Legislature:
Category:
Reset
Active:

kont tad-dawl u l-ilma — każ ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma’ dan l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament fuq problema ta’ kont tad-dawl u l-ilma?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija qed tiġi kkuntatjata minn ARMS Ltd. sabiex tiġi solvuta l-problema li għandu.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – donaturi tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' donaturi tad-demm fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex (xahar b'xahar ) minn Novembru 2012 sa Ġunju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Matul is-sena 2013 kien hemm elf sitt mija u sebgħa u għoxrin (1627) donatur tad-demm Għawdex filwaqt li matul l-ewwel sitt (6) xhur tas-sena 2014 kien hemm tmien mija u sebgħa u erbgħin (847) donatur.
Leg 12 PQ #10161 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq il-Ħatab - pressjoni tal-ilma baxxa

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fi Triq il-Ħatab, San Pawl il-Baħar u l-inħawi ta' madwar, fejn issa għal diversi jiem kien hemm pressjoni tal-ilma baxxa, din is-sitwazzjoni ma tibqax tippersisti b'dannu għar-residenti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjon għas-Servizzi tal-Ilma ħadet il-miżuri kollha neċessarji sabiex tnaqqas dan l-inkonvenjent mill-aktar fis possibli u issa l-problema hija solvuta.
Leg 12 PQ #10178 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — pressa baxxa ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex diversi nħawi ta' San Pawl il-Baħar, inkluż Buġibba u l-Qawra ma jibqgħux ibatu minn pressa baxxa tal-ilma għaliex qed jaslu rapporti ta' diversi nħawi b'din il-problema? B'mod partikolari, jista' jagħti d-dettalji ta' x'passi qed tieħu l-Korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma biex din il-problema ma tibqax tippersisti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hekk kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kienet infurmata bil-problema, minnufih bdiet bl-investigazzjonijiet tagħha u l-problema issa ġiet eliminata.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — mediċina Busperone

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk min kien jieħu l-mediċina Busperone mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (permezz ta' Skeda V), issa hux jintalab iħallas għalihom meta jmur jiġborhom mill-Ispiżerija fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Min hu intitolat jieħu l-mediċina Buspirone b’xejn (permezz ta’ Skeda V) jista’ jiġbor din il-mediċina b’xejn mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — Mediċina Busperone

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-mediċina Busperone se terġa tibda titqassam mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-mediċina Buspirone tinsab in-stock u qed titqassam mill-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Sptar Mater Dei – persuni involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, sena b'sena, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jew f'xi Ċentru tas-Saħħa u wara kellhom jinżammu l-Isptar Mater Dei minħabba xi inċident tat-traffiku fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014? Jista' jagħti l-ammont totali ta' ġranet li qattgħu dawn il-pazjenti fl-Isptar f'kull sena?

Response (MIZZI, KONRAD)

Każijiet li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei bħala pazjenti fis-snin imsemmija b’korriment ta’ inċident tat-traffiku (Land Transport Accidents ICD-10 Code V01-V89) jidru fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ Admissions b’korriment wara inċident tat-traffiku Total ta’ ġranet fl-Isptar Mater Dei 2010 334 2614 2011 392 2331 2012 447 2460 2013 376 2616 Jannar-Mejju 2014 157 1301

FMS – Kap Eżekuttiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li minħabba fiha rriżenja l-Kap Eżekuttiv tal-FMS?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellanti li l-persuna msemmija rriżenjat wara li ntemm it-terminu tal-kuntratt u ma kienx imġedded.

Outpatients — appuntamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm appuntamenti tal-outpatients iffissati għas-sena 2016? Jista’ jaqsamhom, xahar b’xahar skont id-dipartiment rispettiv (eżempju Orthopeadics, Neurology eċċ.)?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

FMS – Membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-Bord tal-FMS u għal kull persuna appuntata jagħti r-remunerazzjoni u l-benefiċċji li għandu/għandha?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-informazzjoni mitluba hija ġa pubblika. Dwar it-tagħrif tar-rimunerazzjoni, iċ-ċermen u l-membri tal-bord jitħallsu l-istess kif kienu jitħallsu ċ-ċerpersin u l-membri tal-bord ta’ qabel.

