Jista' il-Ministru jirrispondi dik il-parti tal-mistoqsija parlamentari 10934 li tikkonċerna d-dekasteru tiegħu u cioe' jista' jgħid kemm tħawlu siġar u pjanti madwar Malta u Għawdex fis-sena li għaddiet (2004)? Ta' liema għamla kienu? Kemm minn dawn is-siġar u pjanti nzertaw fid-diversi skejjel f'pajjiżna? Jista' jelenka liema kienu dawn l-iskejjel u x'siġar u pjanti tħawlu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena 2004 ma tħawwlu ebda siġar fl-iskejjel statali Maltin. L-uniku każ fejn il-'Landscaping Gardening Unit' kienet involuta, kien ġewwa l-iskola Primarja Ġużeppi Agius ta' Raħal Ġdid, fejn hemmhekk saru xi 'window boxes' bi pjanti tat-tip tal-Kalanchoe, Stella Maris u Ivy.
Jista' il-Ministru jgħid x'differenza tgħaddi bejn warrant temporanju ta' għalliem maħruġ wara l-31 ta' Marzu 1998 u dawk temporanji li ħarġu qabel din id-data? Jista' il-Ministru jgħid meta jinħareġ warrant temporanju, dan joħroġ għal sena skolastika jew għal sena kalendarja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Att dwar l-Edukazzjoni (1988) li jirregola l-ħruġ ta' Warrant ta' Għalliema ma tispeċifika l-ebda data fil-kuntest ta' ħruġ ta' Warrant Temporanju u għaldaqstant ma hemm l-ebda differenza bejn Warrant Temporanju li nagħta qabel jew wara l-31 ta' Marzu 1998.
Informat ukoll li l-Warrants Temporanji joħorġu skond id-data ta' l-applikazzjoni u dawn jibqgħu validi sat-18 ta' Settembru ta' dik is-sena skolastika. L-iskejjel jiġu mfakkra li fil-bidu tas-sena skolastika iridu jġeddu l-Warrants Temporanji.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex l-oqsma ta' l-għerf (systems of knowledge) ma jibqax suġġett obbligatorju fil-livell avanzat?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħal ma żgur jaf l-Onorevoli Membru, Bord magħruf bħala Kumitat għar-Reviżjoni tal-MATSEC (MATSEC Review Bord) ġie mitlub jeżamina s-sistema ta' l-eżamijiet tal-Bord tal-MATSEC. Wieħed irid jistenna r-rakkomandazzjonijiet anke f'dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilu vakat il-post ta' direttur taż-żgħażagħ? Min qed jaqdi din il-funzjoni fil-preżent? Meta hu maħsub li din il-pożizzjoni tiġi mimlija? Ma jaħsibx il-ministru li dan juri nuqqas ta' stima lejn iż-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Kien hemm Direttur Żgħażagħ u Sport u mhux Direttur Żgħażagħ.
Wara l-ħolqien tal-Kunsill Malti għall-Sport, id-Direttorat Żgħażagħ u Sport ġie ristrutturat. Illum fil-Ministeru hemm Taqsima Żgħażagħ li tieħu ħsieb il-voti allokati għaż-żgħażagħ. Qiegħed ukoll nikkonsidra minflok jiġi maħtur Direttur għandux wieħed iwaqqaf l-Aġenzija taż-Żgħażagħ kif kelli suġġeriment mill-ex-President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10935, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jgħid xi pjani hemm biex matul din is-sena finanzjarja (2005) jitħawwlu siġar u pjanti fi skejjel f'pajjiżna? Kien hemm talbiet minn skejjel individwali u liema huma l-iskejjel konċernati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-mixtla tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'Tas-Samra, qed jitkabbru siġar tal-ballut, prinjol u riħan flimkien ma' sardinell, margeriti u qronfol. Bħalissa, is-siġar qegħdin fl-istadju tar-repotting biex matul is-sena d-dieħla jekk issir talba minn xi skejjel it-taqsima tkun f'pożizzjoni li tħawwel minn dawn is-siġar.
