Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal-angiogram minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabella ta’ hawn taht, filwaqt li nirrimarka li l-lista ta’ stennija ta’ kemm pazjenti qed jistennew biex issirilhom Angiogram naqset drastikament matul is-snin. Fis-sena 2012 kien hemm 293 pazjent jistenna biex issir l-Angiogram u prezentament hemm 11.
Year
Angiograms
(planned)
2012
293
2013
283
2014
152
2015
68
May-16
11
Source:CTMS
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal-angioplasty minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2012 kien hemm 41 pazjent jistenna biex issir l-Angioplasty, filwaqt li prezentament hemm 4 pazjenti, kif tindika it-tabella ta’ hawn taht.
Year
Angioplasty
(planned)
2012
41
2013
45
2014
26
2015
17
May-16
4
Source: CTMS
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tan-knee replacement minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kazijiet kollha jitqiesu skond l-urgenza medika.Tajjeb li nghidu illi f’Marzu 2013, kien hemm total ta’ 1733 persuni jistennew ghal- Knee Replacement, filwaqt li prezentament hemm 1192.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal-hip replacement minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ghal-ahhar tas-sena 2012 kien hemm 334 pazjent jistenna biex jaghmel hip replacement filwaqt li prezentament hemm 270 pazjent.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement approvat taċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u dak eżistenti llum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm 46 impjegat jaħdem fi ħdan ic-CDAU. Il- Project Complement dejjem jista’ jvarja skont l-iżvilupp tas-servizz u servizzi ġodda li jkun hemm pjanat u skont il-ħtiġijiet u eżiġenzi tal-pajjiż.
Sptar Mater Dei – rapport sħiħ tal-operazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsijiet parlamentari 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn ma jridx jippubblika r-rapport sħiħ tal-operazzjonijiet li saru fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2015?
Sptar Mater Dei – rapport annwali tal-operazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24959 u 24726, jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru totali tal-operazzjonijiet jinkludix proċeduri li jaqgħu taħt Medical Imaging u operazzjonijiet li saru fis-Sir Anthony Mamo Oncology Centre (SAMOC)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, b’referenza ghat-twegiba parlamentari 24726, illi n-numru ta’ operazzjonijiet indikati ma jinkludux dawk il-proceduri li saru fil-Medical Imaging u lanqas fl-Isptar Sir Anthony Mamo.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24960 u 24724, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-178 hip replacement li saru fl-2015, kienu revision?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nfakkar lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2015 kien hemm żieda ta’ operazzjonijiet b’ 20% fuq is-sena 2012 u minn dawn kien hemm 23 li kienu revision.
Hip Replacement — żmien ta’ stennija - Pazjenti riferuti mit-tabib tal-familja
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24961, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew biex jarahom konsulent ortopediku biex jivverifika għandhomx bżonn hip replacement, kemm ilhom jistennew u l-appuntamenti humiex għall-2018 jew qabel?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni mhux possibli li tinġabar għaliex il-pazjenti ikunu referuti għand speċjalista b'sintomu jew sintomi u mhux b'talba speċifika għall-hip replacement.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 24962 u 24723, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru eżatt ta’ operazzjonijiet ta’ knee replacement li saru fl-2014 u dawk li saru fl-2015? Kemm minn dawn l-operazzjonijiet kienu revision?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ operazzjonijiet tan-knee replacement li saru fis-snin 2014 u 2015 kien 1140.
Nurses mhux Maltin li jaħdmu fl-isptarijiet tal-Gvern
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25263, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif mitlub maqsum skont l-isptarijiet differenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt:
Isem tal-Isptar jew Entità
Numru ta’ Infermiera barranin(sa Marzu 2016)
Sptar Mater Dei
188
Ċentru Onkoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC)
18
Sptar Monte Carmeli
28
Sptar tar-Rijabilitazzjoni Karin Grech
20
Residenza S. Vinċenz De Paule
28
Dipartiment tal-Anzjani – Djar tal-Anzjani
4
Kura Primarja
2
Sptar Boffa
1
Sptar Ġenerali t’ Għawdex
1
Total
290
Is-Siġġiewi – Triq Dun Manwel Zammit – tindif ta’ kamra fit-tarf tat-triq
Question
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 17805 datata t-8 ta’ Lulju 2015, jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni peress li kollox għadu kif kien b'deteriment għar-residenti inkwistjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma Lill-Onor. Interpellant li minn spezzjonijiet li saru mid-dipartiment għas-Saħħa Ambjentali ġie kkonfermat li l-akkumulu ta’ ħmieġ li kien hemm fil-kamra li tinsab fit-tarf ta’ Triq Dun Manwel Zammit, Siggiewi ġie mnaddaf u l-kamra ngħalqet bl-injam sabiex ebda ħamiem jew annimali oħra ma jkollhom aċċess għaliha. Is-sitwazzjoni prezenti rigward din il-kamra hija mnaddfa u magħluqa. Kien hemm ukoll ġiebja b’akkumulu ta’ ilma qiegħed li wkoll kien qed jikkawża nkonvenjent u dan l-akkumulu ta’ ilma tneħħa wkoll.
Jista' l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu każ ta' kumpens ta' meta kien jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi segwiet.
