Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #10978 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Taxxa tal-VAT miġbura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT minn Malta u minn Għawdex fl-2013 u din is-sena sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11175 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Interim From: DEO DEBATTISTA To: Ministeru għall-Finanzi

Credit Mortgage – implimentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu mill-Gvern biex jinbeda l-proċess ta’ implimentazzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Ewropea 2014/17/UE dwar il-credit mortgage?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #10639 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Finanzi

Problema tal-Income Tax — każ ta' persuna minn Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna minn Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema fuq l-income tax?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngharaf lill- Onor. Interpellant li ufficjali mit taqsima tat-Taxpayer Service tad - dipartiment diga ghamlu kuntatt mal persuna indikata biex id diffikulta li ghandha tigi mwiegba. Nerga ghal darba ohra nigbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li dwar materja bhal din ma kienx hemm ghalfejn issir mistoqsija fil-parlament.Kien ikun bizzejjed kieku l-persuna koncernata marret fit-taqsima tat- Taxpayer Service fi Blokk 4 ,Floriana,fejn normalment jigu ttrattati kazijiet bhal dawn minn taqsima apposta.Inheggeg biex kwistjonijiet simili jigu ttrattati bil mod kif qed nispjega f'din it -twegiba.
Leg 12 PQ #10454 Sitting 183 2014-07-22 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – Kumpaniji reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-kumpaniji li ġew irreġistrati mal-MFSA kull sena mill-2008 sal-2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mir-rekords miżmuma mir-reġistru tal-kumpanniji fl-MFSA jidher li n-numru ta’ kumpanniji rreġistrati f’Malta fis-snin msemmija kienu: 2008 2,770 2009 2,612 2010 3,061 2011 3,384 2012 3,986 2013 4,505
Leg 12 PQ #10466 Sitting 183 2014-07-22 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 339 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) mid-9 ta' Marzu 2013 'il quddiem li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #10158 Sitting 182 2014-07-21 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Esportazzjoni — valur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 10253.
Leg 12 PQ #10365 Sitting 182 2014-07-21 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Rifużjoni fuq it-taxxa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9866, fejn fit-tweġiba tiegħu tal-11 ta' Ġunju 2014 il-Ministru qal li r-risposta se tingħata f'seduta oħra, jista' issa jagħti t-tweġiba tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li persuni Maltin mhux residenti hawn Malta huma ntaxxati bir-rati għall-non residents u jekk xi d-dħul minn dividendi jaqa’ fit-threshold ta’ rata ta’ taxxa inqas minn 35% dawn huma ntitolati għar-rifużjoni (kollha jew parti minnha) ta’ taxxa miżmuma minn ras il-għajn fuq l-istess dividendi billi jiddikjaraw id-dħul mid-dividendi fir-rendikont tat-taxxa għas-sena li fiha jkunu rċivew id-dividendi.
Leg 12 PQ #10387 Sitting 182 2014-07-21 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

NSO – qgħad — tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-fattur ewlieni skont l-istatistika pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) kif ikkwotata mill-Eurostat (Stqarrija Nru 10-4/2014 datata l-1 ta’ Lulju 2014) li wassal għat-tnaqqis fil-qgħad għax-xahar ta’ Mejju 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li din l-istatistika hija maħduma fuq mudell matematiku mill-Eurostat u hija bbażata fuq informazzjoni mil-Labour Force Survey u fuq figuri kkumpilati mill-ETC, li jiġu mgħoddija darba fix-xahar lill-NSO. L-NSO m’għandux aċċess għal dan il-mudell.
Leg 12 PQ #10388 Sitting 182 2014-07-21 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

