Jista' l-Ministru jindaga għaliex il-bdiewa ma ġewx rifużi bl-ammont ta' flus ta' nofs il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali dovut lilhom?
Kemm huwa l-ammont ta' arretrati li għandhom jieħdu l-bdiewa u ta' kemm żmien ilhom pendenti dawn l-arretrati?
Response (ZAMMIT, NINU)
Risposta għal did id-domanda tingħata f'xi seduta oħra peress li għad qed tiġi miġbura l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn?
Min huma?
Xi kwalifiki għandhom?
Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ma nħatar ebda direttur fid-dekasteru li jaqa taħt il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd mill-5 ta Settembru 1998 il hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' trasferimenti li saru fid-dekasteru, entitajiet etc. li jaqgħu taħtu mis-6 ta' Settembru sa l-24 ta' Ottubru, 1998?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposti li diġa tajt għad-domandi No. 412 u 413.
Rigward trasferimenti minn u lejn dipartimenti li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn, ninsab infurmat li għadu ma ġie formalizzat l-ebda trasferiment. Nkun f`posizzjoni li nwieġeb għal din il-parti tal-mistoqsija f`xi seduta oħra wara li jiġu finalizzati l-proċeduri uffiċjali kollha.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu?
X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?
Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (ZAMMIT, NINU)
Għar-rigward tas-segretarjat privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma` għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-prim Ministru b`risposta għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jiġu mpjegati dawk l-istudenti li temmew b'suċċess kors ta' tliet snin f'Holticulture/Agriculture u li kienu ssussidjati mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura?
Response (ZAMMIT, NINU)
Meta sar l-`agreement` ma` l-istudenti ta` l-`Extended Skill Training Scheme` u tat-`Technician Apprentice Scheme` dawn ma` ġewx mogħtija garanzija li jiġu mpjegati mad-Dipartiment. Jekk il-quddiem joħorġu applikazzjonijiet għal `Farmers` jew `Gardeners` jew `Agriculture Technicians` minn barra d-Dipartiment, l-istudenti li jkunu temmew b`suċċess il-kors tagħhom ikunu f`pozizzjoni vantaġġuża li jiksbu dawn l-impjiegi.
Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998 saru erba` trasferimenti mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura għal ma` Dipartimenti oħra. Saru wkoll seba` trasferimenti minn Dipartimenti oħra għal mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura. S`issa dawn it-trasferimenti għandhom m`humiex uffiċċjali. Kien hemm xi trasferimenti oħra iżda l-ħaddiema nvoluti baqgħu fl-istess dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.
It-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz.
Isiru trasferimenti fil-futur qarib, jekk dan ikun ta` siwi għad-dekasteru li jaqa` taħt il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fil-Pixkerija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Saru tlett trasferimenti fil-Pixkerija. Wieħed mill-ħaddiema mar l-Akwakultura. L-ieħor mar mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u l-ieħor mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura ġie l-Pixkerija. Il-ħaddiema nvoluti baqgħu jaħdmu fl-istess dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd.
It-trasferimenti saru minħabba l-eżiġenzi tas-Servizz.
Isiru trasferimenti fil-futur qarib, jekk dan ikun ta` siwi għad-dekasteru li jaqa` taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli juża l-konsulenza ta' l-Istitut Agronomiku ta' Bari għall-proġett li beda Gvern Laburista preċedenti, ċioe' ir-riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa jew aħjar Chadwick Lakes?
Kemm-il metru ta' xogħol sar s'issa u kemm ġew użati ġibjuni u materessi?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ix-xoghol fuq Wied il-Qlejgħa se jitkompla bil-konsulenza ta` l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran f`Bari. Ta` min ifakkar li x-xogħol kien beda mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1996.
S`issa saru xogħolijiet fuq tul ta` nofs kilometru mill-wied u ntużaw 1945 gabjuni u 140 materassi, kif ukoll 48 biċċa ta` Terramesh.
MAF/PQ/1/98
Seduta 4