Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28213 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet saru matul din is-sena fuq il-bini li se jservi għall-Istituti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? Kemm kienu jiswew dawn ix-xogħolijiet f'kull każ? Meta saret is-sejħa għall-offerti biex isiru dawn ix-xogħlijiet? Min tefa' l-offerta għal dawn ix-xogħolijiet? Min għamel ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba l-impenji ta' l-istaff tal-Kulleġġ, it-tagħrif mitlub jinġabar aktar tard u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28227 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati s' issa persuni mal-Kunsill Malti għall-Arti, għax-Xjenza u Teknoloġija? B' liema salarji u kundizzjonijiet f' kull każ? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-kuntratt ta' dawn il-persuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Minħabba l-impenji ta' l-istaff tal-Kulleġġ, it-tagħrif mitlub jinġabar aktar tard u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28233 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-gradwati l-ġodda mill-fakulta' ta' l-edukazzjoni kemm ġew reklutati għas-sena skolastika l-ġdida għall-iskejjel primarji? Kemm minnhom għamlu l-kors tal-B. Ed. Primary u kemm tal- B. Ed. Secondary? Kemm applikaw għall-postijiet vakanti? B' liema kwalifiki applikaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel primarji biss għas-sena skolastika 2001-2002 ġew reklutati 86 gradwat ġdid tal-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni. Sal-kors li gradwa, il-Fakolta` ma kienetx qed tiddistingwix bejn B.Ed (Primary) u B.Ed (Secondary). Din is-sena kien hemm applikazzjoni minn 445 individwu/a. Fost dawk li applikaw kien hemm 228 li ġabu l-B.Ed jew B.Ed (Hons) din is-sena u 75 oħra li ġabu l-P.G.C.E. din is-sena wkoll. Kien hemm 142 applikant ieħor li applikaw bi kwalifiki ta' snin oħra. Ġew reklutati applikanti oħra għal skejjel oħra f'livelli edukattivi aktar għolja.
Leg 9 PQ #28240 Sitting 606 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reklutati s' issa persuni biex jgħallmu fl-iskejjel ta' l-istat bħala għalliema ġodda għas-sena skolastika l-ġdida? Kemm fil-Kindergarten? Kemm fil-Primarja? Kemm fis-Sekondarja? Kemm fil-Post-Sekondarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa' l-20 ta' Settembru ġew reklutati 227 għalliem ġdid għas-sena skolastika 2001-2001. Il-vakanzi skond is-setturi kienu mqassma hekk: Primarja 86 Sekondarja 134 Post Sekondarja 1 Ma kienx hemm vakanzi fis-settur tal-Kindergarten.
Leg 9 PQ #28180 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti — Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tliet snin min ġie impjegat mal-Kunsill Malti għax-xjenza u teknoloġija? B' liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi kopja ta' kull kuntratt ta' impjieg fuq il-mejda tal-kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28183 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna għalliema jgħallmu fl-istituzzjonijiet post-sekondarji s-sena li għaddiet, istituzzjoni b' istituzzjoni? Kemm minn dawn l-għalliema applikaw minn kull waħda minn dawn l-istituzzjonijiet biex jgħallem f' wieħed mis-sitt istituti tal-Kulleġġ Malti għax-Xjenza, Arti u Teknoloġija?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi verifikata u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28193 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihomn il-facilitator li isimha qed jintbagħat separatament kontra qalbha u kontra qalb il-ġenituri tneħħiet minn ma' l-istudent li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, bi bżonnijiet speċjali fl-Iskola Primarja A ta' B'Bugia? Għaliex qed jinħoloq din il-problema b'dannu għat-tifel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Facilitator imsemmija kienet waħda minn 4 li sfaw żejda fl-iskola. Qabilha kien hemm ħaddieħor li kien senior tagħha. Ma waslitilna ebda informazzjoni rigward l-arranġamenti li kienu saru ma' l-omm tat-tifel imsemmi. Korrispondenza li għaddiet bejn id-Diviżjoni u l-facilitator ma tindika ebda preferenza għal xi tfal partikolari fil-qadi tad-dmirijiet tagħha.
Leg 9 PQ #28197 Sitting 605 2001-09-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għamara

