Jista' il-Ministru jgħid fejn illum qed ikun dispost id-demm li jirriżulta wara l-qatla tal-majjal u taċ-ċanga fil-Biċċerija? Kemm hu assigurat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li d-demm li jirriżulta wara l-qtil fil-biċċerija qiegħed jiġi dispost hekk kif kien ippjanat mill-Gvern Laburista meta bena l-biċċerija. Biss ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-futur id-demm sejjer jiġi trattat fl-inċineratur.
Jista' il-Ministru jgħid min huma r-rappreżentanti li qed jipparteċipaw fil-laqgħat u fis-seminars dwar il-GMO's?
Jista' jgħid kemm-il laqgħa attendew u xi proposti rrakkommadaw dawn il-persuni li qed jirrappreżentaw lill-pajjiżna f'dan il-qasam sensittiv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-Gvern ħatar Biosafety Co-Ordinating Committee (BCC) b’ rappreżentanza mid-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambejnt fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA); mill-Ministeru għas-Saħħa; mill-Occupational Health and Safety Authority (OHSA); mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent; mis-Scientific Support and Advisory Sub-committee, li għandu jwassal għat-tfassil tal-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-Genetically Modified Organisms (GMOs)
Dawn jattendu għall-laqgħat kollha li jkunu msejħin mill-
Food Safety Commission
fi ħdan il-Ministeru tas-Saħħa.
Matul din is-sena (2003) ir-raprezentanta ta’ l-Aġent Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambejnt fi ħdan l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) attendiet żewġ laqgħat barra minn Malta, waħda fi Brussels fis-27 ta’ Novembru dwar id-Direttivi l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropa fuq il-GMOs, u oħra mid-9 ta’ sat-12 ta’ Diċembru fuq
workshop
sub-reġjonali dwar kif tiżviluppa reġim regolatorju u sistemi amministrattvi biex jitwaqqaf Qafas Nazzjonali tal-Biosafety (
National Biosafety Framework
) organizzat mill-UNEP-GEF (
United Nations Environment Programme – Global Environment Fund
).
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' tjur tas-simna f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant mitlub jinnota li għalkemm hemm il-figuri proviżorji, il-figuri preċiżi jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla meta tkun saret il-verifika sħiħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Interpellant mitlub jinnota li għalkemm hemm il-figuri proviżorji, il-figuri preċiżi jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla meta tkun saret il-verifika sħiħa.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-fniek f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-produzzjoni ta' fniek f' Malta u f' Għawdex hija kkalkulata li sa l-aħħar ta' Novembru kienet tlaħħaq mat-2.1 miljun. Ma teżistix informazzjoni separata għall-Malta u Għawdex peress li din iċ-ċifra tirriżulta biss minn kemm jinbiegħ għalf għall-fniek.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tat-tadam għall-ipproċessar f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Għalkemm il-figuri finali għadhom mhux disponibbli għaliex ir-rapport ta' l-Awdituri dwar l-istaġun 2003 sad-data tal-mistoqsija għadu mhux iffinalizzat, nista' ninforma lill-Onor interpellant li l-figura totali proviżorja hija ta' madwar 9000 tunnellata, li minnhom madwar 5,500 tunnellata kienu prodotti f' Malta.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' frott frisk f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-produzzjoni tal-frott frisk li daħal fil-Pitkalija bejn Jannar u Novembru 2003 hi kif murija fit-tabella hawn taħt:
Malta Pitkali
Kgs.
Malta FCCS
Kgs.
Gozo Pitkali
Kgs.
Gozo Coop.
Kgs.
7,928,762
1,499,229
72,865
377,650
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus ta' spejjeż li rreġistraw il-bdiewa u r-raħħala kawża tal-maltemp matul din is-sena mad-dipartiment ta' l-agrikoltura u/jew fiċ-ċentri tal-biedja?
Kemm minnhom ġew approvati li għandhom ikunu aċċettati?
