Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Millennium Development Goals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li d-dipartiment kollha ta’ dan il-Ministeru ngħataw struzzjonijiet biex tingħata attenzjoni speċifika għall-Millenium Development Goals numru 1, 3 u 7. L-uffiċjali inkarigati minn dawn l-għanijiet ivarjaw minn dipartiment għall-ieħor. Id-dipartimenti kollha isostnu li ma sar l-ebda rapport bil-miktub mis-sena 2000 ‘l hawn.

Korp tal-Pulizija – xogħol ta’ waiters — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għala sal-lum għadhom ma tħallsux tal-extra dawk il-Pulizija li ħadmu ta’ waiters fl-ikla tal-Girgenti tat-28 ta’ Ġunju 2013? Jaf il-Ministru li kull meta dawn qed jistaqsu lil min hu konċernat fil-Korp dwar meta se jitħallsu, dawn jintqal lilhom li ħa jitħallsu x-xahar ta’ wara u ilhom jgħidulhom hekk minn Awwissu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġament hemm bejn il-Gvern u l-Caritas għal dawk il-priġunieri li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin biex dawn isegwu programm residenzjali fil-kumpless ta’ Sant’Anna? Huwa minnu li l-mument li priġunier jiskonta s-sentenza ta’ priġunerija ma jibqgħalux l-obbligu li jibqa’ fil-programm residenjzali f’Sant’Anna jekk ma jkunx għadu lestieh?

Response (MALLIA, EMANUEL)

L-arranġament li l-Gvern għandu mal-Caritas jinvolvi li l-applikazzjonijiet sottomessi mill-priġunieri sabiex isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni għandhom jiġu diskussi minn Bord appożitu li jikkonsidra dawn l-applikazzjonijiet. Dan il-Bord jikkonsisti minn rappreżentanti tal-ħabs, rapprezentanti tal-aġenziji Caritas u Sedqa, kif ukoll professjonisti oħra. L-arrangament finanzjarju bejn il-Gvern u l-Caritas jikkonsisti f’pagament fis fuq bażi mensili, liema ammont jiżdied jekk in-numru ta’ residenti jeċċedi t-tlettax il-priġunier. Ġa la darba l-priġunier jiskonta s-sentenza, huwa ma jibqax taħt ir-responsabilta’ tal-Facilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Korp tal-Pulizija — MSS

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu addetti fil-MSS (Security Services) fit-8 ta’ Marzu 2013 u fl-10 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ma’ tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ sigurta’. L-Onorevoli Interpellant kemm il-darba ġie mgħarraf fit-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari li għamel hu stess li din l-informazzjoni relatata mas-servizz ta’ sigurta’, hija strettament kunfidenzjali minħabba raġunijiet ovvji ta’ sigurta’.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – impjegati bit-telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bit-telework approvat mis-Segretarju Permanenti sal-5 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lil Onor. Interpellant li sa 5 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 7 impjegati tal-Faċilità li kienu jaħdmu bit-teleworking.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – impjegati bit-telework

Question

Jista’ l-Ministru jispjega b’liema jedd l-Acting Director (is-Sur Camilleri) tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin ftit jiem ilu (u ċjoè fl-ewwel jiem ta’ Ġunju 2013) ordna lill-impjegati tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li kienu bit-telework approvat biex dawn “jew iwaqqfu t-teleworking jew jitilqu ’l hemm”? Jaf il-Ministru li dan l-istess Acting Director qalilhom li hekk ġie ordnat “minn fuq”? Ma jħossx il-Ministru li dan ma jaqbilx ma’ dak li ddikjara l-Gvern fid-diskors tal-President ta’ April 2013 fejn qak li se jkun favur family friendly measures?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħadd mill-ħaddiema tal-Faċilità ta’ Kordin effetivament ma twaqqaf milli jaħdem bit-telework.

Sptar Mater Dei – preżenza tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Gvern ittermina l-extra duty ta’ madwar 50 membru tal-Korp tal-Pulizija mill-Isptar Mater Dei, li fisser it-telf ta’ bejn €500 u €1,000 fix-xahar għal kull wieħed minnhom?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi s-servizz ta’ extra duty isir fuq talba ta’ terzi, f’dan il-każ l-awtoritajiet tal-Isptar Mater Dei. Għaldaqstant ġentilment nissuġerrixi lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Whistleblowing Reporting Officer

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħatar Assistent Direttur, bħala l-whistleblowing reporting officer fi ħdan il-Ministeru. Huwa diġà attenda sessjoni ta’ informazzjoni dwar il-liġi tal-whistleblowing u hemm ippjanat laqgħat oħra ta’ informazzjoni aktar ‘il quddiem.