Question

Jista' l-Ministru jgħid s' issa (matul din is-sena), kemm inxtrat għamara u apparat għall-kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenza u Teknoloġija? F' hiex kienet tikkonsisti l-Għamara? F' hiex kien jikkonsisti l-apparat? B' liema valur f' kull każ ta' xiri? Meta ħarġu s-sejħiet bl-offerta għax-xiri ta' dawn l-items? Min tefa' offerta għal dan ix-xiri?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #28177 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Focus Groups

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tal-formazzjoni tal-focus groups għat-twettiq tal-kurrikulu? Liema ġew maħtura s' issa? Min ġie maħtur fuqhom s' issa?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrijiet pubbliċi dwar is-suġġett.
Leg 9 PQ #28178 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu impjegat s' issa mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t' għada? Min huma? B' liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi fuq il-mejda kopja tal-kuntratt ta' kull persuna impjegata?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa l-Fondazzjoni għad m'għandiex nies impjegati magħha.
Leg 9 PQ #28179 Sitting 604 2001-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? Min huma? B' liema kundizzjonijiet? Tista' tpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' kull kuntratt ta' kull impjegat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi għandha tliet (3) impjegati jaħdmu magħha. Il-kuntatti tagħhom qed jiġu formulati.
Leg 9 PQ #27917 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Produzzjoni Agrikola Organika

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar dwar it-tagħlim fuq produzzjoni agrikola organika fil-kulleġġ tal-biedja matul 1999, 2000 u din is-sena? Xi provi saru u fuq liema varjetajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Produzzjoni Agrikola Organika huwa suġġett ġdid. S'issa sar proġett fuq id-dwieli minn ditta privata. L-istudenti qegħdin isegwu mill-qrib il-progress ta' dan il-proġett. Sa dan it-tant il-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura qiegħed isegwi l-proposta li grupp ta' studenti jitilgħu Bologna biex jistħarrġu aktar fuq dan il-qasam permezz ta' programm ta' l-U.E. Leonardo Da Vinci.
Leg 9 PQ #28082 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni Sekondarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm temmew l-edukazzjoni sekondarja tagħhom studenti għawdxin fis-sena akkademika 2000-2001? a) mill-iskejjel sekondarji statali, subien u bniet? b) mill-junior lyceum, subien u bniet c) mill-iskola tal-Knisja

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti Għawdxin li temmew l-Edukazzjoni Sekondarja fis-sena skolastika 2000-2001, kienu kif ġej: Bniet Subien Skejjel Sekondarji 45 75 Junior Lyceum 165 65 Seminarju ta' Għawdex - 54
Leg 9 PQ #28085 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

SEC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien n-numru ta' kandidati li qagħdu għas-suġġetti SEC f'Mejju u Settembru 2001 mill-iskejjel sekondarji ta' Għawdex: 1) skejjel sekondarji bniet 2) skejjel sekondarji subien 3) junior lyceum subien 4) junior lyceum bniet 5) skola tal-knisja X'riżultati nkisbu fl-istess suġġetti mill-istess studenti Għawdxin fl-eżamijiet SEC fis-sessjonijiet Mejju 2001 u Settembru 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli, m'hinix f'pożizzjoni nagħti tweġiba f'dan l-istadju għal din il-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #28146 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Football Association

