Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19694 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trading licenses

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kif se tiġi mibdula is-sistema tat-Trading Licenses? X'dipartimenti se jkunu nvoluti f'dan il-proċess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ix-xogħol dwar it-tibdil fis-sistema tat-Trading Licenses għadu għaddej u għalhekk f'dan l-istadju mhux prudenti li jingħataw dettalji.
Leg 9 PQ #19695 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Meter services

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jkun hemm farming out tal-meter services ta' l-Enemalta lill-privat? Jekk din l-idea qed tiġi kkonsidrata attivament, kif mistennija tibda taħdem fil-prattika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li fil-preżent wieħed jista' jikkummenta dwar materja li għad tista' tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #19696 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enterprise Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-gvern qed jaħseb biex iwaqqaf "Enterprise Malta" li tiġbor flimkien l-MDC, l-IPSE u l-METCO?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-bżonn li jkun hemm ko-ordinament aħjar u aktar effettiv tal-ħidma mwettqa mill-M.D.C., il-M.E.T.C.O. u l-I.P.S.E. ilu jinħass. Għal dan il-għan twaqqaf kumitat, li c-Chairman tiegħu huwa l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, li jiġbor fih liċ-Chairperson u liċ-Chief Executive ta' dawn it-tlitt entitajiet. Din l-inizjattiva, li hija maħsuba sabiex tippromwovi l-kunċett ta' Malta bħala intrapriża waħda (Malta Enterprise), teħtieġ is-sehem sħiħ ta' l-entitajiet kollha li għandhom xi rwol fl-iżvilupp industrijali u kummerċjali tal-pajjiż.
Leg 9 PQ #19715 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Coin telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19621?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, it-tweġiba tingħata appena tali nformazzjoni tkun għad-dispożizzjoni.
Leg 9 PQ #19716 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telephones — Servizz tat-telephone

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19622?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, it-tweġiba tingħata appena tali informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni.
Leg 9 PQ #19717 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizz tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 19623?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn April u Settembru 2000, in-numru ta' sospensjonijiet fil-provvista ta' l-elettriku fi djar privati, stabbilimenti kummerċjali u industrijali kien kif ġej: April 69 Mejju 80 Ġunju 37 Lulju 31 Awissu 26 Settembru 36 Dawn is-sospensjonijiet saru madwar Malta kollha.
Leg 9 PQ #19730 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19468?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul din is-sena twaħħlu għaxar lampi ġodda f'Ħal Tarxien. Il-lampi twaħħlu f'dawn it-toroq. Waħda fi Triq Francesco Crispi kantuniera ma' Triq Ġużeppi Montebello, waħda fi Triq George Caruana, waħda fi Triq Santa Monica, ħamsa fi Triq Spiru Spiteri, waħda fi Sqaq Brittanica wara l-Knisja Parrokkjali u waħda fi Triq il-Kavallerija.
Leg 9 PQ #19731 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Raħal Ġdid — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 19466?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li matul din is-sena twaħħlu lampi ġodda f'Raħal Ġdid kif ser jingħad Tnejn fi Triq Santa Monika bejn Triq Lampuka u Triq San Ġużepp, waħda fi Triq Wied Blandun, tlieta fi Vjal Sir Paul Boffa u erbgħa u għoxrin fiċ-Ċentru tal-Hockey f'Kordin.
Leg 9 PQ #19170 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Riċevimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru riċevimenti u ikliet mill-ministeru - dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 2000 sal-31 ta' Awissu, 2000? Jista' jgħid separatament f'kull każ x'kienet l-okkażjoni, u kemm laħqet l-ispiża?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif ġa' kelli l-opportunita' inwieġeb lill-Onorevoli Interpellant f'okkażjonijiet oħra, sakemm ma ningħatax raġuni l-għala qed tintalab, ma nara l-ebda skop li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Membru għall-allokazzjonijiet għall-Hospitality li hemm fl-Estimi Ġenerali taħt il-vot tal-Ministeru tiegħi u dawk tad-dipartimenti li jaqgħu taħtu.
Leg 9 PQ #19496 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kont

