Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fis-settur kollu tas-saħħa li fl-ewwel għaxar xhur ta' din is-sena bejn Jannar 1999 u l-aħħar ta' Ottubru, 1999 qalgħu bejn paga, allowances, bonus u overtime bejn:
Lm 8,000 - Lm 9,000
Lm 9,000 - Lm10,000
Lm10,000 - Lm11,000
aktar minn Lm11,000?
Jista' l-Ministru jgħid f'kull każ x'kien il-grad ta' dawn il-ħaddiema?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tiġi miġbura u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Billi fid-Dipartiment tas-Saħħa, hemm health assistants li għandhom iċ-ċertifikat ta' nursing aides u li ma kkwalifikawx biex jieħdu l-promozzjoni skond l-arranġamenti miftiehma mal-unions jew wara sejħa fil-gazzetta tal-gvern, jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet ta' promozzjonijiet għal nursing aides?
Response (DEGUARA, LOUIS)
M'hemmx ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet ta` promozzjonijiet għal Nursing Aides peress li skond il-manpower plan preżenti il-kompliment intlaħaq.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkomplu jsiru l-interviews għal Health Promotion Officers?
Minn min hu nformat il-bord ta' l-interviews għal dan il-grad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid min hu l-impjegat li qed jagħmel ix-xogħol ta' Hospital Administrator fl-iSptar Monte Carmeli?
Xi ħlas extra u/jew benefiċċji qed jieħu dan l-impjegat tax-xogħol li qed jagħmel bħala administrator?
Jekk fl-affermattiv, mil-liema vot qed isir il-ħlas?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-persuna li qed tagħmel ix-xogħol ta` Head of Finance and Administration ġewwa l-Isptar Monte Carmeli hi s-Sur Edward Borg.
Ta` dan ix-xogħol din il-persuna mhix tieħu ħlas extra, iżda ġiet mogħtija l-awtorita` biex tuża karozza tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda fid-dekasteru kollu tas-saħħa?
X'kienet l-għamla u t-tip ta' karozza u kemm kienet tiswa f'kull każ?
Sa l-aħħar tas-sena kemm mistennija li jinxtraw aktar karozzi ġodda?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika għal liema perjodu qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid mil-liema kumpannija nxtraw il-lift vans li nxtraw second hand ikkondizzjonati aktar kmieni din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-'lift vans' li nxtraw aktar kmieni din is-sena nxtraw mingħand
ASSCO GROUP LTD
Yorkshire Palace 15
Argyle Street
Kings Cross
London WCIH 8EA
UK
Dawn inxtraw għas-somma ta' LM54,015.54 biex jitħaddmu minflok it-3 'lift vans' mikrija b'direct order u li kienu jiswew LM66 kuljum bejniethom. In-nefqa għal dawn il-'lift vans' minn meta nbdew jinkrew sakemm twaqqfu fit-28 ta' Mejju 1999 laħqet is-somma ta' LM45,166.70.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' dan il-Gvern rigward numru ta' trasferimenti politiċi li saru fi żmien Gvern Laburista (1996 - 1998)?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant tikkonċerna l-'policy' tal-gvern, nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-manpower needs għall-isptar il-Ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-ħtiġijiet ta` riżorsi umani għall-Isptar il-Ġdid f'tal-Qroqq jiġu determinati wara illi l-Commissioning Teams jiddeterminaw il-protokolli dettaljati ta` kif jitħaddem l-isptar il-ġdid.
