Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #25209 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb joħroġ sejħiet għal aktar konsulenti mediċi fis-sena 2016? Jekk iva, f’liema speċjalizzazzjonijiet mediċi? Jekk le, għalfejn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nikkonferma mal-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Saħħa se joħroġ aktar sejħiet għall-konsulenti mediċi fl-2016 skont l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 12 PQ #25210 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25075 u 24727, jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-2015 inħatru biss ħames konsulenti u tlieta minnhom kienu replacement ta’ konsulenti oħra u għalhekk żewġ konsulenti biss żdiedu fis-sena 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2015 id-Dipartiment tas-Saħħa ħatar 13-il konsulent ġdid li 3 minnhom kienu qed jieħdu post konsulenti oħra li rtiraw.
Leg 12 PQ #25211 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Department of General Surgery — post ta’ Konsulent Mediku

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25076 u 24727, jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx is-sejħa għall-post ta’ konsulent fid-Dipartiment tal-General Surgery? Jekk iva, meta u kemm kien hemm applikanti? Jekk le, meta se toħroġ din is-sejħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin id-Dipartiment tas-Saħħa se joħroġ sejħa għal Konsulent Kirurgu Ġenerali b’Interess Speċjali fil-Kirurġija tas-Sider.
Leg 12 PQ #25212 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjoni tal-Arthroscopy — stennija

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24964 u 24722, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ operazzjonijiet tal-Arthroscopy li saru fl-2014?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2014 saru 707 operazzjoni tal-Arthroscopy ġewwa l-Isptar Mater Dei filwaqt li nfakkar li fis-sena 2015 saru 805 Arthroscopy.
Leg 12 PQ #25213 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Arthroscopy — stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku biex jivverifika għandhomx bżonn Arthroscopy, kemm ilhom jistennew u l-appuntamenti humiex għall-2018 jew qabel?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni mhux possibli li tingabar ghaliex il-pazjenti jkunu referuti ghand specjalista b'sintomu jew sintomi u mhux b'talba specifika ghal Arthroscopy.
Leg 12 PQ #25214 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report 2015

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24958, jista’ l-Ministru jgħid kif ġie affetwat ir-rapport wara li sar it-tibdil fis-sistema tal-IT tal-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt li hija l-prassi li meta jkun hemm tibdil maġġuri f’sistemi bħal ma hija s-sistema elettronika amministrattiva tal-pazjenti, tali tibdil jiġi nnutat fid-daħla tar-rapport, mhux maħsub li dan it-tibdil ħalla impatt maġġuri fuq l-informazzjoni meta ppreżentata fuq perjodu ta’ sena jew iżjed.
Leg 12 PQ #25297 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech – ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li sar mal-kumpanija privata li ser tieħu f’idejha l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti msemmija, b’eċċezzjoni ta’ dettalji kummerċjalment sensittivi, se jkunu ppubblikati sal-aħħar tas-sena.
Leg 12 PQ #25298 Sitting 386 2016-05-09 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, Sptar San Luqa u Sptar Karen Grech – ftehim mal-unions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġi ffirmat ftehim mal-Unions dwar il-privatizzazzjoni tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech? Jista’ jgħid jekk ġiex iffirmat xi ftehim ma' xi Union? Jekk iva ma’ liema Union jew Unions? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le meta hu mistenni li jiġi konkluż dan il-ftehim? Ser isir ftehim wieħed separat ma’ kull Union jew ftehim wieħed mal-Unions kollha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24683.
Leg 12 PQ #25122 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għas-Saħħa

Ħal Qormi – pjanijiet ta’ estensjoni taċ-ċimiterju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ċ-ċimiterju ta’ Ħal Qormi jiġi estiż? X’inhuma l-pjanijiet? Fuq liema art se jkun estiż iċ-ċimiterju? Sa meta se jseħħ dan il-pjan?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li parti miċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi tappartjeni l-Knisja u parti oħra tappartjeni l-Gvern. Skont il-liġi tal-att dwar id-dfin, dan iċ-ċimiterju ma jistax ikun estiż għal fatt li qiegħed viċin iż-żona residenzjali.
Leg 12 PQ #25169 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Malta Embryo Protection Authority – rapport annwali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-Malta Embryo Protection Authority għas-snin 2014 u 2015?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport annwali tal-Malta Embryo Protection Authority għas-sena 2014 kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Lulju tas-sena l-oħra f’seduta 291, paperlaid 5364, filwaqt li r-rapport annwali tas-sena 2015 għadu ma ġiex preżentat mill-Awtorità.
Leg 12 PQ #25170 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport annwali tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei għas-sena 2015? Jista’ jpoġġi r-rapport sħiħ u mhux in-numru totali tal-operazzjonijiet biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inqieghed fuq il-mejda tal-kamra Surgical Operations at Mater Dei Hospital Theatres Report ta’ Jannar 2016.
Leg 12 PQ #25206 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jgħid kull konsulent f’liema sena nħatar? Jista’ jindika wkoll liema konsulenti nħatru qabel Marzu 2013 u liema wara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi it-48 konsulent indikat fit-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 25074, kollha nhatru minn Marzu 2013 li l’hawn.
Leg 12 PQ #25207 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi — ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jgħid liema mill-konsulenti kienu appuntati biex jieħdu post konsulenti li rtiraw jew telqu mis-servizz u liema fil-fatt kienu żieda?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant biex tirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija 25074.
Leg 12 PQ #25208 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Konsulenti Mediċi – ħatriet ġodda