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat l-iżball li fih dan il-kont li qed jintbagħat separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18834 waqt is-Seduta numru 376 tal-Gimgħa 29 ta' Settembru 2000 liema mistoqsija kienet tittratta l-istess kont.
Leg 9 PQ #19540 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet li għamlet l-Enemalta wara il-qtugħ estensiv fis-servizz ta' l-elettriku li kien hemm fil-gżejjer Maltin xi xhur ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-incident tat-23 ta' Ġunju li għadda meta kien hemm blackout totali. Kien ġie appuntat bord biex jinvestiga għaliex seħħet din il-blackout. Il-membri ta' dan il-bord kienu s-Sur Lawrence C. Ciantar u l-Professur C. Pule'. Il-bord iffinalizza r-rapport fl-14 tax-xahar li għadda.
Leg 9 PQ #19507 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Debono Tony — Ħlas għal konsulenzi

Question

Apparti mill-Lm10,000 li inti għedt li s-Sur Tony Debono qed jieħu bħala konsulenza mill-Maltacom, hu qed jieħu xi ħlas ta' konsulenza għal xi xogħol ieħor mqabbad miċ-chairman? Kemm qed jitħallas bħala viċi chairman tal-Maltapost? Għandu xi konsulenzi ma' xi korporazzjonijiet parastatali oħrajn li jaqgħu taħtek?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija ma għadiex tokkupa l-kariga ta' Deputat Chairman tal-Maltapost.
Leg 9 PQ #19640 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Electricity Board

Question

Peress li l-ħaddiema ta' dik li kienet il-Malta Electricity Board u li llum huma mpjegati mal-Korporazzjoni Enemalta, f'April 1970 ġew imwegħda li tfasslet skema ta' pensjoni għalihom permezz tal-ħarġa tal-Memo Nru. 344 (Kopja li qed tintbagħat separatament); peress li minkejja li għaddew 30 sena din il-wegħda ma ġietx imwettqa' u hekk kull impjegat ta' dan il-bord li jispiċċa mix-xogħol sofra u qiegħed isofri inġustizzja finanzjarja; peress li għandi informazzjoni li l-partit fil-gvern qabel l-elezzjoni ta' l-1996 u ta' l-1998 kien wegħdhom li kellu jirimedja din l-inġustizzja; jista' l-Ministru jgħid fiex waslu wara sentejn fil-gvern, l-proċeduri sabiex dawn il-ħaddiema ta' l-ex-Malta Electricity Board jingħata dak li ġie nwegħed lilhom u għalhekk dritt tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19644 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żabbar — Triq il-Vittorja - Vultaġġ baxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tittaffa l-problema tal-vultaġġ baxx f'Ħaż-Żabbar partikolarment fi Triq il-Vittorja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19670 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Servizz Ġdid

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 18915, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu mitluba jħallsu l-applikanti għas-servizz ta' l-ilma fil-perijodu bejn Novembru 1997 - Settembru 1998? Meta ddaħħlet is-sistema ta' standard charge ta' Lm70.00?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 18915.
Leg 9 PQ #19495 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19632 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bars liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn liċenzji għal bars, lokal b'lokal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #19633 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Call bl-Operator — Kont

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi riżolta l-kwestjoni dwar telephone call tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ċemplet l-Ingilterra permezz ta' l-operator u rċeviet kont għall-telephone call il-Marokk?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex isiru l-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ isir l-aġġustament relattiv.
Leg 9 PQ #19636 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Arloġġ ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinbidel l-arloġġ ta' l-ilma wara li ġew tliet darbiet ħaddiema tal-korporazzjoni u ma inbidel qatt peress li dawn ir-residenti li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, qed jirċievu kontijiet esaġerati?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferita lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #19568 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ġnien ta' Schriber — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex isir id-dawl fil-ġnien ta' Schriber meta dan ix-xogħol ilu approvat ix-xhur?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferit lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa.