Legislature:
Category:
Reset
Active:

Heritage Malta – Bighi – Head Office – reperti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex, Heritage Malta qed iżżomm numru konsiderevoli ta’ reperti storiċi mitluqa għall-elementi fil-Head Office tagħha ġewwa Bighi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li dawn ir-reperti jikkonsistu fi frammenti arkitettoniċi li Heritage Malta ssalva minn żmien għal żmien minn binjiet eċċ filwaqt li oħrajn jiġu Bighi għar-restawr meħtieġ minħabba tibdil fil-wirjiet ta’ xi mużewijiet eż. armi araldiċi għall-Mużew tal-Gwerra u oħrajn. Infakkar li dawn huma magħmula minn ġebel u rħam li għadda ħafna snin barra u li għalhekk f’ħafna drabi jkun jiflaħ għall-elementi.

Xagħra – Triq Marsalforn – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tax-Xagħra ser ikompli bix-xogħol fuq Triq Marsalforn fix-Xagħra?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li applika għal fondi taħt l-iskema ‘Proġetti Speċjali fil-Lokalitajiet’ sabiex ikun jista’ jkompli x-xogħol fi Triq Marsalforn. Il-Kunsill qed jistenna l-eżitu tar-rapport tal-Awditur dwar din l-iskema qabel jipproċedi.

Kunsill Lokali Qala – xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali Qala Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta’ Sannat – xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tax-Xewkija u Ta' Sannat Għawdex kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra u Ħaż-Żabbar– Xiri ta’ concrete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali tal-Kalkara, Ħad-Dingli, Raħal Ġdid, Birgu, Xgħajra u Ħaż-Żabbar kull sena fuq xiri ta' concrete bejn l-1 ta' April 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid mingħand liema kuntrattur inxtara l-concrete u dan ix-xogħol kien sar wara ħruġ ta' tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Lokali tax-Xagħra – Xogħlijiet — Kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 2010 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Lokali Qala – Xogħlijiet — Kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali Qala, Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 2012 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali Xewkija u Ta’ Sannat – xogħlijiet — Kuntrattur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefqu flus il-Kunsilli Lokali Xewkija u Ta' Sannat Għawdex kull sena fuq bini jew tiswijiet ta' ħitan tas-sejjieħ bejn l-1 ta' Jannar 1999 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid liema kuntrattur għamel dawn ix-xogħlijiet u jekk dan ix-xogħol ingħatax b'tender, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'direct order?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi — liġijiet

Question

Peress li wara kważi erba’ snin li sar l-Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi (Kap. 520 tal-Liġijiet ta’ Malta) hemmx il-ħsieb li l-Iskeda A annessa ma' din il-liġi tiġi estiża għal-liġijiet li jirregolaw setturi oħra fosthom is-setturi dwar is-Servizzi Finanzjarji, il-Ħarsien tal-Ambjent u dawk il-liġijiet li jirregolaw l-utilitajiet fosthom il-provvista tal-enerġija, l-ilma u t-telefonija?

Response (BONNICI, OWEN)

Is-setturi indikati mill-Onor. Interpellant huma setturi vitali għall-ekonomija u għall-provvista ta’ servizzi essenzjali fis-soċjeta’. Pass bħal dak imsemmi fid-domanda għalhekk irid jittieħed b’mod meqjus wara li jiġu konsultati l-operaturi u r-rappreżentanti tal-konsumaturi u wkoll wara li jsir impact assessment ta’ tali miżura li tinvolvi diversi ministeri. Madanakollu l-proposta hija waħda interessanti.

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – ilment kollettiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibbilità li fir-rigward tal-Att XVI tal-2016 li allura jwaqqaf l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu xi forma ta’ ilment kollettiv quddiem l-Arbitru fejn il-fatti jkunu simili?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Att dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (Kap 555) ma jipprovdix għal proċeduri kollettivi kif dawn huma definiti fil-Kap 520 dwar il-Proċedimenti Kollettivi iżda jipprovdi illi l-Arbitru jista jippermetti l-preżenza f’każ li jkun qed jistema’ quddiemu ta’ kull persuna oħra, apparti l-persuna li tkun għamlet l-ilment u l-provditur tas-servizzi finanzjarji, li l-Arbitru jqis li għandu jigi trattat bħala parti fil-każ. L-interpretazzjoni ta’ din il-fakulta’ taqa’ fil-ġudizzju indipendenti tal-Arbitru.

