Legislature:
Category:
Reset
Active:

Belt Valletta – spazji ta’ parkeġġ riservati għal Ministeri u dipartimenti tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ spazji ta’ parkeġġ fil-Belt Valletta riservati għall-Ministri, Segretarji Parlamentari u uffiċjali u/jew dipartiment/entitajiet oħra tal-Gvern?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward il-parkeġġ fil-Belt Valletta riservat għall-Ministri, Segretarji Parlamentari u uffiċjali u/jew dipartimenti/entitajiet oħra tal-Gvern, għadha tintuża l-istess prassi li kienet tintuża mill-Amministrazzjoni preċedenti.

Il-Qrendi – Xogħlijiet fuq Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq li se jinbnew mill-ġdid u/jew se jingħatalhom it-tarmak mill-Gvern ċentrali fil-Qrendi għall-perjodu mill-2015 sal-2018?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta għandha kuntratt biex jinbeda xogħol ta’ kostruzzjoni ta’ Triq il-Puniċi. Transport Malta tagħmel il-lista ta’ toroq għas-snin li ġejjien sena b’sena skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Is-Swieqi – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti mis-Swieqi (inkluż l-Ibraġġ u Madliena) u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta fis-Swieqi huma: Triq Sant’ Andrija u Triq Reġjonali Rigward toroq residenzjali f’din il-lokalità Transport Malta responsabbli sabiex tasfalta għall-ewwel darba: - parti minn Triq il-Ħabba, - parti minn Triq l-Iskud, - parti minn Triq il-Qasam, - parti minn Triq Menville, - parti minn Triq Ħabb il-Qamħ, - parti minn Triq Fjorin, - parti minn Triq il-Buganvilla, - parti minn Triq il-Ġiebja, Triq ta' Ġokondu, - parti minn Triq il-Majjistral, - parti minn Triq tal-Franċiz, - Triq Ġdida fi Triq Josef Kalleya - parti minn Triq it-Terz - Triq ir-Ratal - Parti minn Triq Assenza Dawn it-toroq huma nklużi mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

San Ġwann – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti minn San Ġwann u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq arterjali li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta f’San Ġwann huma kif ġej: Triq Birkirkara Triq in-Naxxar Vjal ir-Riħan Triq Dun Karm Triq Reġjonali/Triq Mikiel Anton Vassallo Triq tal-Balal Rigward toroq residenzjali f’din il-lokalità, Transport Malta responsabbli sabiex tasfalta għall-ewwel darba parti minn Triq Brydone, Ta’ Giorni li hija nkluża mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltatati għall-ewwel darba minn Transport Malta skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

L-Imsida – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti mill-Imsida u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-toroq arterjali/distributorji fl-Imsida jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali: - Ix-Xatt tal-Imsida; - Triq il-Wied; - Misraħ il-Menqa (imsejjaħ ukoll Misrah Ġuże’ Ellul Mercer) - Triq Mikiel Anton Vassalli - Triq Dun Karm It-toroq residenzjali fl-Imsida li huma nklużi mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta (skont il-livell tal-iżvilupp u l-prijoritajiet li jirriżultaw) huma: - Triq Santa Venera - p/o Triq it-Torri (Swatar) - Triq is-Snajja - Triq Ċensu Farrugia kantuniera ma’ Triq Misraħ il-Barrieri - Triq Sisla (Swatar) - Triq ġdida fi Triq Kalċ Schembri - Triq Innoċenz Zammit - Triq ġdida fi Triq Rainbow

Il-Għargħur – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti mill-Għargħur u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq arterjali/distributorji fil-Għargħur li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali huma: - Triq tal-Balal, u - Triq M. Murray It-toroq residenzjali fil-Għargħur li huma nklużi mal-lista ta’ toroq residenzjali li se jkunu qed jiġu asfaltati għall-ewwel darba minn Transport Malta (skont il-livell tal-iżvilupp u l-prijoritajiet li jirriżultaw) huma: - Parti minn Sqaq Ħofra, u - Triq Indipendenza

Ta’ Xbiex – toroq li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-toroq li jagħmlu parti minn Ta’ Xbiex u li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-Gvern ċentrali?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ta’ Xbiex m’hemmx toroq arterjali jew distributorji li jaqgħu taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta. Rigward toroq residenzjali f’din il-lokalità Transport Malta responsabbli sabiex tasfalta għall-ewwel darba Triq l-Imradd.

