Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjiegi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika ż-żmien li għalih qed jitlob din l-informazzjoni.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 9857 u 9858 jista’ l-Ministru jgħid jekk it-tliet messaġġiera ġodda li ġie kkonfermat li daħlu mal-Awtorità tad-Djar humiex l-istess tlieta li l-ewwel intbagħtu jaħdmu mal-Awtorità tad-Djar taħt l-iskema tal-ETC Community Work immirata għal dawk li jkunu ilhom diversi xhur bla xogħol? Jekk le, min huma dawn it-tliet impjegati? Xi kwalifiki għandhom? Kif saru tal-post? Saret sejħa pubblika biex dawn l-impjegati saru tal-post? Kien hemm min, minn dawn it-tliet impjegati ġodda, talab biex ikun jista’ jagħmel ukoll part time job?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett messaġġiera ġodda li daħlu mal-Awtorità tad-Djar m’humiex l-istess tlieta li qiegħdin taħt l-iskema tal-ETC Community Work. Dawn il-messaġġiera għandhom ‘school leaving certificate’ u liċenzja tas-sewqan. Il-persuni magħżula għall-pożizzjoni ta’ messaġġiera huma ġew ingaġġati wara li l-Awtorita’ kisbet l-permessi kollha meħtieġa biex timpjega dawn il-messaġiera fuq bażi indefinit, ħarġet sejħa interna u wara ħarġet sejħa permezz tal-ETC, skont il-proċeduri stabbiliti għal dawn l-aħħar snin. Il-Ftehim Kollettiv tal-Awtorita’ tad-Djar ma jobbligax lill-ħaddiema biex jinfurmaw lill-istess Awtorita’ sabiex ikunu jistgħu jagħmlu xogħol part time.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9860 u jikkonferma li ħadd mill-messaġġiera u l-minor staff ingaġġati mill-Awtorità tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum, ma kien diġà gawda minn skema ta’ rtirar kmieni minn xi entità oħra governattiva?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi wieħed mil-ħaddiema ingaġġati mill-Awtorita’ tad-Djar minn Marzu 2013 sal-lum, kien gawda minn skema ta’ irtirar kmieni. Il-kundizzjonijiet li taħthom dan l-impjegat gawda minn tali skema ma jipprojbixxuhx milli jkun ingaġġat mill-Awtorita’ tad-Djar.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti li għandu miegħu llum il-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, inkluż is-Segretarjat Parlamentari? Jista’ jagħti d-dettalji dwar ħlasijiet u perkaċċi oħra ta’ kull konsulent? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta’ kull konsulent li għandu miegħu? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza li għandu kull konsulent ingaġġat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żamm konsulenti minn dawk li kellha l-Ministru ta’ qablu minn Marzu 2013 ’il quddiem? Min huma dawn il-konsulenti? Għad għandhom l-istess kundizzjoniiet u, jekk le, kif inbidlu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Konsulenti li nżammu huma dawn:
§ Dr Andrew Azzopardi
§ Prof Maurice Mullard
§ Ms Maria Rauch
§ Mr Joe Gerada
§ Dr Yana Bland Mintoff
§ Dr Toni Abela
§ Dr Marvin Formosa
Apparti Dr Marvin Formosa li naqqas in-numru ta’ sigħat, kollha għad għandhom l-istess kundizzjonijiet
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm neħħa u kemm irriżenjaw konsulenti minn dawk li kellha l-Ministru ta’ qablu minn Marzu 2013 ’il quddiem? Min huma dawn il-konsulenti u fuq xiex qed jagħtu konsulenza?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm tlett (3) konsulenti li mxew mal-Uffiċċju tal-President. Minix f’posizzjoni li ngħid fuq hiex qed jagħtu konsulenza llum, minħabba li m’għadhomx jaħdmu fil-Ministeru tiegħi.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – contracts of service
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li ngħataw contract for service mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn? Jista' jgħid kemm tħallsu s'issa? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8856, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-proposta mressqa mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun dwar il-proġett ta’ night shelter fil-lokalità tal-Ħamrun tinkludix aktar minn sit wieħed għal dan l-iżvilupp? Jista’ jsemmi s-sit jew is-siti li ġew indikati mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar servizzi differenti u dettalji jingħataw skont l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9852 u jgħid jekk il-persuna magħ¿ula biex tokkupa l-kariga ta’ Executive Head Social Housing fl-Awtorità tad-Djar ġietx magħżula wara sejħa pubblika jew għall-inqas sejħa interna? Jekk din il-persuna ġiet magħżula direttament bħala position of trust, kien hemm awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex din il-kariga tiġi magħżula mingħajr sejħa? Jekk dan hu l-każ, min awtorizza din is-sejħa b’dan il-mod?