FMS – Riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tar-riżenji li kien hemm fl-FMS minn Jannar 2014 sal-lum?

Response (MIZZI, KONRAD)

Riżenji fl-FMS minn Jannar 2014 sal-lum kienu ta’ ħdax (11)-il persuna minn erba’ mija u tlieta u għoxrin (423) persuna fl-FMS.

Persuni li daħħlu l-isptar b’overdose ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar ibatu minn xi tip ta' overdose ta' droga matul l-2014? Jista' jagħti din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-ammont ta’ persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei fl-2014 ibatu minn xi tip ta’ overdose ta’ droga huwa ta’ mija, tmienja u erbgħin (148): erbgħa u għoxrin (24) f’Jannar; wieħed u għoxrin (21) fi Frar; ħamsa u tletin (35) f’Marzu; disgħa u tletin (39) f’April u disgħa u għoxrin (29) f’Mejju.

Persuni li mietu b’overdose ta’ droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu persuni b'overdose ta' droga matul l-2014? Jista' jagħti l-etajiet ta' dawn il-persuni?

Response (MIZZI, KONRAD)

Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, f’dawn l-aħħar sitt xhur (minn Jannar 2014 sa Ġunju 2014), ma kien hemm ebda mewta attribwita għall-użu ta’ xi droga illegali.

Sptarijiet u Ċentri tas-saħħa – tqassim ta’ siringi b’xejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi b'xejn minn sptarijiet/ċentri tas-saħħa/faċilitajiet oħra fis-snin 2012, 2013 u 2014, u jaqsam din l-informazzjoni skont minn liema ċentru/sptar tqassmu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fl-2012 tqassmu tliet mija, sitta u sebgħin elf u sebgħa mija u għaxar (376,710) siringi. Fl-2013 tqassmu tliet mija, tnejn u għerbin elf, sebgħa mija u tnejn u tletin (342,732) siringa. Id-dettalji skont iċ-Ċentru tas-Saħħa rispettiv qegħdin fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Użu tas-servizz tal-methadone — pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz tal-methadone fis-snin 2012, 2013 u 2014, u jaqsam din l-informazzjoni xahar b'xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif qiegħed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ambulanzi — inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li fihom kienu involuti ambulanzi fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014, u jaqsam din l-informazzjoni skont jekk l-ambulanza kinetx qiegħda fi triqitha b'xi sejħa ta' emerġenza jew inkella kinetx fuq xogħol ieħor?

Response (MIZZI, KONRAD)

Mill-2010 sal-2014 kien hemm 25 inċident tat-traffiku li fihom kienu involuti ambulanzi. Erbgħa (4) inċidenti minnhom kienu waqt li l-ambulanza kienet qed tiġi pparkjata.

Persuni involuti f’inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni, sena b'sena, li ddaħħlu għall-kura fid-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei jew f'xi Ċentru tas-Saħħa minħabba xi inċident tat-traffiku fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Din l-informazzjoni bdiet tinġabar mill-2013 u matul dik is-sena ġew irreġistrati 1,747-il pazjent fid-dipartiment tal-emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

ARMS – Każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li isir kuntatt ma’ din l-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li minkejja li kellimt lill-ARMS għadha mingħajr risposta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata ġiet ikkuntattjata u l-problema tagħha qiegħda tiġi ndirizzata.

Dewmien għal ultrasound – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt ma’ dan is-sinjur li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament peress li meta bagħtu għalih ma għamlulu xejn minkejja li waqqfulu l-pilloli, għaliex qalulu li ser jibagħtu għalih biex jagħmlulu ultrasound?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ultrasound sar ġa.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-vetturi kollha mikrija jew leased mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru minn Marzu 2013 sa meta titwieġeb din il-mistoqsija, u jindika wkoll, f’kull każ, saritx sejħa pubblika għall-offerti u jekk le, jgħid għaliex le?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Enemalta u l-WSC għandhom vetturi mikrija mingħand il-kumpanija msemmija, liema vetturi ilhom mikrija minn qabel id-data msemmija, ċioe’ bdew jinkrew taħt l-amministrazzjoni preċedenti.