-Għadira s-Safra – 2 x
bus stops
mingħajr
shelters
v. Viċin Triq il-Porzjunkola – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
vi. Viċin il-gabbana tal-ġelati f’Baħar iċ-Ċagħaq – 2 x
bus stops
b’
shelter
inkluż kull wieħed
Għaldaqstant, wieħed jista’ jikkonkludi li l-proġett ser jinkludi tnax-il bus stop (12) u li disgħa (9) minnhom ser ikollhom bus shelter inkluż.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14162, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-isforzi li qegħdin isiru biex ikun hemm kontroll aħjar fuq vetturi fit-toroq Maltin b’number plates ta’ barra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li Transport Malta hija mpenjata li żżid n-numru ta’ roadside checks f’diversi lokalitajiet strateġiċi kif ukoll fl-iktar ħinijiet peak tal-ġurnata. L-Awtorita’ għandha wkoll il-ħsieb li tibda diskussjonijiet m’awtoritajiet oħra konċernati, bħalma huma l-Pulizija, sabiex ikun hemm koordinament aħjar bejn l-entitajiet f’dak li jirrigwarda allokazzjoni ta’ riżorsi disponibbli għal dawn it-tip ta’ kontrolli, u sabiex l-Awtorita’ possibilment tingħata aċċess għal informazzjoni li tirrigwarda vetturi bi pjanċi barranin li jkunu ddaħħlu f’Malta sabiex jinstaqu lokalment fit-toroq tagħna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali f'Ħal Safi għall-perjodu bejn l-2015 u l-2018?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tagħmel l-lista ta’ toroq li jridu jsiru skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — talbiet għal timed parking zones
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'talbiet saru, mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar matul l-aħħar sena, biex isiru 'timed parking zones' fil lokalità? Liema talbiet ġew approvati, rifjutati jew għadhom pendenti, rispettivament?
Response (MIZZI, JOE)
Jien infurmat li kien hemm talba waħda mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għal Parkeġġ Riżervat għar-Residenti. Madankollu, kif diġa mħabbar ukoll fil-Parlament, qed nistennew x’impatt ser ikollu l-operat il-ġdid tat-trasport pubbliku, ġaladarba jidħol fil-funzjoni sħiħa tiegħu. Sussegwentament tiġi finalizzata l-proposta tal-Gvern dwar il-Parking Policy.
San Pawl il-Baħar – toroq, korrispondenza mal-kunsill lokali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-korrispondenza li rċieva l-Ministeru jew Transport Malta dwar it-toroq li ġejjin: Is-Simar, Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, Triq Ġdida fi Triq Cassarino, Triq Dawret it-Trunċiera, Triq in-Nawfraġju u Triq Jean de La Cassiere, kollha f’San Pawl il-Baħar? Jista’ jqiegħed ukoll kopja tar-risposti li ntbagħtu lill-Kunsill Lokali?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li l-Onorevoli Interpellant japprezza il-volum qawwi ta’ korrispondenza li tidħol kontinwament kemm fil-Ministeru kif ukoll għand Transport Malta. Għaldaqstant nitolbu jispeċifika għal-liema tip ta’ korrispondenza qiegħed jirreferi għaliha, u dan sabiex inkun nista ngħati l-informazzjoni korretta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien saru talbiet għal kumpens ma’ Transport Malta minħabba ħsarat f’vetturi allegatament ikkaġunati mill-istat ħażin tat-toroq matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014, sena b’sena? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħsarat kienu rrappurtati sena b’sena, u f’liema lokalitajiet kienu rrappurtati l-ħsarat? Jista’ jgħid, sena b’sena, kemm minn dawn it-talbiet kienu aċċettati u kemm ingħataw kumpens? X’kien il-kumpens mogħti f’kull każ? Jista’ jgħid, sena b’sena, kemm minn dawn it-talbiet ma kinux aċċettati u kemm għadhom pendenti sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba (li hija disponibbli mis-sena 2007) qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid fl-2013 u fl-2014 separatament kemm kienu t-toroq f’Malta li nbnew mill-ġdid jew li sarilhom resurfacing jew major patching u f’liema lokalità jinsabu? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża fuq kull triq? Jista’ jgħid kemm-il metru sar f'bini ġdid jew f’resurfacing jew major patching?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fir-rigward tal-ispejjeż, nitlob lill- Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk hux jirreferi għal dawk li huma mħallsa jew jekk hux ukoll għal dawk li għadhom pendenti.
Raħal Ġdid – Triq Valletta k/m vjal Sir Paul Boffa – bus stop
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13686, jista’ l-Ministru jpoġġi quddiem il-Mejda id-disinn il-ġdid għall-bus stop fir-roundabout bejn Triq Valletta k/m Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li bħalissa qed isir id-disinn tal-bus shelter li għandu bżonn xi tibdil u għaldaqstant d-disinn finali qed jiġi emendat.
Il-Gżira – passiġġieri fil-karozza tal-linja li għaddu minn Triq ix-Xatt
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14442, filwaqt li ngħarraf li l-Ministru qal li l-operatur tat-trasport pubbliku preżenti m’għandux informazzjoni dwar kemm hu n-numru ta’ passiġġieri li jużaw il-karozza tal-linja siegħa b’siegħa, li jirkbu jew jgħaddu minn Tas-Sliema għal Triq ix-Xatt il-Gżira matul il-jiemm tal-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd, jista’ allura flok siegħa b’siegħa jgħid kemm hu n-numru ta’ passiġġieri li jużaw il-karozzi tal-linja li jirkbu jew jgħaddu minn Tas-Sliema għal Triq ix-Xatt, il-Gżira matu,l il-jiem tal-Ġimgħa, is-Sibt u l-Ħadd?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li preżentament, l-operatur tat-trasport pubbliku m’għandux l-informazzjoni li qed tiġi mitluba.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14178, jista’ l-Ministru jgħid x’hemm kummerċjalment sensittiv biex ma jweġibx il-mistoqsija inkwistjoni u jgħid b’kemm qed jinkrew is-7 seaters, 14 seaters u l-18 seaters li ddaħħlu fuq ir-rotot tat-trasport pubbliku, ġaladarba dawn qed jitħallsu mit-taxxi tal-poplu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li m’għandi xejn iktar x’inżied mar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 14178.