Tista' il-Ministru tara li appartament - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li għandu bżonn żebgħa u rranġar ta' turġien u manutenzjoni tal-bieb ta' barra għax jinsab bi ħġieġ imkisser?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-ogħla ammont ta' dħul li jista' ikollu ġenitur ta' persuna b'diżabilita' taħt l-eta' biex dan jibqa' jibbenefika mis-servizz soċjali taċ-children's allowance?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-dħul li ġenitur jista' jkollu jew ikollha biex jibbenefikaw mill-Allowance għat-Tfal dwar tifel jew tifla b'diżabilita' ma jridx jaqbeż Lm13,270 fis-sena.
Sigurta' Soċjali — Pensjoni tal-membri parlamentari
Question
Tista' il-Ministru tispjega kif tinħadem il-pensjoni tal-Membri tal-Parlament, wara kemm żmien tista' persuna tiġi ntitolata għaliha, għaliex tinħadem hekk u jekk hemmx xi massimu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-pensjoni mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, din tinħadem skond il-provedimenti ta' l-istess Att, li ma jagħmilx distinzjoni bejn Membru Parlamentari u persuna oħra fejn jirrigwarda pensjoni għal min jirtira.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-pensjoni mħallsa għas-servizz li persuna tagħti bħala Membru Parlamentari nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex ġuvni/xebba li tkun ħadet xi early retirement scheme, u ma tkunx sabet taħdem u tkun tgħix mal-ġenituri tagħha, ma tieħu ebda għajnuna mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali? Ma taħsibx il-Ministru li din hi umiljanti għal min ikun dejjem ħadem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-ħlas ta' benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali huma regolati mill-provedimenti ta' l-istess Att. Fost dawn il-provedimenti hemm li persuna disimpjegata li tkun qed tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru ta' l-Impjieg tkun intitolata li tirċievi benefiċċju għal disimpjieg kemm il-darba tissodisfa l-kundizzjonijiet kontributorji.
Ta min jgħid li normalment skemi ta' Irtirar Kmieni jkunu marbuta ma' kumpens finanzjarju mill-entita' li tnedihom.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ġew derekwiżizzjonati postijiet u f'liema lokalitajiet kienu fis-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum? X'inhu bħalissa n-numru ta' djar/postijiet rekwiżizzjonati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali idderekwiżizzjona 629 post fis-sena 2001, 490 fis-sena 2002, 815 fis-sena 2003 u 227 din is-sena, sal-lum. Dawn il-postijiet huma mxerda ma' Malta kollha.
Ninsab infurmata wkoll li preżentement hemm 9,389 post kopert b'rekwiżizzjoni.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Allokazzjoni ta' postijiet
Question
Tista' il-Ministru tgħid kemm id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali kellu djar tajbin biex jiġu allokati fl-aħħar tas-snin 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jkollux riserva ta' postijiet vojta tajbin biex jiġu allokati għar-raġuni li dawn jiġu allokati hekk kif id-Dipartiment ikollu ċ-ċwievet f'idejh.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhu n-numru ta' ommijiet mhux miżżewġa li bħalissa qed jingħataw xi forma ta' għajnuna? F'din is-sena kemm ingħataw f'children's allowance u benefiċċji oħra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li famlja - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha 144 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali tiġi pprovduta post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-punti ndikati mill-Onor. Interpellant mhumiex korretti. Ninsab infurmata wkoll li l-applikazzjoni li għamel referenza għaliha qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tieħu passi biex id-dipartiment għat-tiswija tal-postijiet tal-gvern jirrimedja l-inkonvenjent li persuni - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed jallegaw li nħolqilhom meta nbniet binja biswit id-dar tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tara li jittieħdu l-passi neċessarji biex il-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tibbenefika mis-servizz care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li f'Ġunju 2002, il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ibbenefikat minn għotja taħt Skema Z ta' l-Awtorita' tad-Djar biex isiru diversi xogħolijiet għall-irranġar fir-residenza privata tagħha.
Ninsab infurmata wkoll li permezz ta' dawn ix-xogħolijiet il-fond inġieb up to standard skond kif ċertifikat minn perit ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-persuna - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tiġi pprovduta b'post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Minsitru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jaqa' il-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-fond li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant hu ndikat għat-twaqqigħ bħala parti mit-tielet fażi tal-proġett ta' riabilitazzjoni taż-żona ta' Santa Liena.
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm-il persuna ġiet boarded out f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena separatament? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn ġew boarded out għal raġunijiet fiżiċi u psikoloġiċi? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? X'inhuma l-etajiet rispettivi tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanti dwar l-aħħar tlett partijiet tal-Mistoqsija.
L-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija qed tinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li xebba omm - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha applikazzjoni quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali, tieħu post tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' anzjana miż-Żejtun - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - biex id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jipprovdilha post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qed jikkunsidra l-applikazzjoni ndikata flimkien ma' oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba quddiem l-awtorita' tad-djar bir-ref no: HAW 36/2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li wara li ġie kkonfermat li l-persuna ndikata ma kienetx tista' tagħmel ix-xogħolijiet hi stess taħt Skema W, ġie deċiż li dawn isiru taħt l-inizjattiva tal-care and repair.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' tad-Djar mistennija toħroġ tender biex isiru dawn ix-xogħolijiet.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tagħha u d-dipartimenti li jaqgħu taħtha mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fil-perijodu ndikat mill-Onor. Interpellant kien hemm tlett impjegati li ġew re-allokati xogħol barra mill-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu. Fl-istess perijodu kien hemm żewġ impjegati oħra li ġew re-allokati xogħol minn Dipartiment għal ieħor taħt l-istess Ministeru.
Tista' il-Ministru tgħid x'kien l-ammont ta' flus miġbur mill-kontribuzzjoni li jħallsu l-anzjani li jirċievu l-home help/care service għas-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u minn Jannar sa Settembru 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.