Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qormi — Triq l-Iskultur

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tingħata wiċċ tarmak Triq Ġdida fi Triq l-Iskultur ġewwa Ħal Qormi, liema triq taqa' taħt il-kompetenza tal-gvern ċentrali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant taqa' taħt ir-responsabilta tal-gvern ċentrali u hija nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Wied il-Qlejgħa — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jagħti informazzjoni fuq mistoqsijiet parlamentari 10801, 10276, 7932 u 9765, li fihom il-Ministru kien ta informazzjoni lil dan il-parlament li hu kien qed jistenna informazzjoni minn nies tad-dipartimenti konċernati?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Saret spezzjoni fit-triq imsemmija. Il-manutenzjoni ta’ din it-triq ġiet inkluża fil-program ta’ xogħlijiet li ser isir mid-Direttorat.

Baħrija — Triq il-Qastan

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta' tarmak li qed isir fi Triq il-Qastan, Baħrija ma tkompliex, allavolja t-tender tax-xogħol kien ingħata f'April tas-sena 2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħol għadu ma tkompliex peress illi għad hemm xi kwistjonijiet pendenti bejn terzi persuni rigward esproprjazjoni ta’ parti mit-triq.

Żebbuġ — Imdina Road - Junction

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-junction proposta ħdejn ix-showroom ta' Cortis f'Imdina Road, Żebbuġ tinvolvix twaqqigħ ta' bini eżistenti? Jista' il-Ministru ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta ta' din il-junction?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illli l-bini mill-ġdid ta' din ir-roundabout ma jaffetwax bini eżistenit. Pjanta tar-roundabout proposta qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 10 PQ #11861 Sitting 257 2005-04-20 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Direttur tat-toroq

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 10648, jista' il-Ministru jgħid: a) meta sar il-kuntratt bejn GT2 u l-ADT; b) kemm-il konsulent ikopri dan il-kuntratt; c) x'servizz qed jingħata minn kull konsulent; d) x'inhu l-ammont li l-ADT qed tħallas għal dawn il-konsulenti; e) x'qed jirċievu direttament mill-ADT dawn il-konsulenti, kull wieħed separatament, f'benefiċċji jew perks; f) x'kien l-ammont imħallas s'issa għal użu tal-mobile phone mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn meta laħaq f'Awissu 2004 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #11870 Sitting 257 2005-04-20 Oral · Interim From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha vetturi mikrija l-awtorita' dwar it-trasport illum u kemm kellha vetturi mikrija f'Jannar tas-sena 2002? Mingħand min huma mikrija dawn il-vetturi u b'liema prezz kuljum? Jista' jgħid jekk dawn il-vetturi ġewx mikrija permezz ta' kwotazzjonijiet jew sejħiet għal offerti u f'każ li kienet segwita din il-proċedura, meta nħarġu s-sejħiet għal offerti, kemm kien hemm li applikaw u x'kienu l-offerti mitfugħa?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Diretturi u managers

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma dawk id-diretturi u managers ta' l-awtorita' dwar it-trasport (bil-kariga) li għandhom is-servizz tal-mobile phone u/jew tat-telefon tad-dar imħallas mill-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid ukoll x'kien l-ammont imħallas: a) matul is-sena li għaddiet; u b) fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena fir-rigward ta' kull persuna f'kontijiet ta': a) mobile phone; u b) telefon tad-dar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

No response available.

ADT — Deputy Chief Executive

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba siefer id-Deputy Chief Executive ta' l-awtorita' dwar it-trasport matul is-sena 2004 u fit-tliet xhur ta' din is-sena, fejn mar, x'kien l-iskop ta' kull żjara, kemm damet kull żjara u x'kienet in-nefqa għal kull żjara, f'titjira ta' l-arju, akkomodazzjoni u allowances?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.

ADT — Number plates personalizzati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa number plate personalizzata għall-ħaddiema li jaħdmu ma' l-awtorita' dwar it-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dawn in-number plates personalizzati kienu introdotti f’Malta f’April tas-sena 2004 mill-Awtorita' dwar it-Trasport. L-intenzjoni tal-plates kienet li jinbiegħu b’sistema ta’ rkant u jibdew minn Lm500. Fl-istess ħin, l-istaff tal-ADT kellu l-opportunita li jekk irid, juża temporanjament number plate personalizzata b’xejn, għall-perjodu ta’ sitt xhur biss bħala parti mill-pubbliċita’ għall-istess fini. Wara li kien għadda il-perjodu msemmi, l-istaff ta’ l-Awtorita' dwar it-Trasport ġew mitluba jirritornaw il-pjanċa imselfa lilhom għall-kampanja publiċitarja’. L-Awtorita' dwar it-Trasport avżat lill-impjegati taghha li jekk xtaqu jżommu dawn il-plates personalizzati, setgħu jixtruhom b’prezz ta’ 50% skond (Lm250) u bin-nifs fuq sitt xhur.