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna magħżula sabiex tokkupa l-kariga ta’ Executive Head Social Housing ġiet magħżula wara li l-Awtorita’ kisbet il-permessi kollha meħtieġa inkluż dawk tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, il-Ministeru tal-Finanzi u tal-PAHRO. Din il-persuna ġiet magħżula wara li saret sejħa interna.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9853 u jgħid xi gradi kienet tokkupa l-persuna magħżula biex tokkupa l-kariga ta’ Executive Head Social Housing fl-Awtorità tad-Djar, minn meta daħlet mal-Awtorità sa qabel ma ntgħażlet biex tieħu l-kariga l-ġdida?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna magħżula biex tokkupa l-kariga ta’ Executive Head Social Housing fl-Awtorità tad-Djar daħlet fl-1996 u kienet tokkupa l-gradi ta’ Skrivana, Senior Clerk, Assistant Administrator, Administration Officer, Senior Administrator, Senior Manager, Social Housing Supervisor, Registry Coordinator, Deputat Kap Eżekuttiv u Executive Head Social Housing.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9854 u jgħid xi kwalifiki għandha l-persuna magħ¿ula biex tokkupa l-kariga ta’ Executive Head Social Housing fl-Awtorità tad-Djar? Jekk il-kwalifiki mhumiex mill-Università ta’ Malta, jista’ jikkonferma li l-persuna magħżula għandha mhux anqas minn Masters degree MQF level 7 kif normalment jintalab f’karigi tal-ogħla livell? Jista’ jpoġġi l-verifika u l-validazzjoni tal-MQF level tal-kwalifika li għandha din il-persuna fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna magħ¿ula biex tokkupa l-kariga ta’ Executive Head Social Housing għandha MQF Level 6 hekk kif kien rekwiżit mill-PAHRO u 18-il sena esperjenza mal-Awtorità tad-Djar. Il-kwalifika hija mill- Universita’ ta’ Wales.
Il-verifika tal-MQF level tal-kwalifika li għandha din il-persuna lest li nuriha lill-Onoreveli Membru fuq bażi personali.
Awtorità tad-Djar – Karigi ta’ Deputat Kap Eżekuttiv u Executive Heads
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex impjegati li għandhom Masters degree MQF level 7? Jekk fl-affermattiv jista’ jgħid għaliex ħadd minn dawn ma’ nstab tajjeb biex jokkupa l-kariga ta’ Deputat Kap Eżekuttiv jew ta’ Executive Head meta min ġie impjegat f’dawn il-karigi minn Marzu 2013 sal-lum m’għandux dawn il-kwalifiki u xorta ingħata l-promozzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha impjegati oħra li għandhom Masters degree MQF level 7.
Fil-każ ta’ Deputat Kap Eżekuttiv il-kariga kienet
‘position of trust’
u fil-każ ta’
Executive Head
il-minimu tal-kwalifiki rekwiżit kien dak ta’ MQF level 6. Għalhekk, kull min kellu din il-kwalifika seta’ japplika għal din il-pożizzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9855 u jgħid kemm hemm periti li jagħtu s-servizz tagħhom lill-Awtorità tad-Djar? Fuq liema bażi huma ingaġġati dawn il-periti? F’kull każ, x’inhu l-pakkett finanzjarju, il-perkaċċi u l-benefiċċji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha sebgħa periti li huma fuq bażi indefinita u l-pakkett finanzjarju, il-perkaċċi u l-benefiċċji ta’ kull perit huwa kif muri fuq it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9856 b’mod sħiħ u jgħid dak li ma qalx s’issa, jiġifieri min kienu l-periti li taw is-servizz tagħhom lill-Awtorità tad-Djar mill-2013 sal-lum? F’kull każ, jista’ jgħid meta bdew l-ingaġġ, fuq liema bażi u b’liema kundizzjonijiet? Jista’ jagħti r-raġuni għat-terminazzjoni ta’ dawk il-periti li m’għadhomx mal-awtorità?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha seba’ periti li huma fuq bażi indefinita. L-informazzjoni mitluba dwar il-pakkett finanzjarju, il-perkaċċi u l-benefiċċji ta’ kull perit qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali — bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – ħaddiema bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bit-teleworking fir-Residenza San Vinċenz de Paul? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm-il siegħa teleworking għandu kull ħaddiem?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema pożizzjonijiet ta' deċiżjoni qed tirreferi.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għad- Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema pożizzjonijiet ta' deċiżjoni qed tirreferi u xi gradi.
Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva –persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ntlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema pożizzjonijiet ta' deċiżjoni qed tirreferi u xi gradi.