B'riferenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 17705, jista' l-Ministru jivverifika l-fatti mal-kunsill lokali ta' Ħad-Dingli għax fil-fatt jeżisti culvert kbir fi Triq San Pawl tal-Pitkali li jagħti għal Triq Gian Maria Abela filwaqt li minn din it-triq jgħaddi kwantita' kbira ta'ilma tax-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Triq San Pawl tal-Pitkali ġiet spezzjonata mid-Dipartiment mas-Sindku tal-Kunsill tal-lokal u rriżulta li mill-ħajt ta` propjeta` li tagħti għal ġo din it-triq hemm żbokk antik li jista` jkun kien jieħu l-ilma mill-artijiet ta` wara.
Għalhekk id-Dipartiment ser ikompli jara dan l-iżbokk minn fejn ġej biex jiġi determinat jekk hemmx `catchment` fuqu, u jekk jirriżulta li jrid isir `culvert` biex jingħaqad miegħu fit-toroq eżistenti, x-xogħol meħtieġ ikun jista` jsir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17699, kif jista' jkollok bord jiffunzjona biċ-chairman biss mingħajr membri?
Liema kienet l-aħħar sena li l-bord tat-traffiku kellu l-membri tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-funzjonijiet tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku mistennija jkunu nkorporati fl-Awtorita` dwar it-Trasport ta` Malta li mistennija titwaqqaf dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru wara li ġie ppreżentat b'petizzjoni biex ma tinbeniex pompa tal-petrol wara l-ground tal-footbal fil-Mellieħa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-petizzjoni ġiet ippreżentata lill-Ministru bħala deputat tad-distrett u l-kontenut tagħha ser jiġi diskuss ma` l-awtoritajiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi reġistrati ġodda fl-ewwel sitt xhur ta' din is-sena?
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' reġistrazzjonijiet ta' karozzi u vetturi fil-preżent fil-gżejjer Maltin separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-ewwel sitt xhur ta` din is-sena ġew irreġistrati 8,977 vettura ġdida.
In-numru ta` vetturi irreġistrati f`Malta u Għawdex huma 252,111 u 22,889 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi/vetturi li wżaw is-servizz tal-Gozo Channel fl-ewwel sitt xhur tas-sena?
X'kienet il-pożizzjoni għall-istess perijodu fis-snin 1997, 1998 u 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkorċernat
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-triq magħrufa t-Telgħa ta' Alla u Ommu fin-Naxxar tingħata d-dawl u tinkesa bit-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq għadu kif ħareġ sejħa għall-offerti għal xogħol ta` rekostrużżjoni ta` din it-triq u l-proġett hu maħsub li eventwalment ikompli xogħol indikat mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17555?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li f`Għawdex hemm 25 dgħajsa liċenzjati biex jagħmlu `tours`.
Jien infurmat ukoll li l-`jeeps` huma meqjusa bħala karozzi `self drive` u għalhekk jistgħu jintużaw mill-kerrej skond kif irid hu.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li l-infurzar tal-liġi hija fil-kompitu tal-pulizija.
B'riferenza għas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet fi Triq Ġian Maria Abela, Ħad-Dingli, jista' l-Ministru jara li qabel ma jsir ix-xogħol ta' surfacing, l-ewwel isir il-water culvert li hemm bżonn li jsir ħalli jevita l-flooding f'din l-area?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn diskussjonijiet li għamel id-Dipartiment tat-toroq ma jirriżultax li l-Kunsill Lokali qatt kellu xi `complaints` dwar għarar f`din it-triq. It-triq hija waħda relativament qasira u ma` tiġborx ħafna ilma. Għalhekk ma` jidhirx li hemm bżonn ta` xi `water culvert` speċjalment ġa la darba mhemmx `water culverts` fl-inħawi.
Jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa sabiex fid-dipartiment fejn isir il-ħlas tal-liċenzja tas-sewqan, meta jsir nofsinhar u jingħalqu l-bibien biex ma jsirx aktar ħlas ta' liċenzji, għallinqas jinqdew dawk li jkunu fil-queue?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-pubbliku li jmur fid-Dipartiment qed ikun infurmat bis-sitwazzjoni, madankollu ser nara x`jista` jsir biex din il-problema tissolva.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-Dipartiment tal-Liċenzji hemmx nuqqas ta' skrivani? Jekk fl-affermattiv, x'se jsir sabiex is-sitwazzjoni titranġa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ser jittieħdu passi mal-`Management & Personnel Office` tal-uffiċju tal-Prim Ministru biex il-vakanzi li hemm fid-Dipartiment jimtlew.