Kalkara/Birgu

Question

Jista' il-Ministru jara li jingħata wiċċ xieraq lit-triq li mill-Kalkara tagħti għat-Toqba tal-Birgu, ħdejn il-club tar-regatta tal-Birgu? X'inhi l-possibbilta' li jsir slip sabiex minnu jitniżżlu d-dgħajjes tat-tiġrija tal-Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Baċir Nru 1

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11420, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 11168, jista' il-Ministru jagħti d-dati ta' meta saru dawn il-public consultation meetings, kemm għall-pubbliku kif ukoll għal-kunsilli lokali? Jista' jgħid fuq liema mezzi tax-xandir ingħata t-tagħrif ta' meta se ssir il-laqgħa għall-pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Minsitru kkonċernat.

Għaqdiet mhux governattivi — Għoti ta' fondi

Question

B'żieda għal tweġiba parlamentari 10290, jista' il-Ministru jgħid jekk:- id-dipartimenti u l-entitajiet fid-dekasteru tiegħu jagħtux xi għajnuna lil għaqdiet volontarji u organizzazzjonijiet mhux governattivi, fi kwalunkwe forma, bħalma huma għotjiet ta' flus, materjal, użu ta' proprjeta', self ta' ħaddiema, benefiċċji minn skemi, eżenzjonijiet, eċċ.? Jekk fl-affermattiv: (a) lil liema għaqdiet u organizzazzjonijiet; b) kenitx għotja ta' darba biss jew tingħata perjodikament; u (c) kemm hu stmat li tiswa l-għajnuna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar sitt xhur tas-sena, l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta nefqet Lm293.51 f'donazzjonijiet, kif muri hawn taħt :- Orphan's Day Lm283.51 - rigali lil tfal orfni Ursoline Sisters Lm 10.00 - fi flus Dawn id-donazzjonijiet kienu ta' darba biss.

Qormi — Triq l-Imdina - Culverts

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11576 u cioe' jgħid meta hemm il-ħsieb li jitnaddfu l-culverts li hemm fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi - faċċata tal-pompa tal-petrol - minħabba l-intejjen li ħerġin minnhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li dawn il-culverts huma pjanati li jiġu mnaddfa fil-perjodu li ġej mid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika, hekk kif regolarment isir fil-perjodu ta’ wara ix-xitwa.

Qormi — Triq il-Wied - Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11548 u cioe' jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli jibda x-xogħol ippjanat iktar minn sena ilu fi Triq il-Wied f'Ħal Qormi, li jinkludi l-bini mill-ġdid tal-footbridgeli twaqqa' fl-għargħar ta' l-2003, it-twaqqigħ tal-bridge eżistenti u l-bini ta' pelican crossing road hump, u l-bini ta' culvert ta' madwar 1km? Jista' jgħid għaliex għal dan ix-xogħol li kien approvat mill-ministru ta' qablu, sal-lum ħarġet tender waħda uffiċjali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Qormi - Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11572 u cioe' jgħid jekk fi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi hemmx il-ħsieb li l-ADT tiżbogħ is-sinjali tal-parkeġġ mill-ġdid minħabba li dawk li kien hemm marru maż-żmien? Jista' jara jekk dan il-parkeġġ jistax isir forma ta' kaxxi, kif sar f'postijiet oħra, mhux sempliċement sinjal wieħed tul it-triq u b'hekk ikun hemm aktar kontroll u nuqqas ta' inkonvenjent għar-residenti li jgħixu fil-viċin u li għandhom il-garaxxijiet fl-inħawi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Dan il-każ ġie rapurtat lill-kumpanija responsabli għal road markings u b’hekk dawn is-sinjali tal-parkeġġi se jsiru mill-aktar malajr possibli. Rigward il-proposta li dan il-parkeġġ isir b’forma ta’ kaxxi, din se tiġi evalwata u kunsidrata.

Toroq — Asfaltar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11228 u 11398 u cioe' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista tat-toroq mhux asfaltati li saru f'kull lokalita' matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

ADT — Xemxija - Speed cameras

Question

Jista' il-Ministru jgħid l-ispeed cameras iridx ikollhom l-approvazzjoni tal-Malta transport authority qabel jiġu introdotti? Jekk iva, dik tax-Xemxija meta ġiet awtorizzata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Kunsilli Lokali għandhom il-poter li jinfurzaw ir-regolamenti tat-traffiku fuq toroq arterjali u distributorji. Il-Liġi tippermetti l-użu ta' makkinarju biex tikkalkula il-veloċita’.

Birkirkara — Triq il-Qattus

Question

Jista' il-Ministru jara meta jista' isir xogħol ta' kisi tat-toroq fi Triq il-Qattus, Birkirkara u t-toroq tal-madwar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Parti minn Triq il-Qattus għadha mhux asfaltata u b’hekk taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Gvern Ċentrali. It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inkluża din il-parti ta’ Triq il-Qattus huma nklużi fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Rotta 59

Question

Jista' il-Ministru jieħu nota tal-fatt li b'risposta għal mistoqsija parlamentari 11030, Rotta 59 mhijiex qiegħda tgħaddi regolari minn Triq il-Pijunieri għal Birkirkara u l-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-iskeda li tappartjeni għar-rotta 59. L-Awtorita', sadanittant, ser tibgħat l-Enforcement Officers biex jaraw li r-rotta 59 tiġi magħmula regolarment kif suppost.