Ninsab informat ukoll li s'issa għad ma kien hemm l-ebda talba minn skejjel biex jitħawwlu xi siġar. L-uniċi talbiet li jsiru huma għal fjuri dekorattivi biex iżejnu l-iskola f'okkażjonijiet speċjali.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10985, jista' il-Ministru jgħid jekk il-kulleġġ St Edwards kienx obbligat li jinforma lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni li s-Sixth form kienet se tagħlaq, peress li kull skola hija liċenzjata biex topera?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Direttur Ġenerali ta' l-Edukazzjoni issa ġiet infurmata mill-iskola li s-Sixth Form fil-Kulleġġ St. Edward mhux ser tkompli topera.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-iskejjel inħolqu l-ispecial needs rooms? Liema huma dawk l-iskejjel li għandhom dawn il-kmamar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ispecial needs rooms saru biex fihom isir tagħlim kumplimentari lill-istudenti skond il-bżonn u biex jingħataw attenzjoni partikolari l-istudenti bi bżonnijiet speċjali. Informat li kultant ikun il-bżonn li xi tfal ma' jibqgħux ġo klassi, minħabba xi raġunijiet partikulari, u allura dawn il-kmamar iservu bħala 'withdrawal/timeout' rooms. Huma wżati wkoll bħala kmamar b'varjeta ta' riżorsi edukattivi biex jgħinu fit-tagħlim lil dawn it-tip ta' studenti.
Informat ukoll li minn 76 skola primarja ta' l-Istat, 44 għandhom dawn il-kmamar. Minn 8 skejjel Sekondarji tal-bniet, 4 għandhom dawn il-kmamar. Minn 13-il skola sekondarji tas-subien 6 għandhom dawn il-kmamar. L-ebda skola tal-Junior Lyceum sew bniet kif ukoll subien ma għandhom dawn il-kmamar. Informat ukoll li l-iskejjel tal-Knisja fil-livell primarju kollha għandhom dan it-tip ta' kamra.
Jista' il-Ministru jgħid għal min ġie organizzat il-kors mill-istitut għall-istudji turistiċi, magħruf bħala PT/3013/2005 - tour guides evening course 2005/6? Min seta' japplika għalih? Fejn ġie pubbliċizzat? Xi kwalifiċi kellhom bżonn il-parteċipanti? Kif ġew magħżula? Kemm minnhom bdew il-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Tour Guides Evening Course (PT/3013/2005) se jkun organizzat mill-Istitut
ta' l-Istudji Turistiċi fuq talba tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura, u
għandu jibda f'Mejju li ġej. Il-kors kien miftuħ għal persuni li kienu
attendew kors preċedenti u simili u li kien organizzat mill-MTA flimkien ma'
l-MUS. L-Istitut irċieva 20 applikazzjoni u kollha jistgħu jibdew il-kors.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 11543, jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra rendikont dettaljat tar-riżultati, marki skond il-kriterji stabiliti mir-regolamenti ta' l-universita' - cioe' kwalifiki, esperjenza, xeħta (aptitude) u riferenzi - li ġabu l-applikanti għall-kors ta' masters of psychology ta' l-Universita' ta' Malta għall-aħħar dħul?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub dwar il-kriterji konċernati ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mhix il-prattika li rendikont dettaljat tar-riżultati ta' l-applikanti konċernati jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11730 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid kemm hemm teaching staff fl-iskola tal-mużika ta' Sannat u jgħid kemm jgħallem sigħat fil-ġimgħa kull għalliem/instructor u kemm għandu studenti kull għalliem f'din l-iskola?
B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11944, jista' il-Ministru jindika kemm hemm staff akkademiku part-time u full-time f'kull fakulta' ta' l-universita' u xi grad jokkupaw? Jista' jindika kemm minn dan l-istaff full-time għandhom permess sabiex jokkupaw karigi pubbliċi u kemm għandhom permess jokkupaw karigi privati? Jista' jindika min hu responsabbli biex skond il-ftehim kollettiv jagħti dawn il-permessi u jgħid x'inhuma l-kriterji wżati biex jiġi żgurat li tali permess ma jkollux effett negattiv fuq l-operat ta' l-universita"?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom studenti universitarji jingħataw stipendju? L-attendenza għal-lectures hija rekwiżit? Jekk iva, x'sistema ta' rassenji jinżammu? Fil-każ li lecturer ma jeħux attendenza jew ifalli, x'jiġri? Hemm obbligu tal-fakultajiet li jagħtu numru minimu ta' lectures għal credits? Iħoss li wasal iż-żmien li jkun hemm sistemi moderni ta' żamma ta' l-attendenza (bl-użu forsi tal-biometrics) kemm għall-istudenti u għall-istaff ta' l-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-kriterji li fuqhom l-istudenti universitarji jingħataw l-istipendju huma stipulati fir-'Regolamenti dwar Għotjiet ta' Manteniment għal Studenti Post-Sekondarji u Terzjarji' (L-Avviż Legali 165 ta' l-1999, kif emendat bl-Avviżi Legali 171 ta' l-1999, 180 ta' l-2000, 193 ta' l-2001 u 204 ta' l-2003). Ser ngħaddi s-suġġerimenti ta' l-Onor. Membru għall-konsiderazzjoni fil-kors tar-riformi li qed jinħassbu għas-settur ta' l-Edukazzjoni ogħla.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti barranin l-Universita'? F'liema fakultajiet jinsabu? Kemm hu l-ħlas li kull student qed iħallas? X'sistemi jintużaw għall-ivvettjar taċ-ċertifikati ta' dawn l-istudenti meta jidħlu l-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
Wara li dan l-aħħar bosta skejjel irċevew ittra li kellhom flus imnaqqsa mill-allokazzjoni li kellhom, jista' il-Ministru jgħid liema kienu l-iskejjel li tnaqqsulhom il-flus u kemm ġew imnaqqsa fondi għal kull skola separatament? X'kienet ir-raġuni għal dan it-tnaqqis?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-vot tal-"materials and supplies" u ta' "repairs and upkeep" fl-Estimi għall-2005 huwa ta' Lm1,064,000 (Lm8,000 anqas mis-sena 2004) u Lm196,000 (Lm14,000 anqas mis-sena 2004). Dan it-tnaqqis ġie mifrux proporzjonalment fuq l-iskejjel kollha.