Sptar Ġenerali t’Għawdex u s-Settur tas-Saħħa – ħaddiema impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm ħaddiema impjegati tal-Gvern fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fis-settur tas-saħħa f'Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema tal-kuntrattur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u fis-settur tas-saħħa f'Għawdex u f’liema gradi huma dawn il-ħaddiema tal-kuntrattur?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-prezent hemm 797 impjegat mal-gvern li joffri s-servizz tieghu gewwa d-dipartimenti tas-sahha fil-gzira Ghawdxija.Minn dawn l-impjegati, 29 minnhom jahdmu gewwa c-Centru tas-Sahha f’Ghawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti jistennew biex issirilhom l-operazzjoni tal-kataretta minn Ottubru sa Diċembru ta’ kull sena tas-snin 2013, 2014 u 2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin 2013, 2014 u 2015 l-istennija ta’ pazjenti biex issirilhom l-operazzjoni tal-kataretta naqqset drastikament kif muri fit-tabella ta’ hawn taht.
Number of Open Cases
(Catarects)
End of 20133580
End of 20142531
End of 20151231
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru assessments miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) u jagħti din l-informazzjoni skont it-tip ta’ assessments li saru maqsumin skont l-etajiet tat-tfal?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2015 saru 3564 assessment gewwa Child Development Assessment Unit (CDAU). Dawn l-assessments kienu kollha kazijiet godda. Is-servizzi ta’ assessjar fis-CDAU jinkludu dawk Mediċi/Pedjatriċi, dawk ta’ Psikologu, assessjar mis-Speech Therapist, Occupational Therapist u Physiotherapist.
Nirrimarka li matul dawn l-ahhar snin, lis-stennija sabiex il-professjonisti jaraw lil-pazjenti taghhom fi hdan ic-CDAU naqqset drastikament. Fost dawn insemmu s-servizz tal-Psikologi, li minn stennija ta’ 18 il-xahar fis-sena 2013, illum hija ta’ madwar 7 gimghat.
It-tabella ta’ hawn taht turi l-eta’ u l-ammont ta’tfal li ghamlu assessment Mediku/Pedjatriku:
Eta'
Ammont ta' tfal
1
28
2
37
3
110
4
151
5
74
6
62
7
66
8
66
9
18
10
43
11
20
12
14
13
4
14
6
15
3
16
2
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi jagħti ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) jagħti servizzi prinċipalment ta’ assessjar ta’ tfal li jippreżentaw b’nuqqasijiet fl-iżvilupp bikri tagħhom jiġifieri preżentazzjonijiet hekk imsejħa neurodevelopmental. Dawn ivarjaw minn preżentazzjonijiet bażikament mediċi bħal Down Syndrome, Cerebral Palsy, Spina bifida eċċ; imġibiet assoċjati ma nuqqas ta’ attenzjoni u attivita żejda (ADHD); nuqqas ta’ żvilupp fil-komunikazzjoni soċjali u fl-interess li wieħed jingaġġa ma dawk ta’ madwaru (social interaction), tfal fi ħdan il-firxa wisgħa ta’ awtiżmu (Autism Spectrum); nuqqas fl-iżvilupp tad-diskors u l-lingwa, fl-iżvilupp tal-koordinament fiżiku u mixi, jew nuqqas ta’ żvilupp globali. Ħafna tfal jippreżentaw b’diffikultajiet ta’ tagħlim, assoċjati ma’ dawn l-istess preżentazzjonijiet mediċi kif ukoll diffikultajiet aktar speċifiċi u iżolati fil-qari u fil-kitba.
Is-servizz mediku u pedjatriku jinvolvi assessjar holistiku u jipprovdi direzzjoni kemm għas-servizzi assoċjati mas-CDAU msemmijja hawn fuq, kif ukoll għal servizzi oħra mediċi li jkun indikati mill-kliniċi tal-Outpatients l-isptar Mater Dei tal-paediatric neurology, tal-genetics, orthopaedic, paediatric surgery u oħrajn, kif ukoll għas-servizzi mic-Children and Young People Services (CYPS) fejn ikun hemm diffikultajiet li jinħtieġu aktar sapport kontinwu ta’ psikologisti u psikjatri tat-tfal.
Barra dan is-servizz tal-assessjar, il-familji ta’ dawn it-tfal jigu referuti għas-servizzi ta’ terapija u interventi edukattivi bikrija, kif ukoll għas-servizzi ta’ sapport soċjali. Ir-rapporti li jiġu provduti mis-CDAU jgħinu biex it-tfal jiġu assessjati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni permezz tal-iStatementing Moderating Panel u jiġu provduti b’sapport adekwat fl-iskejjel.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol li twettaq miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU) fl-2015?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt, filwaqt li nirrimarka li n-numru totali ta’ każijiet huwa ta’ 32,222 għas-sena 2015. Dawn jinkludu kemm każijiet ġodda (new cases) u kif ukoll follow-ups fi ħdan id-dipartimenti tac-CDAU:
Każijiet għas-sena 2015:
Numru totali ta’ każijiet: (kemm ġodda u kif ukoll
follow-ups
)
Mediku
2270
Psikologiku
739
Speech Therapy
447
Occupational Therapy
22,124
Physiotherapy
6642