Matul is-sena d-dieħla d-Diviżjoni tas-Saħħa ser tkun qiegħda taħdem fuq pjan komprensiv ta` l-ħtiġijiet għas-snin 2001-2004 u b'hekk ikun jinkludi fih il-ħtiġijiet ta` riżorsi umani għall-isptar il-ġdid.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta` l-Ambulanzi mis-27 t'April 1999 sal-15 ta` Settembru 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 sar trasferiment wieħed lill-ħaddiem fit-taqsima tal-Ambulanzi. Dan sar fuq talba ta' l-impjegat stess. Trasferimenti jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ġew impjegati 160 ħaddiema ġodda fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 1 Consultant Anaesthetist, 1 Enrolled Nurse, 1 Medical Officer, 1 Nursing Aide u 1 Senior Registrar (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet. 53 Houseman ġew impjegati għal perjodu ta' sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili tal-postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern skond kif indikat jawn taħt:
Gazzetta tal-Gvern
________________________________________________ __________________
Enrolled Nurse 23 28.09.99
Health Inspector 6 13.07.99
Medical Laboratory Technologist 15 23.07.99
Speech Therapist 9 23.07.99
Staff Nurse 49 13.07.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' trasferimenti mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 li ngħataw lill-ħaddiema tad-Diviżjoni tas-Saħħa huwa 125. Minhom 79 intalbu mil-imjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Zammit Clapp mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi wkoll l-Onor. Membru għar-risposta li kont tajt għad-domanda Parlamentari Nru 10138 u l-informazzjoni li poġġejt fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Zammit Clapp? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-Isptar Zammit Clapp ma ġie mogħti l-ebda trasferiment lill-ħaddiema ta' dan l-Isptar fil-perjodu msemmi.
Trasferimenti jsiru jekk l-esiġenzi tas-servizz jitolbu dan.
Jikkonsidra l-Ministru li jipprovdi servizz ta' counselling għan-nisa li jkollhom breast cancer u/jew li jgħaddu mill-esperjenza ta' mastectomy?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ta` min jirrimarka li fir-rigward ta` counselling għan-nisa li jkollhom cancer tas-sider, il-Ministru jagħti valur u sapport lil NGO bl-isem ta` Breast Care Group. Dan il-grupp organiżża diversi taħdidiet għal infermiera (madwar 70) u joffri wkoll xi servizzi ta` counselling. Servizzi ta` kura għal nisa li jkollhom canser fis-sider jeħtieġ team multidixxiplinarju. Irridu nħarġu persuni li jispeċjaliżżaw fuq pariri li jingħataw lil pazjenti u familjari fil-perjodu mmedjat wara l-operazzjoni.
Kien għal din ir-raġuni illi l-kummissjoni fuq il-cancer tas-sider ġiet mitluba li tħares lejn il-problema b`mod sħiħ. Dan għaliex żvilupp ta` servizz għandu jkolli bażi li tagħmlu sostenibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Sanita' mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, mis-27 t'April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 ġew impjegati 6 ħaddiema ġodda hemmhekk. Dawn huma Health Inspectors li ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm isiru fuq bażi permanenti wara li toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet. Fil-fatt is-sejħa għall-mili ta' postijiet ta' Health Inspectors ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Lulju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sanita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jekk l-Onor Interpellant qed jirreferi għad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, in-numru ta' trasferimenti li ngħataw mis-27 ta' April 1999 sal-15 ta' Settembru 1999 lill-ħaddiem ta' l-imsemmi Dipartiment huwa 19.
Minnhom 2 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru mingħabbu l-esiġenzi tas-Servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema każwali li saru tal-post matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena?
F'liema grad saru tal-post dawn il-ħaddiema każwali u għaliex uħud oħra ma sarux jekk huwa l-każ?
Meta fil-fatt se jsiru tal-post il-ħaddiema każwali fid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-ministeru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi ħafna mix-xogħol li jrid isir fuq din il-mistoqsija jrid jinġabar manwalment u huwa wieħed voluminuż, nitlob l-Onor. Membru biex jekk għandu xi każ partikolari jagħmel domanda f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid min jista' jibbenefika minn hearing aids? Jista' jgħid ukoll jekk it-tifla li kopja taċ-ċertifikat tagħha qed jintbagħtat separatament tistax tibbenfika minn għotja ta' hearing aid?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li huma ntitolati għall-`hearing aids'
1. It-tfal kollha u
2. Pazjenti bil-karta roża.
Ninsab infurmat li l-persuna konċernata ngħatat il-`hearing aids' neċessarji.