Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċina — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex jiġi vverifikat jekk hemm xi soluzzjoni għall-problema li għandha?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qiegħed jiġi investigat.
Leg 12 PQ #10142 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Ix-Xgħajra – Sqaq San Lawrenz – main tad-drenaġġ

Question

Peress li fuq wara ta’ bini li jinsab fi Sqaq San Lawrenz fix-Xgħajra, hemm main tad-drenaġġ u dan minn żmien għal ieħor ifur u barra li jimla l-bjar li jinsabu fuq wara ta' dawn id-djar jimtlew anke d-djar, jista’ l-Ministru jara li tissolva l-problema għax din hi ta' periklu għas-saħħa tar-residenti ta' din it-triq?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjoni li saret fuq il-post ma nstab l-ebda sadd, ħsara jew difetti li jistgħu jxekklu l-moviment tad-drenaġġ. L-area indikata qed tiġi segwita permezz tal-programm ta’ investigazzjonijiet ta’ CCTV biex tiġi vverifikata l-kundizzjoni nterna u jekk ix-xogħol huwiex ta’ disinn u tpendil skont ma titlob is-sengħa.

MRA – distributur tal-gass

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li d-distributur tal-gass, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kellu l-liċenzja tiegħu miżmuma fuq allegazzjonijiet kriminali fil-passat, reġa’ ngħata l-liċenzja lura ħalli jqassam il-gass bieb bieb abbażi tar-reġjun li kellu? Jista’ jgħid jekk l-MRA qablitx ma’ din id-deċiżjoni? Jista’ jippubblika l-opinjoni tal-MRA?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni tal-Qorti ġiet irrispettata mill-MRA hekk kif din għandha kundizzjoni ċara li jekk il-persuna tikkommetti reat ieħor, il-liċenzja tiġi rrevokata immedjatament. Dan sar bl-approvazzjoni tal-Bord tal-Awtorità.

Kont tad-dawl u l-Ilma – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl u l-ilma għadu ma nqalibx u qed iħallas mingħajr sussidju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u rriżulta li s-sid tal-propjetà jrid jiffirma d-dokumenti meħtieġa biex isir it-trasferiment tal-kont, u eventwalment jiġu rreġistrati n-numru ta’ persuni. L-individwu ġie ggwidat x’għandu jagħmel biex il-proċess iseħħ.
Leg 12 PQ #10240 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Sptar Monte Karmeli – psikologi, social workers u nurses – leave fit-tul/riżenji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irriżenjaw jew ħarġu fuq leave fit-tul psikologi, social workers u nurses li jaħdmu fl-Isptar Monte Karmeli jew fis-servizzi tal-Komunità għas-Saħħa Mentali tul l-2013 u l-2014 xahar b’xahar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Fl-2103 kien hemm: community psychologist, tliet (3) staff nerses; erba’ (4) community social workers u social worker filwaqt li fl-2014 kien hemm staff ners u social worker li rriżenjaw mill-Isptar Monte Karmeli jew mis-servizzi tal-Komunità għas-Saħħa Mentali. Ma kien hemm ebda psikologi, social workers jew nerses li ħarġu b’leave fit-tul.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti Għawdxin li kellhom bżonn trattament bil-kimoterapija u li ngħataw dan is-servizz fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex stess mill-bidu ta’ din is-sena? Jista' jgħid kemm pazjenti Għawdxin ingħataw dan is-servizz f'Malta fl-istess perijodu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Skont il-ftehim milħuq mal-ispeċjalisti tal-Onkoloġija, dawk il-pazjenti Għawdxin li jkollhom bżonn trattament bil-Kimoterapija li jinkludi 5-FU u Adjuvant Herceptin kollha ngħataw il-possibilità li jirċievu s-servizz f’Għawdex. Dawn kienu jlaħħqu s-sitta u għoxrin (26) pazjent. Pazjenti oħra Għawdxin illi l-Ispeċjalisti ħassew li kellhom bżonn trattament bil-Kimoterapija fl-Isptar Boffa kienu jlaħħqu d-disgħa u erbgħin (49) pazjent.

Sptar Mater Dei – appuntament ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-wild tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward ka¿ t’appuntament fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Sptar Mater Dei – appuntament ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ t’appuntament fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Kontijiet tad-Dawl u tal-Ilma — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tirċievi kontijiet għoljin ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ ġie mistħarreġ u rriżulta li hemm kwistjoni fuq il-konsum tal-ilma li trid tiġi ndirizzata mill-konsumatur.

Qari tal-meter tal-ilma — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema li hemm fil-qari tal-meter?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u sar l-aġġustament skont l-ispezzjonijiet li saru fil-fond ikkonċernat.