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja fi flus u/jew materjal, sena b' sena f' dawn l-aħħar 3 snin lil kull wieħed mill-Clubs tal-Football li hemm fil-Premier Division tal-Malta Football Association din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għajnuna finanzjarja li ngħatat matul dawn l-aħħar 3 snin lill-Clubs li din is-sena qegħdin fil-Premier Division hija mqassma hekk: 1998 Marsa F.C. Lm7,000 Sliema Wanderers F.C. Lm1,000 Naxxar Lions F.C. Lm3,000 1999 Marsa F.C. Lm5,500 Birkirkara F.C. Lm4,000 2000 Lija Athletics F.C./Balzan Youths Lm3,325 Pieta` Hotspurs F.C. Lm 200 Ingħatat ukoll din l-għajnuna lil nurseries ta' timijiet tal-Premier Division. 1998 Paola Hibs Youth Nursery Lm 900 Pieta` Hospurs Youth Nursery Lm 500 1999 Floriana Youth Nursery Lm 300 Sliema Wanderers F.C. Lm 400 2000 Valletta Lions Youth Nursery Lm 200 Naxxar Lions Youth Nursery Lm 300 Floriana Youth Nursery Lm 250 Minbarra dawn l-għotjiet, f'Lulju 1999 tħallset is-somma ta' Lm700 biex jitnaddaf il-ġibjun li hemm fil-Victor Tedesco Stadium, Ħamrun. F'Novembru 2000 tħallset is-somma ta' Lm25,000 lil Valletta F.C. għall-iżvilupp tas-Salinos Football Ground. Matul din is-sena għadha ma ngħatat ebda għajnuna finanzjarja li xi wieħed mill-Clubs tal-Premier Division. Għajnuna materjali li ngħatat lill-Clubs tal-Premier Division matul is-snin 1998 - 2001 ingħatat lill-Hibernians F.C., Ħamrun Spartans F.C. u Floriana F.C. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti f'użu bla ħlas ta' makkinarju biex sar xogħol ta' manutenzjoni tal-grounds ta' Kordin, Ħamrun u Floriana. Il-clubs ta' Valletta, Floriana, Marsa, Pieta` u Sliema ingħataw il-possibilita` li jagħmlu użu mill-grounds tal-Marsa jew mingħajr ħlas jew inkella b'rati mnaqqsa. Ingħatat ukoll għajnuna lil Floriana F.C. biex ġie rranġat il-ground tal-Furjana wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju. Din l-għajnuna kienet tikkonsisti fi: * tqegħid ta' chain link fence madwar il-football pitch * tiswija ta' boundary walls u rain water culverts * irranġar tas-sand pit * tneħħija ta' materjal li kien intefa' fuq it-turf pitch * proviżjoni ta' inġenji sabiex jitbiddlu l-floodlights u jinżebgħu l-arbli * tnaddaf il-wiċċ tal-ground mid-debris u nxtara conditioner (Terracottem) u ż-żerriegħa għal total ta' madwar Lm3,500. Dan ix-xogħol sar minn ħaddiema tad-Diviżjonit tax-Xogħlijiet. Il-Floriana F.C. ħadu ħsieb it-tkabbir tat-turf skond programm normali li jirrikjedi dan ix-xogħol. Sakemm sar dan ix-xogħol, il-Floriana F.C. tħallew jagħmlu użu b'xejn mill-pitch fil-Kumpless tal-Marsa.
Leg 9 PQ #28147 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Housecraft — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għadhom jaħdmu mpjegati fil-bini tal-Housecraft fi Triq S. Publju l-Floriana?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27626.
Leg 9 PQ #28211 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dawl — Ground tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhi r-raġuni li d-dawl li jinsab fil-ground tal-Marsa mhux qed jiġu mixgħula b' detriment għal dawk li jkunu qed jagħmlu użu minn din il-faċilita?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sistema tad-dawl fil-Kumpless tal-Marsa hija mqassma fi tlett sezzjonijiet. L-ewwel sezzjoni sservi l-courts tan-netball u basketball. Din tinxtegħel kuljum bejn is-7.00 p.m u s-1.00 a.m. It-tieni sezzjoni tixgħel il-ground Nru 2 u r-Rugby Area. Hawnhekk id-dawl jinxtegħel kuljum mis-7.45 p.m sa' l-10.00 p.m. Fix-xitwa l-ħinijiet jinbidlu skond il-ħtieġa. It-track fil-Matthew Micallef St John Stadium tiġi mixgħula fuq talba tal-Malta Amateur Athletic Association kull meta jkun hemm xi attivita`. Fix-xitwa tinxtegħel kuljum b'saħħa ta' dawl inqas mis-7.00 p.m sas-6.45 a.m.
