Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' talbiet għall-benefiċċji tat-tfal li ntalbu mill-ommijiet xebbiet matul Jannar u Ġunju 2001?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali rċieva 162 talba ġdida għall-Allowance tat-Tfal minn ommijiet xebbiet matul Jannar u Ġunju, 2001.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 25358, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħati lill-Kamra d-dettalji mitluba peress l-informazzjoni mitluiba:
1) Tikkonċerna Nfieq Pubbliku
2) Biex il-Kamra tkun informata, kif wara kollox huwa d-dover tal-Gvern li jinforma, dwar il-pożizzjoni tal-kontijiet finanzjarji ta' l-entitajiet governativi?
3) Biex il-Kamra tkun assigurata li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw fi ħlasijiet u f'kontijiet pendenti huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza, u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Fin-nuqqas li tingħata din l-informazzjoni, jista' jagħti raġuni għala, meta din hija informazzjoni importanti, tikkonċerna infiq pubbliku u l-poplu għandu dritt għaliha?
(PQ waslet 22/5/2001)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25815.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-paramentri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-Tweġiba tgħodd ukoll għal din.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 26591, jista' l-Ministru jwieġeb għar-rigward ta' Block F?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar għamlet spezzjoni fuq Blokk F, u jirriżulta illi t-tromba hija dejqa wisq biex jiġi nstallat lift.
Lift iżda jista jiġi nstallat minn barra fuq in-naħa ta' wara, wara illi jinġieb il-permess tal-Planning Authority kif ukoll wara illi ssir l-esproprijazzjoni neċessarja.
L-Onor. Interpellant irid jinnota iżda, illi din l-iskema hija applikabbli għal Belt, Furjana u Kottonera. F'postijiet oħra, bħal ma hu dan il-każ, tista tapplika biss persuna illi għandha diżabilita'.
Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni — Periti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward ta' periti li huma ngaġġati mad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni: (a) x'inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom; (b) kemm hemm bħala numru; (c) x'inhi l-area ta' operazzjoni; (d) x'responsabbilitajiet għandhom kull wieħed; u (e) x'inhu s-salarju tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, apparti d-Direttur li hu wkoll perit, hemm:
1 Kap Perit (Chief Architect)
6 Periti Anzjani (Senior Architects)
Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma skond kif indikat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet interni li kienu ħarġu fl-14 ta' Ġunju 1999 u fit-23 ta' Novembru 1999 rispettivament u li kopja tagħhom qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ma' l-istess Dipartiment hemm ukoll 5 Periti Junior Każwali (Casual Junior Architects). Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma dawk indikati fis-sejħa għall-applikazzjonijiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern tas-7 ta' Jannar 2000.
Iċ-Chief Architect u s-sitt Senior Architects huma nvoluti primarjament fi tfassil u twettieq ta' proġetti ta' bini ta' djar u slum clearance. Dan jinkludi tħejjija ta' pjanti, ksib ta' permessi, tħejjija ta' dokumenti tat-tenders, aġġudikazzjoni tat-tenders u superviżjoni tax-xogħolijiet.
Il-ħames Casual Junior Architects huma responsabbli primarjament għal xogħolijiet fuq tiswijiet, żvilupp ta' ġonna pubbliċi u stallar ta' lifts f'bini tal-Gvern. Dan jinkludi tħejjija ta' dokumenti tat-tenders, aġġudikazzjoni tat-tenders u superviżjoni tax-xogħolijiet. Il-Casual Junior Architects huma nvoluti wkoll fit-tfassil ta' pjanti għall-bini ta' housing units ġodda.
Is-salarju ta' Chief Architect hu dak marbut ma' skala 5 fis-Servizz Ċivili, dak ta' Senior Architect ma' skala 6 u dak ta' Casual Junior Architect ma' skala 9.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26603?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tagħrif li talab l-Onor. Interpellant hu dan li ġej:
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'
Il-Kummissjoni għandha ftehim għal retaining mal-Avukata Dr Doreen Clarke b'dawn il-kundizzjonijiet:
a) toffri s-servizzi legali tagħha inkluż li tirrappreżenta lill-KNPD quddiem il-qrati media ta' 4 siegħat fil-ġimgħa.
b) Il-Kummissjoni tħallas retainer fee ta' Lm200 fix-xahar (VAT eskluż).
c) Dan il-ftehim jgħodd għal sena u beda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2001.
d) Dan il-ftehim jista' jiġġedded jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet.
e) Il-Kummissjoni tista' ttemm dan il-ftehim qabel tagħlaq is-sena jekk ma tkunx sodisfatta bis-servizzi li tkun qed tirċievi.