Jista' il-Ministru jgħid u jinvestiga x'ġara biex fl-eżami ta' l-EFL li sar is-Sibt 26 ta' Marzu 2005, għaliex il-karta ta' l-eżami kien fiha ħafna żbalji? X'se jiġri issa minħabba li jista' jkun hemm konsegwenzi fuq min għamel l-eżami? Jista' jgħid ukoll kemm kien il-ħlas sabiex persuna tagħmel l-eżami?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet numri 11625 u 11657.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm ingħataw direct orders u lil min? X'kien ix-xogħol li dawn għamlu u kemm ġie jiswa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħolijiet li saru fl-ewwel fażi ġewwa il-Pixxina Nazzjonali kollha ingħataw wara sejħa għall-offerti. L-ispiża kienet tammonta għal total ta' Lm770,00.00 . Parti minn din l-ispiża kien hemm tlett direct orders minħabba xogħoljiet addizzjonali li l-Periti ma setgħux jantiċipaw qabel. Id-direct orders li ngħataw lil xi Uħud mill-kuntratturi nvoluti fix-xogħolijiet kienu :
Camray ta' tibdil f'pipe work fuq xogħol ta' Ilma - total: Lm350.
Marsalite xogħol fuq suffit addizzjonali - total: Lm510.
SS Bathroom parti mix-xogħol tal-kuntrattur Camray fuq madum ta' l-art taċ-Changing Room tal-Pubbliku biex jgħin ix-xogħol jitlesta fiż-żmien, dan sar bill-kunsens ta' Kuntrattur involut fuq dan ix-xogħol. Ħlas skond r-rati ta' l-istess tender.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm ingħataw direct orders u lil min? X'kien ix-xogħol li dawn għamlu u kemm ġie jiswa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħolijiet li saru fl-ewwel fażi ġewwa il-Pixxina Nazzjonali kollha ingħataw wara sejħa għall-offerti. L-ispiża kienet tammonta għal total ta' Lm77,000.00 . Parti minn din l-ispiża kien hemm tlett direct orders minħabba xogħoljiet addizzjonali li l-Periti ma setgħux jantiċipaw qabel. Id-direct orders li ngħataw lil xi Uħud mill-kuntratturi nvoluti fix-xogħolijiet kienu :
Camray ta' tibdil f'pipe work fuq xogħol ta' Ilma - total: Lm350.
Marsalite xogħol fuq suffit addizzjonali - total: Lm510.
SS Bathroom parti mix-xogħol tal-kuntrattur Camray fuq madum ta' l-art taċ-Changing Room tal-Pubbliku biex jgħin ix-xogħol jitlesta fiż-żmien, dan sar bill-kunsens ta' Kuntrattur involut fuq dan ix-xogħol. Ħlas skond r-rati ta' l-istess tender.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġet tenders il-fondazzjoni għall-iskejjel t'għada matul din is-sena? X'kien ix-xogħol li għalihom inħarġu dawn it-tenders u kemm kien il-valur stmat jew attwali tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' Tenders li ġew ippublikati fit-2005 mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada sal-lum ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Mogħti l-parir li m'għandix tkun il-prattika li iġi żvelat il-valur stmat fi stadju meta il-proċess tat-tender ikun għadu qed jiġi proċessat. Tagħrif dwar il-valur jingħata fi stadju ulterjuri.