Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — bordijiet - chairpersons u membri

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taċ-chairpersons u membri tal-bordijiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Djar tal-anzjani – lista ta’ stennija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10661, jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedet il-waiting list ta’ anzjani li jridu jidħlu fid-djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin minnu minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Marzu 2013 kien hemm 1341 applikazzjoni fil-lista ta’ stennija għad-dħul fi Djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin minnu u sal-lum hemm 2,085 applikazzjoni pendenti. Ta’ min isemmi li f’dan il-perjodu kien hemm 1,669 applikazzjoni ġdida. Dan ifisser li bejn dħul f’SVPR u djar residenzjali u bix-xiri ta’ sodod ġodda fi djar privati, kien hemm 925 anzjan fuq il-waiting list li sabu post fi Djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin minnu.

Djar tal-anzjani – dħul ta’ anzjani

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10662, jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani ġodda fi djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin minnu minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum daħlu 773 anzjan/a fi djar residenzjali tal-Gvern jew fi djar residenzjali mikrijin. Il-lokalitajiet huma kif indikat fit -tabelli li qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pensjonanti tas-Servizzi Brittanniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu fl-RAF irċevew pensjoni mis-Servizzi Brittanniċi u konsegwentement tnaqqsitilhom il-pensjoni kontributorja Maltija, mill-1979 sal-lum?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Pensjonanti tas-Servizzi Brittaniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu fl-RAF li fil-preżent qed jirċievu pensjoni mis-Servizzi Brittanniċi u konsegwentement qed titnaqqsilhom il-pensjoni kontributorja Maltija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pensjonanti li jirċievu pensjoni mis-Servizzi Brittanniċi u li konsegwentement qed titnaqqsilhom il-pensjoni kontributorja Maltija huwa ta’ 189.

Pensjonanti tas-servizzi Brittaniċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandhom età l-persuni li kienu fl-RAF u li fil-preżent qed jirċievu pensjoni mis-Servizzi Brittanniċi u konsegwentement qed titnaqqsilhom il-pensjoni kontributorja Maltija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-età tal-persuni msemmija tvarja bejn 64 u 98 sena.

Pensjonanti tas-servizzi Brittaniċi – Tnaqqis mill-pensjoni kontributorja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li għandhom pensjoni kontributorja Maltija kif ukoll pensjoni mis-Servizzi Brittanniċi, li qabel Marzu 1979 kellhom jiġu ttrasferiti mar-Royal Air Force biex ilestu t-terminu neċessarju ħalli ma jitilfux id-dritt tal-pensjoni tas-Servizzi Brittanniċi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandhux fil-pussess tiegħu l-informazzjoni mitluba peress li mhix neċessarja sabiex tiġi maħduma il-pensjoni kontributorja.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, minn Marzu 2013 sal-lum kemm-il darba siefer, għal liema konferenza, kemm tul ta' ġranet u kemm kienet in-nefqa ta' kull vjaġġ u n-nefqa totali fuq l-ivvjaġġar? Minn min kien akkumpanjat u x'kienet il-kariga tal-persuni li siefru miegħu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għal Mistoqsijiet Parlamentari 26812, 26813, 26814, 26815, 26816, 26817, 26818 u 26819 tal-Leġislatura IX.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Pensjoni tal-Invalidità — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar pensjoni tal-invalidità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżenzjoni mill-€466 li titħallas għal trasferiment jew stallazzjoni tal-meter, hija dovuta biss lil dawk li qegħdin jirċievu xi wieħed mill-Benefiċċji Mhux Kontributorji hawn taħt imsemmija: · Għajnuna Soċjali (SA/SUP/SAF/PW); · Pensjoni tal-Età (AP); · Pensjoni għal Diżabilità (HP/SHP/BLD); · Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg (UA). Għaldaqstant, il-persuna ndikata mill-Onorevoli membru mhix intitolata għal din l-eżenzjoni minħabba li hija qed tirċievi l-Pensjoni tal-Invalidità, li huwa Benefiċċju Kontributorju.