Awtorita' tad-Djar
L-Avukat Dr Ray Zammit huwa impjegat bħala konsulent legali part-time, kif ukoll bħala segretarju tal-Bord. Is-salarju li jirċievi huwa ta' Lm3,200 fis-sena.
Aġenzija Appoġġ
L-Aġenzija Appoġġ għandha lil Sapiano and Associates bħala ditta ta' Avukati. L-Aġenzija Appoġġ tħallas retainership ta' Lm3000 fis-sena għal xogħol konness ma' pariri u rappreżentazzjonijiet fil-qorti għal social workers u professjonisti oħra mpjegata ma' l-Aġenzija u pariri u rappreżentatazzjonijiet fil-qorti ta' ħwejjeġ marbuta mal-bżonnijiet ta' l-Aġenzija.
Appoġġ tħallas ukoll Lm3000 retaining fis-sena għal pariri u rappreżentazzjonijiet fil-qorti favur tfal abbużati kif ukoll servizz ta' pariri u rappreżentazzjonijiet fil-qorti għal nisa abbużati.
ETC
L-ETC għandha lil Dr Andrew Borg Cardona bħala Legal Advisor u tħallsu retainership ta' Lm125 fix-xahar.
SEDQA
L-Aġenzija Sedqa għandha retainership mad-ditta ta' l-avukati Sapiano and Associates. Il-ħlas huwa ta' Lm215 fix-xahar li jkopri konsulenza ta' 20 siegħa fix-xahar. Din tinkludi assistenza u pariri legali skond il-bżonn.
Bord tal-Koperattivi
Dr George Abela jaħdem fuq bażi ta' retainership u jitħallas skond ix-xogħol li huwa jagħmel għal Bord.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26675 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista'jgħid fiex waslet it-talba ta' nurse li fl-SVPR (dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) biex tiġi trasferita għall-isptar San Luqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li s-sinjura mill-belt li dettalji tagħha jidhru under separate cover tingħata akkomodazzjoni alternattiva peress li din toqgħod f'kamra waħda b'toilet u sodda taħt tarag?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qiegħed jiġi kkunsidrat flimkien ma' oħrajn simili.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslet it-talba ta' l-Arka Foundation ta' Għawdex biex tingħata somma bħala grant-in-aid mill-budget ta' din is-sena biex il-fondazzjoni tkun tista' tvara il-proġetti tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kumitat maħtur biex jagħti l-parir dwar talbiet għall-alokazzjoni ta' fondi lill-NGOs, fosthom dik mill-Fondazzjoni Arka, għadu qed jiltaqa' biex jevalwa t-talbiet u jħejji r-rapport.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn persuni jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Janar 2001 sal-lum? Kemm inqatgħu persuni mir-reġistrar xahar b'xahar, lokal b'lokal, minn Jannar 2001 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li ser insemmi under separate cover hijiex qed tieħu il-pensjoni kollha li ħaqqa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna minnu ndikata ġie rivedut. Jirriżulta li r-rata li qed titħallas hija korretta. Il-persuna msemmija qed tiġi nfurmata b'dan.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li ser semmi separatament hijiex qed tieħu il-pensjoni li ħaqqha kif wkoll il-pensjoni supplimentari kif suppost?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni kif ukoll ta' l-Allowance Supplimentari li hi qed tirċievi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għar-rigward tad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni: (a) kemm karozzi għandu mikrija miegħu d-dipartiment; (b) x'tip ta' karozzi; (c) min huma dawk li jagħmlu użu minnhom; (d) kemm hi l-ispiża, sena b'sena, tul dawn l-aħħar ħames snin, għar-rigward ta' l-istess kiri; u (d) kemm huma l-ispejjeż għar-rigward ta' ħsarat fuq l-istess karozzi tul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
a) Id-Dipartiment għandu mikrija miegħu 14-il karozza.
b) Dawn huma karozzi Saloon Cars b'ċilindraġġ ta' 1300cc, 3 minn dawn il-karozzi huma mgħammra b'arja kundizzjonata.
c) Il-karozzi qed jintużaw mit-taqsimiet differenti tad-Dipartiment b'dan il-mod:
Amministrazzjoni 1
Drawing Office 2
Capital Works Section 8
Tenement Repairs Section 3
Il-karozza tal-Administration tintuża minn tlett uffiċċjali fi Skala ta' Principal. Iż-żewġ karozzi tad-Drawing Office jintużaw minn 4 draughtsmen fi Skala ta' Senior Technical Officers, it-tlett karozzi fit-Tenement Repairs Unit jintużaw minn Operations Manager, Senior Technical Officer u Technical Officer waqt li t-tmin karozzi tal-Capital Works Section jintużaw minn Principal Technical Officer, tlett Senior Technical Officers, tlett Technical Officers u General Hand (li qed jagħmel xogħol ta' Technical Officer).