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25074, jista’ l-Ministru jikkonferma li ma kien hemm l-ebda sejħa għall-konsulenti fl-Emerġenza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 li l’hawn kien hemm tliet sejħiet għall-konsulenti fl-Emerġenza. Dawn huma: -Consultant Paediatrician with a Special Interest in Paediatric Emergency Care -Consultant Surgeon with Special Interest in Acute and Emergency Surgery -Consultant in Accident & Emergency Medicine
Leg 12 PQ #25263 Sitting 385 2016-05-04 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses mhux Maltin li jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' nurses mhux Maltin li hemm jaħdmu fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, preżentament, bl-informazzjoni differenti tingħata għal kull sptar separatament? Kemm hu maħsub li għandu jkun il-complement ta' nurses, għal kull wieħed minn dawn l-isptarijiet, dejjem skont l-estimi li hemm preżentament? Meta hu mistenni li jintlaħaq il-complement kollu, f'kull każ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mas-servizz pubbliku hemm total ta’ 290 infermier ta’ nazzjonalità barranija jaħdmu fl-entitajiet kollha. Il-complement kif inhu fil-mument hu ta’ madwar 3,538 infermier. Dan dejjem jista’ jvarja skond l-iżvilupp tas-servizz li jkun hemm pjanat u skond il-ħtiġijiet u eżiġenzi tal-pajjiż.
Leg 12 PQ #23977 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet ta’ Għawdex u San Luqa – proċess ta’ kummerċjalizzazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22428 fejn it-terminu “kummerċjalizzazzjoni” jfisser il-proġett tal-Gvern li permezz tiegħu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karen Grech se jitmexxew mis-settur privat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-process wasal fil-fazi ta’ Transition Planning.
Leg 12 PQ #23984 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

ITS – proposti għal sit

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22331, u jagħti lista ta’ min tefa’ l-proposta tiegħu għall-użu tas-sit tal-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi (ITS) u jgħid (b’mod ġenerali) x’kienet il-proposta ta’ kull min tefa’ l-offerta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jaghmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #25087 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Alġerija – Memorandum of Understanding

Question

B’referenza għall-Press Release 160850 maħruġa fil-21 ta’ April 2016, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ Memorandum of Understanding se jiġi ffirmat mal-Alġerija u għal liema speċjalizzazzjonijiet mediċi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt żjara li kellu f’pajjiżna l-Ecċellenza Tiegħu Abdelmalek Boudiaf, Ministru għas-Saħħa, Popolazzjoni, Riforma tal-Isptarijiet tar-Repubblika Demokratika tal-Alġerija, ġie mifthiem li jkun ippreparat memorandum of understanding dwar is-settur tas-saħħa li mistenni jkun iffirmat fil-futur qarib. Dan il-memorandum of understanding mistenni jwitti triq għal kummissjoni konġunta bejn iż-żewġ pajjiżi għal dan is-settur.
Leg 12 PQ #25164 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Testijiet tal-musrana — frekwenza

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li t-testijiet tal-musrana (colonoscopy) għal min għandu kundizzjoni ereditarja, qed isiru kull ħames snin minflok kull sentejn kif kien isir sal-2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta' screening jimxi fuq parametri stabbiliti u maqbula minn grupp ta' esperti lokali. Dawn il-parametri jirriflettu linji gwida internazzjonali u huma ssaportjati bi studji klinici li jigu aggornati regolarment.
Leg 12 PQ #25165 Sitting 384 2016-05-03 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mill-bidu ta’ Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Ħadd fl-Isptar Mater Dei u f’liema speċjalizzazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant mill-informazzjoni miġbura, li n-numru ta’ operazzjonijiet elective rreġistrati gewwa Mater Dei, mill-bidu ta’ Jannar 2015 sa l-aħħar ta’ Marzu 2016 li saru nhar ta’ Ħadd, huma total ta’ ta’ 777.