Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċjali tal-gvern — Safar

Question

Apparti mill-Ministri u Segretarji Parlamentari u Segretarji Permanenti, jista' il-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-uffiċjali tal-gvern intitolati jsiefru club class?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Riżervi ta' Malta

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienu r-riżervi ta' Malta kull sena għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija informazzjoni pubblika u tinstab fit-tabelli tar-rivista ta’ kull tlett xhur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta kif ukoll fuq il-website tal-Bank.

EU — European spatial development perspective

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu jew id-dipartimenti fi ħdanu kellhomx diskussjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea dwar il-European spatial development perspective? Jista' jgħid jekk ġewx sottomessi xi proposti jew proġetti marbuta ma' dan il-pjan? Jekk iva, x'kienu jinkludu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Kumpens

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kumpensi mogħtija mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji humiex suġġetti għat-taxxa fuq l-income?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Multi minn taxxi

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm daħlu flus f'liri Maltin, f'multi u interessi, matul is-sena li għaddiet mid-dipartiment tat-taxxi interni, mid-dipartiment tal-VAT u mit-tax compliance unit rispettivament fuq taxxi u VAT dovuti rispettivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

PSC

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ittellgħet quddiem il-PSC? Ta' xiex hi akkużata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għadu sub judice u għaldaqstant ma jkunx xieraq li tingħata informazzjoni f’dan l-istadju.

Riċevimenti — Dolċiera

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew ordnati li jsiru riċevimenti fil-ministeri kollha għas-sena 2004 u 2005? Min kienu d-dolċiera, x'kienet l-okkażjoni u kemm ġiet tiswa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Prim Ministru jistħarreġ mill-ġdid iċ-ċirkostanzi u l-problemi ta' spejjeż ġodda li jifnu lill-familji li jkollhom imorru barra minn pajjiżna għall-kura medika minħabba l-fatt li l-pagi tal-familji tal-ħaddiema qed dejjem jinxfu quddiem l-ispejjeż ta' l -għoli tal-ħajja ta' kuljum fil-gżejjer tagħna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-policy fid-Diviżjoni tas-Saħħa ma nbidlitx u għaldaqstant għadu jsir ħlas għal spejjeż marbuta mal-pazjent mibgħut għal trattament barra minn Malta.

Dipartiment tal-VAT — Refunds

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fil-preżent kemm għandhom jingħataw flus f'refundsmid-dipartiment tat-VAT f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Wied il-Għajn — Triq il-Gemmugha

Question

Peress li l-art li hemm eżattament quddiem ir-Razzett tal-Ħbiberija, fi Triq il-Gemmugħa bejn Triq Sant'Antnin u Triq il-Qrempuċ fid-direzzjoni lejn Triq iż-Żafran, tinsab fi stat maħmuġ u ta' abbandun u tagħti dehra ta' żdingar għal min ikun dieħel Wied il-Għajn u peress li x-xogħol meħtieġ biex din l-art tiġi mnaddfa u fi stat aċċettabbli jaqa' taħt ir-responsabbilta' ta' diversi ministeri, jista' il-Prim Ministru jordna li dik l-art, li minn nofsha għaddejjin il-katusi tad-drenaġġ u hemm ukoll inspection chamber miftuħa li minnha joħorġu ħafna ġrieden, tiġi mnaddfa u fiha jitħawwlu xi pjanti u ward kif qed isir fi bnadi oħra madwar Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Paga — Żieda ta' l-għoli tal-ħajja

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-dħul tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament la jirriflettu ż-żieda fil-promozzjoni u lanqas ta' l-għoli tal-ħajja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartiment tat-taxxi interni — Air Malta

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10744, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li l-Air Malta għandha tħallas fil-mument lid-dipartiment tat-taxxi interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tat-taxxi interni — Sea Malta

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10746, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li s-Sea Malta għandha tħallas fil-mument lid-dipartiment tat-taxxi interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tat-taxxi interni — Malta drydocks

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10747, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont f'ċifra ta' flus li l-Malta drydocks għandha tħallas fil-mument lid-dipartiment tat-taxxi interni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minħabba d-dispożizzjonijiet ta’ segretezza fl-Atti dwar it-Taxxa, id-Dipartiment tat-Taxxi Interni mhux f’pożizzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.

Servizz Pubbliku — Diretturi

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti l-elenku tad-diretturi kollha ta' kull dipartiment tal-gvern, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex u jindika d-data ta' l-ingaġġ ta' kull wieħed minn dawn id-diretturi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Servizz Pubbliku — Transfers

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru transfers fis-sena 2005 fid-dipartimenti tal-gvern kollha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ transfers li saru mill-1 ta’ Jannar, 2005 sal-11 ta’ April, 2005 bejn Ministeru u ieħor u li ġew approvati mill-Management and Personnel Office huwa 52. Kien hemm ukoll tlett impjegati li kienu f’Segretarjat Privat ta’ Ministru li ġew trasferiti mill-Management and Personnel Office biex jagħmlu xogħol f’Segretarjat Privat ieħor. Barra minn hekk, kien hemm tlett transfers li ġew approvati bejn dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Transfers bejn dipartimenti ta’ l-istess Ministeru, jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti rispettiv.

Dipartiment tat-taxxi interni

Question

Jista' il-Prim Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque bl-arretrati ta' l-income tax tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - peress li dan huwa każ ta' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Karti ta' l-identita'

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid, issa li pajjiżna huwa membru ta' l-Unjoni Ewropea, jgħid hemmx xi tibdil fil-karta ta' l-identita' bejn dawk li għandhom l-'M' u dawk li minħabba li m'humiex Maltin mit-twelid ikollhom l-ittra 'A'? Jista' jgħid jekk din tmurx kontra xi regola ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Prezz tal-petrol

Question

Bil-prezzijiet kurrenti taż-żejt, jista' il-Prim Ministru jikkompara l-prezz tal-petrol bil-lira Maltija u kemm kien ikun kieku Malta kienet qed tuża l-Euro?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-prezz kurrenti tal-petrol bla ċomb huwa Lm0.381 il-litru. Dan huwa ekwivalenti għal 88c5 (Euro cents), skond ir-rata tal-kambju 0.4305.