Dawn l-uffiċċjali kollha tal-Capital Works Section u Tenement Repairs Unit indikati għandhom xogħolhom fuq barra fuq superviżjoni ta' xogħolijiet ta' bini u ta' tiswija. L-uffiċċjali ta' l-Amministrazzjoni u tad-Drawing Office joħorġu fuq barra perjodikament u għalhekk m'hemmx ħtieġa li kull uffiċċjal ikollu karozza miegħu di sentu.
d) L-ispiża sena b'sena hija din li ġejja:
1997 Lm11,193
1998 Lm 4,480
1999 Lm15,869
2000 Lm23,092
2001 Lm11,880
Ta' min jinnota li fis-sena 1999 kienu tħallsu diversi invoices għal karozzi provduti fl-1998.
Ta' min jinnota wkoll li fis-sena 2000 saru divesi ħatriet ta' uffiċċjali tekniċi ġodda mad-Dipartiment waqt li żdied ix-xogħol ta' supervizjoni minħabba li nbdew xogħolijiet li kienu ilhom jistennew il-permess tal-bini. B'hekk kellu jiġi pprovdut trasport addizzjonali għal formnijiet ġodda li bdew jaħdmu mad-Dipartiment.
e) Spejjeż fuq ħsarat ma kien hemm xejn billi dawn kienu kollha karoxxi tal-kiri u spejjeż ta' ħsarat kienu responsabbilta' tal-kuntratturi li pprovdew il-karozzi.
Jista' l-Viċi Prim Ministru, għar-rigward tad-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni, jgħid: (a) min hu ntitolat għal mobile phone; (b) kemm hemm attwalment mobile phones fl-idejn; (c) kemm hi l-ispiża għal użu ta' l-istesss tul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena; (d) kemm flus intnefqu għal xiri ta' mobile phones sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Kostruzzjoni u Manutenzjoni — Kuntratturi - Tenders
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid, għar-rigward tad-dipartiment tal-kostruzzjoni u manutenzjoni, min kienu dawk il-kuntratturi li ġew moghtija xogħlijiet in segwitu għal ħruġ ta' tenders f'dawn l-aħħar ħames snin? X'tip ta' xogħlijiet ġew hekk maħruġa u kemm hu l-ammont finali mħallas fuq kull waħda sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli li juru l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru, għar-rigward tad-dipartiment kostruzzjoni u manutenzjoni, jgħid x'tip ta' xogħol ingħata tul dawn l-aħħar ħames snin u lil min, permezz ta' direct orders u kemm kien l-ammont finali mħallas f'kull każ għal kull biċċa xogħol sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tal-bord konsultattiv dwar tfal u żgħażagħ? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqgħa dan il-bord u x'ġie diskuss f'dawn il-laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25335, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lill-Kamra d-dettalji mitluba peress li l-informazzjoni mitluba: (1) tikkonċerna nfiq pubbliku; (2) biex il-Kamra tkun assigurata li t-tqassim ta' dawn l-għoti ta' donazzjonijiet jekk sar, sar b'ġustizzja, b'fairness, bla abbuż u mingħajr favoritiżmu; u (3) biex il-Kamra tkun assigurta li l-proċeduri wżati u li qed jintużaw huma korretti u fl-ambitu tar-regolamenti?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll jekk iħossx li bl-informazzjoni mitluba jkun qiegħed jikkonferma bil-fatti li jemmen fi trasparenza u amministrazzjoni bla ħabi u bla abbuż?
Jista' jagħti din l-informazzjoni importanti dwar infiq pubbliku b'mod trasparenti peress li l-poplu għandu dritt ikun jaf?
(PQ waslet 14/5/2001)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25815.
Għalkemm is-suġġett taż-żewġ Mistoqsijiet huwa differenti, il-parametri huma simili u l-istess stedina li għamiltlu f'dik it-Tweġiba tgħodd ukoll għal din.