każijiet ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza domestika f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu ripetuti, kemm minnhom tressqu l-qorti u x’pieni rċevew? Kemm minnhom irriżultaw f’dannu fiżiku permanenti? Hemm xi ħsieb li jiġi stabbilit reġistru li jippubblika l-ismijiet ta’ dawk li jinstabu ħatja?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ każijiet ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija u n-numru ta’ persuni li tressqu l-Qorti b’konnessjoni ma’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin kienu hekk: 2009 2010 2011 2012 2013 Każijiet ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija 543 659 848 1028 850 Persuni mressqa l-Qorti 651 720 1010 732 563 Il-pieni mgħotija lill-dawk misjuba ħatja kienu jinkludu multa; ordni ta’ probation; ordni għal liberazzjoni taħt kondizzjoni; sentenza sospiza u garanzija personali. Infurmat ukoll illi tagħrif dwar kemm kienu repeated offenders u n-natura ta’ feriti tal-vittmi mhux disponibbli taħt forma ta’ statistika. Inġibditli l-attenzzjoni illi fit-Twegiba ghall Mistoqsija Parlamentari numru 1818, in-numru ta’ persuni mressqa l-Qorti matul is-sena 2011, bi zvista ġie mgġoti bħala 101, meta filfatt ried ikun 1010 kif imsemmi fit-Twegiba li qed nagħti illum.

Offenders Assessment Board u l-Parole Board — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Offenders Assessment Board u l-Parole Board u meta ġew maħtura?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Amnestija – kategorija ta’ detenuti li ġew liberati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema kategorija ta’ delitti kienu qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija dawk il-54 detenut li ġew liberati mill-Faċilità korrettiva ta’ Kordin bl-amnestija bejn il-5 u t-8 ta’ Ġunju 2013, numru imsemmi mill-istess Ministru fil-Parlamentari fis-Seduta tal-5 ta’ Ġunju 2013 meta ta d-dettalji dwar l-amnestija li l-Gvern iddeċieda li jagħti? Jista’ jagħti din l-informazzjoni wkoll għar-rigward tad-detenuti li se joħorġu bis-saħħa ta’ din l-amnestija kull xahar minn issa sal-aħħar tal-2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi meta nagħtat il-figura ta’ 58 priġunier l-amnestija kienet qed tinħadem fuq mitt jum mingħajr remission imma fil-fatt meta ingħatat l-amnestija din kienet qed tinkorpora’ r-remission li allura effettivament minn kellu gwadan sħiħ tar-remission dan ibbenefika minn 66 jum. Dan kien iffisser li bejn is-7 u t-8 ta’ Ġunju u mhux qabel kif qed isaqsi l-Onorevoli interpellant, ġew meħlusa 35 priġunier. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi bid-dettalji xahar b’xahar rigward detenuti li ħargu u li ser joħorġu bis-saħħa tal-amnestija sal-aħħar tal-2013.

Korp tal-Pulizija – membri fl-għassa ta’ Ħal Qormi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li kienu addetti fl-għassa ta’ Ħal Qormi fit-8 ta’ Marzu 2013 u fid-9 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi fit-8 ta’ Marzu at din is sena, kien hemm 32 membru tal-Korp stazzjonati fl-Għassa ta’ Hal Qormi, filwaqt li fid-9 ta’ Gunju kien hemm 30.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li fis-7 ta’ Ġunju 2013 kienu qed isegwu programm residenzjali ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga u fejn kienu qed isegwuh?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Nhar is-7 ta’ Ġunju 2013 kien hemm 7 priġunieri ġewwa l-programm offrut mill-Caritas u priġunier wieħed li kien qiegħed isegwi programm ta’ rijabilitazzjoni offrut mill-aġenzija Sedqa. Dan għat-total ta’ tmien priġunieri.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li fis-7 ta’ Ġunju 2013 kienu qed isegwu l-PIP programm ta’ riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga? Fejn kienu qed isegwu dan il-programm?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Il-PIP (Prison Inmates Program) huwa programm ta’ rijabilitazzjoni mmexxi mill-aġenzija Caritas, fejn kien hemm seba prigunieri jsegwu l-programm fl-imsemmija data.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — programm kontra l-vizzju tad-droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, b’referenza għal dawk id-detenuti li qed jiskontaw sentenza ta’ priġunerija fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-7 ta’ Ġunju 2013 u li kienu qed isegwu programm residenzjali tal-PIP (riabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga) f’Sant’Anna tal-Caritas, kemm kien baqgħalhom jiskontaw mis-sentenza ta’ priġunerija tagħhom fis-7 ta’ Ġunju 2013?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Kien hemm seba priġunieri jsegwu l-programm PIP (Prison Inmates Program) offrut mill-Caritas. Dawn huma in-numru ta’ ġranet li kien għad iridu jiġu skontati qabel tnaqsitilhom l-amnestija. 1. 59 gurnata 2. 41 gurnata 3. 226 gurnata 4. 112 gurnata 5. 84 gurnata 6. 126 gurnata 7. 134 gurnata

Amnestiji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw amnestiji lill-ħabsin fl-aħħar 30 sena? Għaliex ingħataw u kemm żmien ingħata f’kull każ?