Transport Malta – pakketti finanzjarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pakkett finanzjarju ta’ kull chief separatament li jaħdem Transport Malta u jekk dan jinkludix ukoll fuel allowances u/jew l-użu ta’ vettura u/jew xufier?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakketti finanzjarji taċ-chief officers impjegati ma’ Transport Malta ġew definiti taħt l-amministrazzjoni preċedenti u fil-fatt il-maġġoranza tagħhom għandhom il-kuntratt li jmur lura għal dak iż-żmien. Fil-każ ta’ chief officers li ġew ingaġġati wara dan il-perjodu, dawn qegħdin fuq l-istess skala ta’ salarju u benefiċċji li għandhom il-kumplament taċ-chief officers eżistenti.

Transport Malta – ingaġġ ta’ security guards

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk f’dawn l-aħħar ġranet jew ġimgħat, Transport Malta ingaġġatx numru ta’ security guards? Jista’ jgħid kemm-il persuna ġiet ingaġġata?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma ngaġġat l-ebda persuni fil-grad ta’ security guard f’dawn l-aħħar ġranet jew ġimgħat.

Ħal Tarxien — Triq il-Kurunell Mas - traffiku

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward traffiku fi Triq il-Kurunell Mas, Ħal Tarxien, liema każ kien diġà tqajjem permezz ta' mistoqsijiet parlamentari 30311 u 34011 tal-11-il Leġiżlatura?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li rigward dan il-każ, ġie propost tibdil fl-arranġament tat-traffiku minn Transport Malta u dan bi qbil mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, madankollu s-Sezzjoni li tirregola s-servizz tat-trasport pubbliku esprimiet xi riservi fuq l-arranġament propost. Għaldaqstant, il-Kunsill Lokali kkonċernat huwa mistieden jippreżenta alternattivi oħra għaż-żona in kwistjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati minn Transport Malta.

San Pawl il-Baħar — manutenzjoni tal-Belveder

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa l-Belveder li hemm San Pawl il-Baħar u li ġie inawgurat mill-ex sindku nazzjonalista u ftit qabel l-elezzjoni tal-Kunsill f'manutenzjoni f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Belveder li hemm San Pawl il-Baħar u li ġie inawgurat mill-ex Sindku Nazzjonalista ftit qabel l-elezzjoni tal-Kunsill, ma sarx mid-Direttorat tal-Implimentazjoni tal-Proġetti iżda kien proġett tal-istess Kunsill Lokali. Id-Direttorat tal-Implimentazjoni tal-Proġetti nefaq Euro 2327.85 f’pagi tal-ħaddiema f'dawn l-aħħar tlett snin fuq manutenzjoni tal- promenade fl-inħawi. Il-materjal neċessarju ngħata mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl.

Ġnien Annabelle Vassallo

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk abbandunax il-proġett insemmi għall-Annabelle Vassallo, biswit il-kappella tal-Providenza fil-Limit tas-Siġġiewi? Jekk le, jista' jgħid meta beħsiebu jibda x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 6769.

Trasport pubbliku – Servizz fuq ir-Rotta X1A

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-servizz tal-linja bin-numru X1A li tmur direttament mill-port taċ-Ċirkewwa lejn l-Università u l-Isptar Mater Dei u ma tieqaf fl-ebda post ieħor ma ssirx biss mal-vapur tas-6.00am, iżda ssir ukoll mal-vjaġġi tas-6.30am, tas-7.00am u tas-7.30am nhar ta’ Tnejn u mal-vjaġġi tas-6.45am u tas-7.30am fil-ġranet l-oħra peress li numru kbir ta’ ħaddiema u studenti Għawdxin jużaw dawn il-vjaġġi biex imorru għax-xogħol u/jew l-Università?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li bl-introduzzjoni tar-rottot il-ġodda, fuq ir-rotta X1A se jiżdied vjaġġ ieħor filgħodu miċ-Ċirkewwa bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa. Tajjeb li wieħed jinnota li mill-Università din ir-rotta ser tkun qiegħda tiġi estiża sal-MCAST ġewwa Raħal Ġdid. Fuq l-istess rotta, kull nhar ta’ Ġimgħa wara nofs in-nhar se jiġu miżjuda żewġ vjaġġi oħra li jibdew mill-Università u jmorru lejn iċ-Ċirkewwa.