Awtorità tad-Djar — każ ta' individwu minn Santa Luċija

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi nvestigat każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar spezzjoni mill-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret spezzjoni sabiex jiġi investigat dan ir-rapport. Irriżulta li kien hemm xi dħul ta’ ilma fi flat li probabbilment ġie kkawżat xi żmien ilu minħabba xi għarar fuq il-bejt. Fil-preżent il-kanna tal-ilma ta’ flat ieħor fl-istess blokk qed tnixxi bil-mod peress li mhux imqabbda kif suppost iżda m’hijiex tikkawża dħul ta’ ilma. L-inkwilin ta’ dan il-flat ġie mitlub isewwi l-ħsara.

Reviżjoni ta' pensjoni tal-Invalidità — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi vverifikat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li saritlu reviżjoni tal-pensjoni tal-invalidità?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ imsemmi minnu hu fil-fatt maħdum u għalhekk iffinalizzat u l-pagament mistenni jitħallas.

12-il Distrett Elettorali – kunsilli lokali – programm LEAP

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11617 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali tat-12-il distrett li qed jieħdu sehem fil-programm LEAP u kemm hemm persuni li qed jibbenefikaw minn dan il-programm ma’ kull kunsill rispettivament? Jista’ jindika kif intgħa¿lu l-persuni kkonċernati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-Kunsilli Lokali li qed jipparteċipaw fil-LEAP mit-12-il distrett, sal-lum nsibu il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li qiegħed jieħu sehem f’din l-iskema. Il-persuni li hemm mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl jammontaw ghal-9. Sebgħa minnhom ġew referuti mill-Appoġġ, waqt lit-tnejn l-ohra ġew nominati mill-Kunsill Lokali stess. Dawn il-persuni kkonċernati ġew referuti mill-Aġenzija Appoġġ kif ukoll mil-Kunsill Lokali stess li aċċetta li jżomm dawn il-benefiċjarji biex ikun jista’ jipprovdilhom l-esperjenza li tant qed jisħaq fuqa l-proġett LEAP.

Awtorità tad-Djar — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba l-kundizzjoni medika tat-tifel ta' tmien xhur tal-applikanta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tingħata l-attenzjoni meħtiega flimkien ma’ applikazzjoniet oħra bħal tagħha.

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-applikazzjoni għall-akkomodazjoni soċjali li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tiġi pproċessata mill-aktar fis possibbli peress li hu każ ġenwin u umanitarju ferm?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-każ qiegħed fil-proċess li jsir rapport minn social worker. Sadanittant l-applikanta qed tibbenefika minn sussidju fuq il-kera li jammonta għal € 80.56 fix-xahar. Għalhekk bħala kera qed tħallas € 69.44 flok € 150 fix-xahar.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni b’kuntratt

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha, inkluż it-tip ta’ xogħol, karigi, esperjenza u kwalifiki, salarji u perkaċċi, ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, inkluż is-Segretarjat Parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, fuq kull tip ta’ kuntratt inkluż full time u part time? Jista' jgħid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha, inkluż it-tip ta’ xogħol, karigi, esperjenza u kwalifiki, salarji u perkaċċi, ta' dawk il-persuni li mid-9 ta' Marzu 2013 'l hawn ġew ingaġġati mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, inkluż is-segretarjat parlamentari u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bħala persons of trust? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali –bordijiet, kummissjonijiet u kumitati

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull tip ta’ bord, kumitat, kummissjoni u ħatriet simili oħra li jaqgħu taħt il-kappa tal-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, inkluż is-Segretarjat parlamentari, jagħti lista tal-persuni li ġew maħtura f’kull wieħed minnhom minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jelenka l-kwalifiki u l-esperjenzi tal-persuni li qed iservu fuq dawn il-bordijiet, kummissjonijiet u kumitati? X’remunerazzjoni u perkaċċi oħra hemm marbuta ma’ dawn il-ħatriet f’kull każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali – ingaġġ ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-misoqsija parlamentari 8868, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 5148 u 5389, li kontra kif indikat mill-Ministru ma tweġibx il-mistoqsija b’mod sħiħ? Jista’ jagħti d-dettalji kollha inkluż it-tip ta’ xogħol, karigi, esperjenza u kwalifiki, salarji u perkaċċi, ta’ dawk il-persuni kollha li mid-9 ta’ Marzu ’l hawn ġew ingaġġati b’xi mod jew ieħor, mal-Ministeru jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, inkluż dak tas-Segretarju Parlamentari, u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, bħala persons of trust? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x’inhu t-total ta’ pagi tagħhom fis-sena b’mod kumulattiv?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10880

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri fis-Segretarjat Privat kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.