Response (MALLIA, EMANUEL)

B’referenza għall-mistoqsija 2617 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta hija kif ġejja: AMNESTIJA X’ INĦAFER GĦALIEX INGĦATAT 30 ta’ Marzu 1982 Erba’ xhur darba biss Ħatra għall-ewwel darba ta’ Mara bħala President tar-Repubblika ta’Malta. 29 ta’ Jannar 1987 Xahar għal kull sena ħabs jew parti minn sena; Grad fil-każ ta’ min ikkommetta reat u ma kienx tressaq Fil-kaz li sentenza kienet ordnat illi f’ kull każ għandu jiġi skontat minimu ta’ snin ta’ habs dak il-minimu ma jibqax japplika u tiġi applikata ukoll il-maħfra; Interdizzjonijiet, probations jew sospensjonijiet ta’ liċenzji imnaqqsa b’ xahar għal kull sena jew parti minnha; Maħfur ukoll ksur tar-regolamenti tal-ħabs li jkun wassal għal telf ta’ remission. Meta ġie entrenched l-istatus ta’newtralita’ ta’ Malta fuq il-prinċipji ta’ non-alinejament u ġie msaħħaħ il-proċess demokratiku tal-pajjiż. 29 ta’ Mejju 1987 Xahrejn minn kull sena habs jew parti minnha Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid 26 ta’ Mejju 1989 Xahrejn jekk is-sentenza hija għal anqas minn 3 snin; ħames xhur jekk is-sentneza tkun bejn 3 u 10 snin; seba’ xhur jekk is-sentenza tkun ta’ aktar minn 10 snin. Ħattra ta’ Dr.Ċensu Tabone bħala President ta’ Malta. 20 ta’ Settembru 1989 Xahrejn jekk is-sentenza hija għal anqas minn 3 snin; ħames xhur jekk is-sentenza tkun bejn 3 u 10 snin; seba’ xhur jekk is-sentenza tkun ta’ aktar minn 10 snin. Ħamsa u għoxrin anniversarju ta’ l- Indipendenza ta’Malta. 23 ta’ Mejju 1990 Xahar darba biss Visita f’ Malta tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Giovanni Pawlu II 20 ta’ Mejju 1992 Xahrejn għal kull sena jew parti minnha Il-Ħamsin Anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-Poplu Malti 12 ta’ Dicembru 1996 Xahar ghal kull sena habs jew parti minnha Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid 21 ta’ Dicembru 1999 Xahar darba biss Okażżjoni tal- Millennju Ġdid 07 ta’ Gunju 2013 100 ġurnata mis-sentenza mingħajr ma titqies xi remissjoni mogħtija skont ir-regolamenti tal-ħabs u remissjoni għanda wara terġa’ tiġi kalkolata skont is-sentenza hekk imnaqqsa. Okażżjoni ta’ Gvern Ġdid

Pulizija – tqassim ta’ referti

Question

Jista’ l-Ministru jispjega għala l-Pulizija li jagħmlu użu minn muturi ż-żgħar sabiex iqassmu r-referti m'għadhomx jaħdmu mat-traffic control filgħodu? Dan sar minħabba s-siegħa u nofs overtime li kienu jieħdu?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-istess domanda fis-sostanza, saret minnu stess fil-31 ta Mejju 2013 u għalhekk nħoss li ma’ għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li kont tajt.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — popolazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-4 ta’ Ġunju 2013? Kemm kien hemm f’kull division, maqsumin f’dawk sentenzjati u dawk taħt arrest preventiv?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl-4 ta’ Ġunju 2013 il-popolazzjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva kienet ta’ 595 priġunier – 432 ssentenzjati u 163 arrestati. Qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra, lista komplessiva ta’ kif kienu mqassma il-priġunieri ssentenzjatu u arresstati f’kull diviżjoni u taqsimiet oħra skont kif staqsa l-Onorevoli Interpellant.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri sentenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fl-4 ta’ Ġunju 2013, kemm kien hemm priġunieri sentenzjati f’kull division tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin maqsumin skont il-kategorija ta’ delitti?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li din it-tip ta’ statistika ma tinzammx. Nirreferi lill-Onorabbli kollega għar-risposta tal-mistoqsija numru 2659 fejn fiha hemm elenkat in-numri ta’prigunieri f’kull divizjoni jew taqsima u jekk dawn humiex arrestati jew issentenzjati. Il-priġunieri fil-Faċilita Korretiva ta’ Kordin ma jitqassmux fid-diviżjoni skond il-kategorija tad-delitti.

Korp tal-Puluzija — Ingaġġ ta’ Spetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li kien hemm fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 18993?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li kien hemm fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 18993 datata 28 ta’ Novembru 2012, kienet ġiet terminata. L-applikanti li kienu jammontaw għal wieħed u erbgħin (41), kienu kollha ġew infurmati sabiex jekk għadhom interessati, setgħu jerġgħu japplikaw mill-ġdid skond l-applikazzjoni għall-ingaġġ ta’ spetturi li deher fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 19123 datata 13 t’Awwissu 2013, għal liema sejħa applikaw total ta’ mija u tnax (112) applikant