Meta se jiġu kkumpensati l-bdiewa għal dawn l-ispejjeż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Membru huwa mistieden jinnota d-diskors tiegħi waqt l-Estimi tal-Ministeru fuq dan is-suġġett.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3371 u cioe' jekk saritx xi wegħda bil-miktub mis-segretarju permanenti fil-ministeru qabel l-aħħar elezzjoni lill-organizzazzjoni tal-bdiewa li s-sussidju tal-gvern fuq in-nofs bolla tal-bdiewa kellu jitneħħa wara li tiddaħħal skema ta' assikurazzjoni mfassla mill-APS Bank?
Jista' il-Ministru jwieġeb il-parti tal-mistoqsija li tirreferi għall-iskema ta' assikurazzjoni u jgħid fejn wasal ix-xogħol relatat mad-dħul tagħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor. Membru huwa mistieden jinnota id-diskors tiegħi waqt l-Estimi tal-Ministeru fuq dan is-suġġett.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-prodotti li ma nipproduċux lokalment u jekk hux se jkollhom protezzjoni ta' kwota meta jiġu impurtati wara April tas-sena d-dieħla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra liema huma l-prodotti li ma nipproduċux lokalment u jekk hux se jkollhom protezzjoni ta' special safeguards meta jiġu impurtati wara April tas-sena d-dieħla?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se jiswa l-investiment tal-grading tal-bajd frisk? Meta se jibdew ix-xogħlijiet? Meta se jitlestew? Min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-grading tal-bajd irid isir mill-produttur privat, u għalhekk ma tistax tingħata xi ċifra ta' flus konkreta peress li din tvarja skond il-kobor ta' kull farm li jkun ser jidħol għal dan ix-xogħol.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-bajd frisk f'Malta u kemm kienet f'Għawdex separatament din is-sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-produzzjoni ta’ bajd frisk f’ Malta għas-sena 2003 kienet tlaħħaq għall-ammont ta’ 139,113,009 bajda, jew 11,592,750.75 tużżani. L-ammont indikat huwa maħdum fuq il-claims għas-sussidju li saru fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Novembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid liema proġetti saru mill-Environmental landscaping consortium sal-lum? Kemm ġie jiswa kull proġett, il-materjal u x-xogħol separatament?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni lokali tal-laħam tal-majjal frisk bejn Jannar u Novembru separatament?
Jista' jinformani bl-istess informazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000, 1999 u 1998?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' sussidju fuq il-produzzjoni tat-tadam għall-industrija ta' l -ipproċessar li għandu jitħallas lill-bdiewa?
Għaliex għadhom ma tħallsux?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Id-dokumentazzjoni kollha dwar il-bejgħ ta' tadam għall-ipproċessar fl-istaġun 2003 għadha qed tiġi eżaminata mill-awdituri u għalhekk l-informazzjoni mitluba għadha mhux disponibbli. Dan jispjega wkoll għaliex il-bdiewa għadhom ma tħallsux.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ilhom ma jitħallsu għas-sussidju tal-bajd frisk il-produtturi? X'inhi r-raġuni?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-aħħar pagament li rċevew il-produtturi tal-bajd frisk kien fil-bidu ta' Diċembru u kien ikopril-bejgħ sa' l-aħħar ta' Settembru 2003. Il-kumplament tas-sussidju dovut għadu qed jinħadem.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkulat li se jiswa l-investiment tal-grading tal-ħaxix u frott frisk? Meta se jibdew ix-xogħlijiet? Meta se jitlestew? Min jagħmel tajjeb għall-ispejjeż?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-investiment tal-grading tal-ħaxix u frott frisk jammonta għal 1,250,000 Euro li miljun minnhom ġej mill-Protokol Taljan u 250,000 Euro mill-Gvern Malti.
Ix-xogħolijiet mistennija jibdew kmieni s-sena d-dieħla u jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2004.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3304 li oriġinarjament saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx xi konvenzjoni jew xi forma ta' ftehim internazzjonali li jobbligaha ma titfax l-iskart fil-baħar fi proġetti ta' reklamazzjoni u mmaniġġjar aħjar ta' l-iskart fl-istess ħin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Malta ffirmat, irratifikat u hija membru tal-konvenzjoni ta' Barcelona fir-rigward ta' rimi ta' skart fil-baħar, li l-istess konvenzjoni tgħid li Malta tista’ titfa' skart inert fil-baħar.