Kunsilli Lokali — sena finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull Kunsill Lokali f'Malta u Għawdex x' kienet il-pożizzjoni tiegħu f'għeluq is-sena finanzjarja 2015? Liema Kunsilli spiċċaw b'surplus u liema kellhom deficit? Liema Kunsilli tejbu l-financial indicator tagħhom u b'kemm komparat mal-għeluq tas-sena finanzjarja 2014?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Il-Kalkara – Bighi – Heritage Malta –restawr ta’ smoking shed

Question

Jista' l-Ministru jagħti update ta' meta Heritage Malta se tlesti r-restawr fuq is-smoking shed storika li hemm fl-entratura tal-Head Office tagħha f'Bighi l-Kalkara?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq is-smoking shed ma qabadtx ritmu sostnut minħabba prijoritajiet oħra li kellha u għad għandha Heritage Malta. Sadanittant tneħħa l-ħadid minn ġol-ħitan sabiex tieqaf il-ħsara u beda jinħadem xi xogħol tal-ġebel meħtieġ.

Heritage Malta – sigurtà tal-kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jassigura li l-uffiċjali kollha tas-sigurtà tal-kuntratturi​ li kienu u għadhom assenjati ġewwa s-siti u mużewijiet ta' Heritage Malta jkollhom liċenzja valida ta' gwardjan privat skont il-liġi?​

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-kuntratturi li jipprovdu servizz ta’ sigurta fil-mużewijiet u siti ta’ Heritage Malta huma obbligati li l-impjegati tagħhom ikollhom il-liċenzji kollha meħtieġa skont il-liġi.

Heritage Malta – ħaddiema ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ġdid ġie ngaġġat minn Heritage Malta minn Marzu 2014 sal-lum? F’liema grad ġew impjegati u mil-liema lokalità ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li minn Marzu 2014 sa llum ġew irreġistrati 33 ħaddiem ġdid fuq il-kotba ta’ Heritage Malta, numru minn dawn il-ħaddiema ġew ingaġġati minħabba proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea. Il-gradi u l-lokalità ġew elenkati fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sant Anġlu – Karozzi tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-karozzi tal-elettriku ġewwa Sant’Anġlu huma koperti b’assigurazzjoni kontra kull tip ta’ inċident li jista’ jinqala?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-karozzi elettriċi msemmija jintużaw fil-Forti Sant’ Anġlu biss u għalhekk huma koperti awtomatikament minn Heritage Malta kif huma koperti l-ħwejjeġ l-oħra kollha.

Heritage Malta – Triq Melita – exhibition spaces għal skopijiet kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li f’Diċembru 2015, l-exhibition space li għandha Heritage Malta, fi Triq Melita ġewwa l-Belt Valletta ġie imwelli għal skopijiet kummerċjali? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk ħarġitx sejħa għall-offerti f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispażju msemmi fl-ebda mument ma ġie mwelli għal skop kummerċjali, iżda sempliċement għal wirjiet ta’ arti bil-kundizzjonijiet tas-soltu, kif sar kemm il-darba fl-istess spazju u f’mużewijiet oħra ta’ Heritage Malta.

Heritage Malta – manager — DSL

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena hemmx il-ħsieb li jiġi ingaġġat manager responsabbli mid-DSL fi ħdan Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul din is-sena ma hemmx ħsieb li jigi ngaġġat manager għad-DSL

Pool tas-Segretarju Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali — korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kors ta' aġġornament li se jsir għal dawk il-persuni li ġew magħżula għall-pool tas-Segretarju Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali mhux se jsir f'Għawdex ukoll għall-parteċipanti Għawdxin u dan meta hemm numru kbir ta' persuni residenti f'Għawdex li huma f'dan il-pool u jridu jagħmlu dan il-kors?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li applikaw kien ta’ sittax u għaldaqstant ma kienx finanzjarment vijabbli li dan il-kors isir ukoll f’Għawdex. Iżda d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħa ħsieb li jipprovdi lill-parteċipanti Għawdxin bit-trasport miċ-Ċirkewwa għal post fejn se jsir it-taħriġ u lura. Dan bl-istess prassi li ttellgħu korsijiet simili fil-passat.

Kunsilli Lokali — Direct Orders

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 25425, 24103, 23110 u 22734 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta' Malta u t'Għawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-threshold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom u għaliex sar hekk?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Asset Recovery Bureau — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx l-Asset Recovery Bureau? Jekk iva, jista’ jagħti elenku dettaljat tax-xogħol kollu li għamel s’issa?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Asset Recovery Bureau ġie mwaqqaf permezz tal-Avviż Legali Numru 357 tat-2015. Skont l-istess Avviż Legali, ir-regolamenti għandhom jidħlu fis-seħħ f’dik id-data kif il-Ministru jista’ b’Ordni fil-Gazzetta jistabbilixxi u dati differenti jistgħu hekk jiġu stabbiliti fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet u għanijiet differenti ta’ dawn ir-regolamenti. Il-membri tal-Bord qed jiltaqu biex ifasslu politika li għandha tiġi adottata mill-Uffiċju u li għandha tiġi segwita mid-Direttur tal-Uffiċju għall-Irkupru tal-Assi.