Fabbriki/Intrapriżi industrijali — Ċertifikazzjoni internazzjonali
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki jew intrapriżi industrijali li għandhom ċertifikazzjoni internazzjonali, bħal EMAS jew ISO1401? Jista' jgħid liema huma dawn l-intrapriżi industrijali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħataw iż-żidiet u l-arretrati ta' l-istess żidiet lill-pensjonanti ex-ħaddiema tal-BOV, u dan skond l-aħħar ftehim kollettiv?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien il-proporzjon ta' konsumaturi tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u tal-korporazzjoni Enemalta rispettivament, li minkejja l-miżuri fil-budget ta' l-1998 irriżultalhom li ma kellhom l-ebda żieda fil-kontijiet tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' l-enerġija mit-total ġenerat fil-pajjiż użata mill-impjanti tar-reverse osmosis sena b'sena, mill-1993 'il hawn?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-persentaġġ ta' l-enerġija li ġie uzat mill-impjanti tar-reverse osmosis mis-sena 1993 lil hawn huwa kif ġej:
1993 13.24%
1994 14.97%
1995 14.45%
1996 12.53%
1997 9.98%
1998 8.82%
1999 7.02%
2000 6.15%
2001 5.67%
2002 5.59%
2003 5.20%
2004 5.32%
Jista' il-Ministru jispjega lil din il-Kamra r-raġuni wara deċiżjoni li ttieħdet mill-elezzjoni 'il hawn biex surprise inspections fuq il-meters tad-dawl fid-djar ma jsirux bejn il-5.00 p.m. u d-9.00 p.m.?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-aħħar tad-disgħajnijiet ġie deċiz li l-ispezzjonijiet fid-djar normalment ma jsirux wara l-5.00.pm biex tonqos l-ispiża ta' l-overtime waqt li l-għan biex jinstagħbu miftuhin id-djar jkun jista' jintlaħaq xorta waħda.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11058 u cioe' jgħid jekk hux minnu li hemm persuna li għandha mpjieg ieħor u qed tagħmel xogħol part-time (maintenance) mal-Malta Enterprise? Jista' jgħid x'inhu xogħol din il-persuna mal-Malta Enterprise? Jista' jgħid kif u kemm jitħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Malta Enterprise m'għandhiex persuni fuq basi part-time jaħdmu fil-maintainance.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm boreholes reġistrati f'Malta u kemm hemm f'Għawdex? Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti ġodda tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli għall-Awtorita' Maltija tar-Riżorsi.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma tissellef mill-banek kummerċjali din is-sena finanzjarja? X'inhuma r-rati ta' interess li se tissellef bihom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex jaraw li ma jsirx serq ta' ilma b'dannu għall-korporazzjoni fl-1997 u fl-1998? Kemm kien hemm każi ta' serq ta' ilma suspettat jew provat fil-perjodu msemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li fl-1997 saru 4849 spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fil-kors ta' investigazzjonijiet dwar serq ta' ilma. Minn dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw 78 suspett li minnhom ġew ipprovati 14 il-każ.
Fl-1998 in-numru ta' spezzjonijiet kien 2207 u minnhom irriżultaw 214 suspett li minnhom ġew ipprovati 14 il-każ.
Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien proġettat mill-Gvern Laburista biex jinbena ġibjun f'Ta' Xwieki?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ġibjun f'Ta Xwieki kien pproġettat meta sar l-impjant tar-Reverse Osmosis f'Pembroke, proprju biex l-ilma prodott minn dan l-impjant ikun imqassam permezz tal-gravita'. Għaldaqstant mhux korrett li wieħed jgħid li dan kien proġettat mill-gvern Laburista.
Fil-preżent dan il-proġett mhux fil-lista ta' prijoritajiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma billi l-benefiċċju li jinkiseb permezz tiegħu ma jiġġustifikax l-ispiża kbira li trid issir.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11031 u 11306 u cioe' iqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra studji li kkummissjonat l-Enemalta dwar management restructuring f'dawn l-aħħar xhur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Malta Drydocks — Ħaddiema li tilfu ħajjithom fuq l-Umel Faroud
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10946 u cioe' jgħid fiex waslu t-talbiet għal kumpens xieraq tal-qraba tal-ħaddiema tat-tarzna li għaxar snin ilu tilfu ħajjithom fuq il-vapur Umel Faroud?
Response (GATT, AUSTIN)
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11427, qed ikomplu d-diskussjonijiet mar-rapprezentanti legali tal-familjari tal-vittmi. S'issa intlaħaq ftehim f'10 kazijiet, waqt li qed jitkomplew negozjati f'5 każijiet oħra.
Malta Enterprise — Chief officer corporate services
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 11059 u cioe' jgħid meta saret is-sejħa għall-impjieg ta' chief officer corporate services mal-Malta Enterprise? Kemm applikaw? Xi kwalifiki u esperjenzi kellu kull applikant? Min ġie magħżul? X'inhu s-salarju u l-pakkett ta' benefiċċji li jġorr miegħu dan l-impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw servizzi ta' dawl u/jew ilma s-sena l-oħra? Kemm kienu ta' djar privati u kemm ta' azjendi kummerċjali u x'tip kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma nstallat 5023 servizz ta' l-ilma fis-sena 2004.
Rigward it-tieni part tal-mistoqsija il-KSI ma żżommx din it-tip ta' nformazzjoni.
In-numru ta' servizzi ta' dawl li ngħataw fl-2004 huwa ta' 5010 u mqassma kif ġej:
Commercial Domestic Total
Single phase 99 4002 4101
Three phase 13 896 909
Total 112 4898 5010
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 10994 u cioe' jgħid min kien involut biex isir ir-rapport dwar il-valur għall-proġett ta' Chambray? Kif tqabbdu/intgħażlu? Xi proċeduri/metodi ntużaw biex intgħażlu? Kemm tħallsu? Kif tħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-valur għall-proġett ta' Chambray inħadem mill-awdituri tal-kumpanija stess, jiġifieri, l-KPMG. Dawn intghażlu skond l-Articles of Association tal-kumpanija stess li jgħidu speċifikament li trid issir mill-awdituri tal-kumpanija. Huma tħallsu s-somma ta' Lm9,086 permezz ta' cheque.
Jista' il-Ministru jgħid kemm impjegati ġew imqaqilqa minn posthom (transferred or redeployed) fil-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma u fil-korporazzjoni Enemalta? Minn fejn ġew imċaqilqa u fejn ġew trasferiti? X'kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għas-sena 2005.