Sptar Mater Dei — ENT Outpatients - testijiet tal-audiogram

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test tal-audiogram sar fl-ENT Outpatients tal-Isptar Mater Dei nhar it-Tlieta, 8 ta' Lulju 2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

Kien hemm 41 każ ta’ audiological (hearing) tests li saru fl-ENT Outpatients tal-Isptar Mater Dei mill-istaff tal-Audiologynhar it-Tlieta 8 ta’ Lulju 2014.
Leg 12 PQ #10286 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Buġibba – water park – infezzjonijiet u problemi mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk waslulux rapporti li fil-ġranet ta’ bejn is-6 u t-8 ta’ Lulju 2014, ddaħħlux tfal fl-Isptar Mater Dei li kienu qed ibatu minn xi forma ta’ infezzjoni jew problemi mediċi oħra, wara li kienu għamlu użu mill-water park li hemm Buġibba? Jekk iva, kemm kien hemm tfal li ddaħħlu l-isptar b’riżultat ta’ dan? X’passi ħa l-Ministeru biex jivverifika li l-ilma użat mhux ikkontaminat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ma jirriżulta ebda dħul ta’ tfal fl-Isptar Mater Dei fi żmien imsemmi li kienu qed ibatu minn xi forma ta’ infezzjoni jew problemi mediċi oħra wara li għamlu użu mill-water park ta’ Buġibba.
Leg 12 PQ #10287 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – rapporti dwar leakages ta’ drenaġġ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10221, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jagħti l-informazzjoni kif mitluba fid-domanda, għaliex ir-risposta kif mogħtija hi nieqsa għal kollox mill-informazzjoni mitluba? Jista’ jassigura li tiġi mwieġba l-istess domanda u jkun speċifiku fl-informazzjoni li jagħti?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant ii rigward ħruġ ta’ drenaġġ ġew irrapurtati dawn il-każijiet – 14 (erbatax) ġewwa n-Naxxar, 36 (sitta u tletin) f’San Pawl il-Baħar u 14 (erbatax) fil-Mellieħa. Rigward riżultati nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10221 (għaxart elef, mitejn, wieħed u għoxrin).
Leg 12 PQ #10295 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Vinċenz de Paule — Kċina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi gradings ta d-Dipartiment tas-Sanità lill-kċina ta’ San Vinċenz de Paul sena b'sena mill-1996 sal-2014?

Response (MIZZI, KONRAD)

It-tagħrif għadu qed jinġabar
Leg 12 PQ #10134 Sitting 174 2014-07-09 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Iż-Żurrieq – Kappella ta’ Santa Agata – twaħħil ta’ bozza

Question

Jista’ l-Ministru jara li teħel bozza mal-Kappella ta' Santa Agata, fi Triq Ħal Far, iż-Żurrieq għax fejn tinsab din il-kappella hemm nuqqas ta' dawl?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta investigat din it-talba u jirriżulta li fil-post diġà hemm dawl adekwat.
Leg 12 PQ #10221 Sitting 173 2014-07-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – rapporti dwar leakages ta’ drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport ta’ leakage ta’ drenaġġ ġie investigat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, f’kull waħda mil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali u ċjoè l-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar? X’kienu r-riżultati wara li saru dawn l-istess investigazzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza tal-każijiet ġew analiżżati u fejn kien hemm bżonn saru it-tindif u t-tiswijiet neċessarji. Hemm numru ta’ każijiet minnhom qegħdin preżentement jiġu nvestigati kemm mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif ukoll mid-Dipartiment tas-Saħħa. Oħrajn ġew riferuti lill-istess Dipartiment biex isir intervent fuq sistemi ta’ drenaġġ privati.
Leg 12 PQ #10222 Sitting 173 2014-07-08 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

12-il distrett elettorali – rapporti ta’ pressa baxxa tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta’ pressa baxxa tal-ilma tax-xorb jew qtugħ mhux ippjanat matul din is-sena f’kull waħda mil-lokalitajiet tat-12-il distrett elettorali? X’kienu r-raġunijiet għal dan il-qtugħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena ġew irreġistrati 46 (sitta u erbgħin) każ ta’ pressa baxxa fit-12-il distrett. Dawn il-każijiet ġew indirizzati u jista’ jingħad li llum il-ġurnata huma lkoll solvuti.

Intervent – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni ta’ meta se jsir l-intervent fuq il-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minħabba li kellu jieqaf mix-xogħol sakemm isirlu dan l-intervent li qed jistenna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-każ qed jiġi investigat.

Sptar Boffa – maintenance agreement

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-apparat kollu li hemm fl-Isptar Boffa għandu maintenance agreement aġġornat u in vigore?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-maġġoranza tal-apparat għandu maintenance agreement in vigore.

National Screening Centre (Screening Unit) – maintenance agreement

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-apparat kollu li hemm fin-National Screening Centre (screening unit) għandu maintenance agreement aġġornat u in vigore?

Response (MIZZI, KONRAD)

Il-maġġoranza tal-apparat għandu maintenance agreement in vigore.