Leg 9 PQ #28217 Sitting 603 2001-09-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li qed insemmi separatament hiex se jkollha is-servizz ta' facilitator matul din is-sena meta qiegħda fi grade 4 u ma tafux taqra u tikteb?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-każ ta' dan it-tifel għadu ma' ġiex irreferut lill-iStatementing Moderating Panel.
Leg 9 PQ #28015 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tal-Malti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-eżami tal-Malti Intermediate li sar fis-6 ta' Settembru intbagħtu biss tmien karti għal dan l-eżami meta kien hemm 25 student li qagħdu għalih u dan fil-Kulleġġ ta' San Aliugi. Veru li kienet persuna tal-Kulleġġ ta' San Aluigi li ħadet inizjattiva u għamlet photocopies u b'hekk l-eżami ittardja biss b'għaxar minuti.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li meta l-Kap taċ-Ċentru ta' l-Eżamijiet flimkien ma' l-invigilator f'San Alwiġi (Ground Floor) fetħu l-pakkett issiġillat ta' l-eżami tal-Malti Intermedjarju għaxar minuti qabel il-bidu ta' l-eżami fil-preżenza ta' l-istudenti, instab li kien hemm tmien karti biss u ma kienx hemm biżżejjed karti għan-numru ta' studenti li qadu f'dan l-eżami. B'hekk biex ma jintilifx ħin ġie nkarigat persuna mill-Kulleġġ ta' San Alwiġi li matul l-eżamijiet ikun qed jassisti fit-tmexxija ta' l-eżamijiet f'dan iċ-Ċentru sabiex jagħmel il-fotokopji neċessarji biex b'hekk l-eżami beda għaxar minuti biss wara l-ħin preskritt. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet informa lill-Matsec Board dwar dan l-inċident.
Leg 9 PQ #28018 Sitting 602 2001-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Dwar ir-resits li saru fl-eżamijiet tal-intermediates, jista' l-Ministru jgħid għaliex fiċ-Ċentru fil-Kulleġġ San Aliwiġi fit-3 ta' Settembru bdew bdew tard minħabba diversi raġunijiet? X'kienu dawn ir-raġunijiet? X'passi ttieħdu fuq min naqas u b'hekk eżamijiet bdew 50 minuta tard?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li r-raġunijiet prinċipali li l-eżamijiet li saru t-Tnejn 3 ta' Settembru 2001 fiċ-Ċentru ta' l-Eżamijet fis-sular t'isfel fiċ-Ċentru ta' San Alwiġi, kienu dawn: 1. Numru ta' kandidati ma kienux jafu l-'candidate number' tagħhom. 2. Xi kandidati qalu li ma rċevewx il-pre-avviż bil-posta. 3. Xi kandidati li kienu ser joqgħodu għall-eżami fl-Informatika marru għalxejn għax insew li kienu eżentati milli jersqu għall- ewwel karta ta' dan l-eżami. 4. Il-Kap taċ-Ċentru ma ħasibx biex jipprepara sinjali ta' direzzjoni ċari biex il-kandidati setgħu jsibu posthom mingħajr konfużjoni. 5. Għoxrin karta differenti ta' eżamijiet differenti, b'rikjesti differenti riedu jinfetħu fl-istess ħin. B'hekk billi kienet l-ewwel sessjoni din is-sitwazzjoni ħolqot konfużjoni fiċ-ċentru sakemm il- kandidati sabu l-postijiet tagħhom. Għalkemm l-eżamijiet f'dan is-sular bdew 50 minuta tard, id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet aċċerta ruħu li l-istudenti jiġu mogħtija l-ħin sħiħ ta' l-Eżami. Id-Dipartiment ta' l-Eżamijiet għarraf lil Matsec Unit dwar dan l-inċidenti kif ukoll ħa l-passi meħtieġa biex sa fejn huwa possibbli każijiet bħal dawn ma jerġgħux jirrepetu ruħhom.