Jista' l-Ministru ġentilment jara li bl-iktar mod spedit issir zebra crossing jew pelican lights fi Triq it-Tiġrija, Marsa (quddiem is-Salamander) minħabba li l-familji li joqogħdu f'din it-triq traffikuża immens, biex jaqsmuha ikollhom jipperikolaw sew ħajjithom u sew il-vetturi li jkunu ġejjin ħafna drabi b'veloċita' aċċentwata stante li din hija triq arterjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta` l-onorevoli nterpellant lill-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku biex jara x`jista` jsir.
Minħabba li jirriżulta nuqqas kbir ta' road safety fil-parti ta' quddiem Wied Inċita f'Attard, fejn hemm kanal li ilu miftuħ ix-xhur u qed jikkawża inkonvenjent u perikolu lis-sewwieqa tant li xi jiem ilu waqgħet karozza f'dan il-kanal, jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kuntratturi responsabbli mix-xogħlijiet ippermettew dawn in-nuqqasijiet fir-rigward tar-road safety?
Jista' jinformani għaliex minkejja li sar l-inċident sa 26 ta' Ġunju ma kienx hemm sign wieħed mixgħul sabiex ikun identifikat mas-sewwieqa ħadid li qed idawwal il-kanal perikoluż?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kondizzjonijiet ta' road safety li aċċettaw u kienu marbuta magħhom il-kuntratturi responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kanal imsemmi mill-Onor. Interpellant qed ikun spezzjonat regolarment minn uffiċjali tad-Dipartiment tat-Toroq biex ikun aċċertat li hemm il-protezzjoni preżentament mitluba fuq dan it-tip ta' xogħolijiet.
S'issa d-Dipartiment ma kellux rapporti li d-dawl ma kienux adekwati iżda fuq il-punt imqajjem mill-Onor. Interpellant inġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur biex ikun ċert li kull 'obstruction' tkun imdawla biex jitnaqqas kull riskju ta' periklu.
Peress li r-residenti fi triq magħrufa bħala New Street in Constitution Street, Mosta, jew kif inhi magħrufa ma' ħafna Mostin il-fetħa ta' quddiem il-Paramount, ilhom is-snin jittamaw li tiġi rranġata din it-triq, jista'l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet immedjatament?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta' kif se tiġi żviluppata din it-triq, peress li ħafna residenti jilmentaw mill-inkonvenjenti u ostakoli li jiffaċċjaw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex flimkien mal-Kunsill Lokali jipproponu x`hinu l-aħjar li jsir. Meta dawn il-proposti jkunu ffinaliżżati, id-Dipartiment ikun jista` jikkunsidra l-aħjar fażi tat-twettieq.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17195 u l-introduzzjoni tal-liċenzja imsemmija fit-tweġiba, jista' l-Ministru jgħid min huma l-organizzazzjonijiet f'pajjiżna volontarji u kummerċjali li ressqu l-proposti tagħhom dwar din il-bidla?
Jista', hekk huwa possibbli, ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
F`dan l-istadju m`ghandi xejn mar-risposta li tajt ghall-mistoqsija parlamentari Nru 17195
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17410, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-erba' punti tal-ftehim li għadhom mhumiex jiġu mplimentati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-erba punti tal-ftehim imsemmi f`Mistoqsija Parlamentari Nru 17410 huma:
Punt Nru 6
Li jobbliga kull operatur membru tal-GBOA li japplika u jikkwalifika għal ħruġ ta` permess ta` operaturi mill-Awtorita` liema permess ikun addizzjonali għall-ħruġ tal-vettura.
Punt Nru 8
li jobbliga lill-operaturi membri tal-GBOA li jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom bil-għan li jitfasslu regolamenti ġodda biex jitwaqqaf Tribunal li jkun kompetenti jiddeċiedi każi ta` ksur ta` regolamenti u liġijiet li jolqtu t-trasport pubbliku.
Punt Nru 9
Li jirrigwarda l-liberaliżżazzjoni tat-Trasport Pubbliku bla skeda.
Punt Nru 11
Li jobbliga lix-xuffiera kollha liċenzjati biex isuqu `Omnibus` biex isegwu kors li jsir mill-Awtorita` stess.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17217 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tal-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid kemm tħallsu f'liċenzji fuq opri tal-baħar matul is-sena 1999?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul is-sena 1999, l-ammont li nġabar f`liċenzji fuq l-opri tal-baħar kien ta` Lm196,191.