NSO – persuni li jirreġistraw għax-xogħol – tnaqqis

Question

Peress li skont footnote numru 4 tal-istqarrija maħruġa mill-Eurostat għax-xahar ta’ Mejju 2014 (Stqarrija Nru 10-4/2014 datata l-1 ta’ Lulju 2014), jirriżulta li r-rata ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta naqset minn 6.7% għal 5.7% wara aġġustament ta’ punt perċentwal li sar fl-istatistika mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jista’ l-Ministru jgħid jekk dan huwiex minnu? Jekk dan huwa minnu, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn f’każ ta’ pajjiżi oħra tissemma r-raġuni li wasslet għal dan l-aġġustament fl-istatistika waqt li fil-każ ta’ Malta din ir-raġuni ma tissemmiex fl-istqarrija ppubblikata mill-Eurostat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qatt ma irreveda l-figuri li ppubblika mil-Labour Force Survey. Rigward l-istqarrija ppubblikata mill-Eurostat, l-NSO m’għandux kontroll fuq dak li jinkiteb jew dak li jigi ppubblikat minn din l-istituzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Leg 12 PQ #10253 Sitting 178 2014-07-16 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Esportazzjoni — valur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10158 u jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10322 Sitting 177 2014-07-15 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Karozzi li jkunu involuti f'inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga r-raġuni li għaliha meta persuna tkun involuta f'inċident tat-traffiku, u l-parti l-oħra taċċetta t-tort tal-każ, jispiċċa mingħajr karozza, jew mezz ta' trasport ieħor, matul il-perijodu sakemm jiġu deċiżi l-modi kif se ssir it-tiswija, u hu biss għall-perijodu ta' żmien meta l-vettura tiegħu tkun qiegħda tiġi rranġata li dak li jkun hu ntitolat għall-karozza, u dan meta fil-fatt hu ma jkollu l-ebda tort, biex jew jibqa bla vettura għal perjodu ta' żmien jew inkella jkollu jħallas minn butu għal tali kirjiet?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġeneralment, il-parti li ma jkollhiex it-tort tkun intitolata li titlob lill-kumpanija tal-assikurazzjoni tal-parti terza (jiġifieri dik li jkollha tort) biex tipprovdilha vettura temporanja jew tkopri l-ispejjes tal-kirja, mhux biss għall-perjodu li matulu tkun qed tissewwa l-karozza, iżda wkoll għaż-żmien li forsi jkollha tistenna biex jinkisbu il-parts meħtieġa. Dan ġie wkoll stipulat mill-Qrati ta’ Malta f’sentenzi diversi li ingħataw. Madankollu, il-Qrati enfasizzaw ukoll li d-drittijiet ta’ persuna li m’għandhiex tort mhumiex bla limitu, u li din għandha tagħmel ħilitha biex tnaqqas kemm jista’ jkun l-ispejjeż. Per eżempju, jista’ ma jkunx raġonevoli li wieħed jitlob għal karozza tal-kiri jekk is-surveyor jiddetermina li l-vettura bid-daqqa tista’ xorta waħda tinstaq sakemm jiġu l- parts . Lanqas ma jista’ jkun raġonevoli li persuna titlob rifużjoni għal jiem żejda ta’ kiri meta l-persuna jew kumpanija li tkun qed tagħmel it-tiswijiet iddum inutilment biex tibda t-tiswijiet. Għalhekk huwa importanti li meta wieħed jitlob rimborż għal karozza tal-kiri, irid juri li kien hemm bżonn li l-karozza tinkera, u li l-ispejjeż inżammu baxxi kemm jista’ jkun. Importanti ħafna wkoll li l-assikurazzjoni tal-parti terza tinżamm infurmata. Ir-rimborż għal karozza temporanja mhuwiex dritt awtomatiku, iżda wieħed li jiddependi fuq diversi fatturi, inkluż jekk ir-responsabbiltà ġietx ikkonfermata, u meta. Barra minn hekk, il-kumpaniji tal-assikurazzjoni ma jagħtux kumpens għal karozza tal-kiri meta vettura tiġi ddikjarata beyond economic repair (jiġifieri li l-vettura mhijiex vijabbli li tissewwa).
Leg 12 PQ #10324 Sitting 177 2014-07-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Good Causes Fund — għotja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għotja lill-għaqda li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatement imwegħda bil-miktub lill-imsemmija għaqda mill-amministrazzjoni preċedenti taħt il-Good Causes Fund, hux se tingħatalhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Tweġiba: Ngħarraf lill-Onor Interpellant li la darba tkun ippreżentata d-dokumentazzjoni kollha neċessarja u meta jkunu saru l-verifiki meħtieġa, kif jitolbu r-regolamenti tal-imsemmi Fond, l-impenji li saru fl-imgħoddi u dawk li jsiru fil-preżent, jkunu onorati.
Leg 12 PQ #10253 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Esportazzjoni — valur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10158 u jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #10158 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Interim From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Finanzi