Iż-Żejtun – Triq A. Cachia Zammit — resurfacing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema fażi waslet Triq A. Cachia Zammit fiż-Żejtun? Jista’ jgħid meta se jibda r-resurfacing ta’ din it-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-kuntratt tax-xogħol għadu kemm ġie ffirmat. Fil-ġranet li ġejjin, Transport Malta se tkun qed tikkoordina mal-entitajiet u l-Kunsill Lokali biex fil-ġimgħat li ġejjin jibdew ix-xogħlijiet.

Servizz tat-Trasport Pubbliku – xufiera impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru hux infurmat dwar jekk l-operatur il-ġdid tas-servizz tal-karozzi tal-linja għadux jimpjega l-istess numru ta’ xufiera, żidhomx jew inkella naqqashomx? Jekk kien hemm bidliet, jista’ jagħti tagħrif dwar x’kienu dawn il-bidliet li seħħew?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif kien ingħad f’numru ta’ okkażżjonijiet, in-numru ta’ xufiera mpjegati mall-kumpanija Malta Public Transport kellu jiżdied. Fil-fatt, jien infurmat mill-istess kumpanija li minn Jannar ta’ din is-sena ġew impjegati madwar 250 xufier ġdid.

Is-Salina – ftehim mar-residenti dwar Triq il-Kosta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema ftehim ġie milħuq mar-residenti tas-Salina b’rabta mal-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Kosta u effettivament allura jgħid liema deċiżjoni ttieħdet rigward l-aċċess għall-istess residenti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aċċess permanenti minn Triq il-Kosta għar-residenti tas-Salina qed jiġi propost għall-approvazzjoni tal-MEPA (taħt applikazzjoni numru PA 01238/15 – Upgrading of Triq il-Katakombi and new road in Triq il-Katakombi).

Il-Mellieħa – Xogħlijiet fuq Triq il-Kortin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq il-Kortin fil-Mellieħa, liema triq kienu diġà nbeda l-proċess tat-tenders għaliha fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 10962. Abbażi tal-parir legali li ħadet Transport Malta, ġie stabbilit li din it-triq trid tiġi asfaltata mill-istess Awtorità u għaldaqstant, ġiet miżjuda mal-lista ta’ toroq li għandhom isiru mill-Gvern Ċentrali skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mellieħa – Triq tal-Għadira — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni rigward proġett relatat mat-triq tal-Għadira fil-Mellieħa? Jekk iva, meta hu maħsub li jibda x-xogħol?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13663.

Il-Mellieħa – Triq Għar u Casa — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fi Triq Għar u Casa fil-Mellieħa, liema triq kienet diġà indikata mill-amministrazzjoni preċedenti fost it-toroq li kellhom jingħataw prijorità minn Transport Malta sabiex jinbnew mill-ġdid fil-Mellieħa, tant li anke l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kien notifikat b’din il-lista ta’ toroq għal din il-lokalità?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fil-fatt għamlet ix-xogħlijiet li setghet u li kien indikat f’Triq Għar u Casa. Il-kumplament tax-xogħol issa qiegħed jistenna l-partijiet kkonċernati jiffurmaw it-triq skont l-obligi tagħhom.

Il-Mellieħa – Triq il-Wied Ruman – ħsarat fir-residenzi privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat dwar ħsara f’residenzi privati fi Triq Wied Ruman fil-Mellieħa possibbiliment ikkawżati minħabba li għadu ma sarx ix-xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ Triq Għar u Casa, li hija responsabilità ta’ Transport Malta?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta rċeviet rapport tekniku dwar xi ħsarat. Transport Malta qiegħda tinvestiga il-claim.