Esportazzjoni — valur

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-valur tal-esportazzjoni minn Malta għas-sena 2013? Kif inhi maqsuma din l-esportazzjoni f'termini ta' valuri u prodotti lill-pajjiżi differenti kull pajjiż separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #10179 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għall-Finanzi

Ex National Bank of Malta – żvilupp fil-kwistjoni

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk kienx hemm xi żvilupp fil-kwistjoni tax-shareholders tal-ex National Bank of Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda żviluppi ġodda dwar ix-shareholders tal-ex-‘National Bank of Malta’.
Leg 12 PQ #8016 Sitting 171 2014-07-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Qbid ta’ sigaretti ta’ kuntrabandu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sigaretti ta’ kuntrabandu nqabdu mid-Dwana, qabda qabda bejn l-2008 u l-2013?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10092 Sitting 171 2014-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – investigation report

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, min-naħa tad-Dwana, x'inhi l-utilità jew għaliex il-Pulizija tagħmel investigation report wara sejba ta' oġġetti ta' kuntrabandu liema rapport jgħaddi għand id-Dwana? F'liema stadju jew meta jgħaddi għand id-Dwana mill-Pulizija tali rapport, u xi jkun fih tali rapport?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-utilità ta’ investigation report mill-Pulizija toħroġ mill-poteri u għodod investigattivi tal-Pulizija fuq dawk tad-Dwana, bħal proċeduri ta’ nterrogazzjoni, li minnhom jista’ jkun stabbilit aħjar kull ksur tal-liġi u r-responsabbiltà għalih. Ir-rapport li jgħaddi għand id-Dwana mill-Pulizija jkun fih ir-rizultat tal-investigazzjonijiet tal-Pulizija, malli dawn ikunu lesti.
Leg 12 PQ #10093 Sitting 171 2014-07-02 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana – seizure note

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi jew x'tikkontjeni seizure note li ssir mill-Pulizija għad-Dwana wara sejba ta' oġġetti ta' kuntrabandu? F'liema stadju wara s-sejba ssir tali nota, u x'inhi l-ħtieġa tagħha għad-Dwana?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Seizure Note, jew Nota ta Qbid, tinħareġ mid-Dwana, mhux mill-Pulizija, dwar oġġetti maqbuda li jistgħu jiġu konfiskati taħt il-liġijiet tad-Dwana, bid-dettalji ta’ l-oġġetti maqbuda u r-raġunijiet dwar il-qbid. In-Nota ta’ Qbid ssir malli l-oġġetti maqbuda jgħaddu għand id-Dwana u ssir skont proċedura li tippermetti l-kontestazzjoni tal-qbid tal-oġġetti permezz ta’ rikors fil-Qorti Ċivili.
Leg 12 PQ #7753 Sitting 170 2014-07-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tal-vetturi kollha mikrija jew leased mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru minn Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jindika wkoll, f’kull każ, saritx sejħa pubblika għall-offerti u jekk le, jgħid għaliex le?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda vettura mikrija jew leased lil kull dipartiment tal-Gvern, awtorità, korporazzjoni jew kwalunkwe entità governattiva oħra fid-dekasteru, mingħand il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament.
Leg 12 PQ #10091 Sitting 170 2014-07-01 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Dwana u Pulizija – sejbien ta’ oġġetti ta’ kuntrabandu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura li d-Dwana u l-Pulizija jadoperaw bejniethom meta l-Pulizija tagħmel sejba ta' oġġetti ta' kuntrabandu? F'liema stadju l-Pulizija tinforma lid-Dwana u b'liema mod? Jista’ jgħid jekk hemmx xi dokument jew linji gwida li jirregolaw din il-proċedura?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interellant li kemm id-Dwana, kif ukoll il-Pulizija, għandhom il-poter jżommu oġġetti suspettati b’kuntrabandu sakemm isiru l-investigazzjonijiet meħtieġa. Il-Pulizija tinforma lid-Dwana bir-riżultat tal-investigazzjonijiet tagħha sabiex, jekk ikun il-każ, id-Dwana tagħmel talba lil Pulizija biex jinbdew proċeduri kriminali fil-qorti skont il-liġijiet tad-Dwana.